European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1050

24.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11414 — SKION / BITBURGER / AVISTA OIL

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1050)

1.   

Fil-15 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SKion GmbH (“SKion”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Susanne Klatten,

—

Bitburger Holding GmbH (“Bitburger Holding”, il-Ġermanja), ikkontrollata indirettament minn Th. Simon GmbH & Co. KG

—

AVISTA OIL AGA (“Avista Oil”, il-Ġermanja).

SKion u Bitburger skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet se jiksbu kontroll konġunt fuq Avista Oil kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

SKion hija l-holding tal-imprenditur Susanne Klatten, li bħalissa għandha maġġoranza u parteċipazzjoni minoritarja mingħajr kontroll f’numru ta’ kumpaniji b’attivitajiet f’diversi setturi industrijali.

—

Bitburger Holding hija l-kumpanija omm ta’ sottogrupp tal-grupp Bitburger, li huwa prinċipalment attiv fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-birra. Barra minn hekk, Bitburger Holding għandha parteċipazzjonijiet f’impriżi f’diversi oqsma kummerċjali li ma jappartjenux għan-negozju ewlieni tal-birra.

—

Avista Oil hija kumpanija attiva fir-rimi u r-riġenerazzjoni ta’ żjut skartati u likwidi żejtnija għall-produzzjoni ta’ żjut bażi u lubrikanti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11414 — SKION / BITBURGER / AVISTA OIL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIE


(1)   ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1050/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)