19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10095 — Crédit Agricole Italia/Credito Valtellinese)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 20/09)

1.   

Fit-12 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Crédit Agricole Italia S.p.A. (“CAI”, l-Italja), li tappartjