|
27.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Frar 2009
dwar l-iskemi ta’ għajnuna msemmija mil-linji gwida tal-Komunità għall-għajnuniet mill-Istat marbuta mat-testijiet tal-EST, l-annimali li jinstabu mejta u l-iskart tal-biċċeriji – Ir-rifjut tal-Lussemburgu tal-proposti ta’ miżuri siewja (C 13/04)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1089)
(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)
(2009/493/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli msemmija hawn fuq (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fis-27 ta’ Novembru 2002 il-Kummissjoni adottat il-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat marbuta mat-testijiet tal-EST, l-annimali li jinstabu mejta u l-iskart tal-biċċeriji (minn issa ‘l quddiem “il-linji gwida EST”). |
|
(2) |
B’ittra datata t-12 ta’ Diċembru 2002 (AGR 29701), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Lussemburgiżi biex jikkonfermaw bil-miktub, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2003, li aċċettaw il-proposti għal miżuri xierqa, skont il-kapitolu IX tal-linji gwida EST. |
|
(3) |
Billi l-awtoritajiet Lussemburgiżi baqgħu ma weġbux, il-Kummissjoni bagħtet l-ewwel tfakkira fit-23 ta’ April 2003 (ref. AGR 011093). Din it-tfakkira baqgħet bla tweġiba u għaldaqstant intbagħtet it-tieni tfakkira fid-9 ta’ Lulju 2003 (ref. VI 017922) b’talba sabiex tiġi kkonfermata din l-aċċettazzjoni bil-miktub sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Lulju 2003. |
|
(4) |
B’ittra datata s-26 ta’ Settembru 2003, il-Ministru għall-agrikoltura, għall-vitikultura u għall-iżvilupp rurali tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu talab għal deroga mill-applikazzjoni tar-regoli tal-linji gwida EST (punti 38 u 39) sabiex il-gvern tiegħu jkun jista’ jiffinanzja 50 % mill-ispejjeż marbutin mat-trattament tal-iskart tal-biċċeriji wara l-31 ta’ Diċembru 2003. |
|
(5) |
B’ittra datata l-10 ta’ Ottubru 2003 (ref.: VI \ 027340), il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Lussemburgiżi li tali deroga mir-regoli mhix possibbli minħabba li kienet tmur kontra l-għanijiet ta’ armonizzazzjoni u ta’ eliminazzjoni tat-tagħwiġ tal-kompetizzjoni, imfittxa mil-linji gwida EST infushom. |
|
(6) |
F’din l-istess ittra, il-Kummissjoni, waqt li enfasizzat li l-gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligu tiegħu li fiż-żmien opportun jgħarraf li jaċċetta l-proposti għal miżuri xierqa skont il-Kapitolu IX tal-linji gwida EST, stidnitu għall-aħħar darba sabiex jikkonferma l-aċċettazzjoni tiegħu bil-miktub fi żmien għaxart ijiem wara l-wasla ta’ din l-ittra. |
|
(7) |
L-awtoritajiet Lussemburgiżi ġew avżati wkoll li, skont il-punt 53 tal-linji gwida EST, il-Kummissjoni għandha tapplika l-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (2), u tibda l-proċedura stipulata fl-istess Artikolu jekk ma jikkonfermawx l-aċċettazzjoni tagħhom bil-miktub fi żmien għaxart ijiem wara l-wasla tal-ittra. Il-Kummissjoni ma kellhiex tweġiba mill-awtoritajiet Lussemburgiżi. |
|
(8) |
B’ittra datata d-19 ta’ Marzu 2004 (SG (2004) D/201077), il-Kummissjoni nnotifikat lill-Lussemburgu bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat talli ma pprovdiet l-ebda informazzjoni fuq l-aċċettazzjoni tal-proposti għal miżuri xierqa skont il-Kapitolu IX tal-linji gwida EST. |
|
(9) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni. |
|
(10) |
L-awtoritajiet Lussemburgiżi wieġbu b’ittra datata t-30 ta’ Marzu 2004. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati oħra. |
|
(11) |
B’ittra datata l-21 ta’ Awwissu 2006, irreġistrata fit-23 ta’ Awwissu 2006, l-awtoritajiet Lussemburgiżi kkonfermaw li l-ebda test legali jew regolament fis-seħħ ma kellu bżonn jiġi emendat sabiex jikkonforma mal-linji gwida EST. |
|
(12) |
Wara l-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2006, l-awtoritajiet Lussemburgiżi kkonfermaw, b’ittra datata t-23 ta’ Novembru 2006, irreġistrata fid-29 ta’ Novembru 2006, li mill-1 ta’ Jannar 2004 l-iskemi ta’ għajnuna kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-linji gwida EST jikkonformaw ma’ dawn il-linji gwida. |
2. DESKRIZZJONI
2.1 Qafas ġuridiku
|
(13) |
F’konformità mal-Artikolu 88(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni, f’koperazzjoni mal-Istati Membri, għandha żżomm taħt reviżjoni kostanti s-sistemi kollha tal-għajnuna eżistenti f’dawn l-Istati. Il-Kummissjoni tipproponi lil dawn tal-aħħar il-miżuri xierqa meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mill-funzjonament tas-suq komuni. |
|
(14) |
Fis-27 ta’ Novembru 2002, il-Kummissjoni adottat il-linji gwida EST. Dawn il-linji gwida emendaw il-politika Komunitarja fir-rigward tal-għajnuniet mill-Istat f’dawn is-setturi u kienu applikabbli għall-għajnuniet ġodda tal-Istat, inklużi għan-notifiki tal-Istati Membri li fihom il-Kummissjoni kienet għadha ma ggvernatx, mill-1 ta’ Jannar 2003. |
|
(15) |
Kif inhu previst fil-punt 194(c) tal-linji gwida tal-Komunità li jirrigwardaw l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-foresti 2007-2013, il-linji gwida EST ma baqgħux japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007, ħlief għall-għajnuniet illegali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-linji gwida tal-Komunità li jirrigwardaw l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-foresti 2007-2013. |
|
(16) |
B’ittra datata t-12 ta’ Diċembru 2002 (ref. AGR 29701), il-Kummissjoni għaddiet formalment it-test tal-linji gwida l-ġodda EST lill-Istati Membri. Skont dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni pproponiet lill-Istati Membri biex jemendaw l-iskemi tal-għajnuna eżistenti tagħhom dwar l-għajnuniet mill-Istat koperti minn dawn il-linji gwida, bil-ħsieb li jikkonformaw magħhom sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003. |
|
(17) |
L-Istati Membri ġew mistiedna wkoll biex jikkonfermaw bil-miktub, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2003, li aċċettaw dawn il-proposti għal miżuri xierqa, skont il-Kapitolu IX ta’ dawn il-linji gwida. |
|
(18) |
Skont il-punt 53 tal-linji gwida EST, jekk Stat Membru ma jikkonfermax l-aċċettazzjoni tiegħu bil-miktub qabel din id-data, il-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 u jekk ikun hemm il-ħtieġa, tibda l-proċedura msemmija f’dik id-dispożizzjoni. |
2.2 L-argumenti li qajmet il-Kummissjoni fl-ambitu tal-bidu tal-proċedura tal-investigazzjoni
|
(19) |
Il-Kummissjoni bdiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat minħabba li, minkejja li ġew mfakkra bosta drabi, l-awtoritajiet Lussemburgiżi ma kkomunikawx l-aċċettazzjoni tagħhom tal-proposti għall-miżuri xierqa skont il-linji gwida EST. |
|
(20) |
Barra minn hekk, filwaqt li tiġi kkunsidrata t-talba espliċita għal deroga mir-regoli tal-linji gwida EST imressqa mill-awtoritajiet Lussemburgiżi (ara l-premessa 4), il-Kummissjoni bdiet tiddubita mill-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe għajnuna li setgħet tiġi applikata fil-Lussemburgu kontra l-linji gwida msemmija. |
|
(21) |
Fid-dawl ta’ dan, u sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-kontrolli kollha meħtieġa biex jitneħħa kull dubju, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Lussemburgiżi, fil-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni:
|
3. KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(22) |
B’ittra datata t-30 ta’ Marzu 2004, l-awtoritajiet Lussemburgiżi għarrfu lill-Kummissjoni li aċċettaw il-linji gwida EST. Huma żiedu wkoll li l-iskemi tal-għajnuna eżistenti kienu jikkonformaw ma’ dawn l-istess linji gwida mill-1 ta’ Jannar 2004. Il-Kummissjoni ppubblikat din l-aċċettazzjoni fis-26 ta’ Ottubru 2004 (4) u ħadet nota tad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Lussemburgiżi dwar l-iskemi ta’ għajnuna msemmija. |
|
(23) |
B’ittra datata l-21 ta’ Awwissu 2006, irreġistrata fit-23 ta’ Awwissu 2006, l-awtoritajiet Lussemburgiżi kkonfermaw li l-ebda test legali jew regolament fis-seħħ ma kellu jiġi emendat sabiex jikkonforma mal-linji gwida EST. |
|
(24) |
B’ittra datata t-23 ta’ Novembru 2006, irreġistrata fid-29 ta’ Novembru 2006, l-awtoritajiet Lussemburgiżi kkonfermaw li mill-1 ta’ Jannar 2004 l-iskemi ta’ għajnuna kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-linji gwida EST jikkonformaw ma’ dawn il-linji gwida. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet terzi interessati. |
4. KONKLUŻJONIJIET
|
(26) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tad-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet Lussemburgiżi, datati t-30 ta’ Marzu 2004, l-21 ta’ Awwissu 2006 u t-23 ta’ Novembru 2006, li fihom:
|
|
(27) |
Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet u l-assigurazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet Lussemburgiżi, u ladarba l-linji gwida EST ma għadhomx fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni tqis li l-proċedura formali ta’ investigazzjoni tista’ tingħalaq ladarba ma għadx hemm skop, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċedura formali ta’ investigazzjoni dwar ir-rifjut min-naħa tal-Lussemburgu li jaċċetta l-proposti għal miżuri xierqa skont il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat marbuta mat-testijiet għall-EST, l-annimali li jinstabu mejta u l-iskart tal-biċċeriji, hija b’dan magħluqa.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 93, 21.4.2006, p. 10.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1.
(4) Aċċettazzjoni tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fil-qasam agrikolu (ĠU C 263, 26.10.2004, p. 8).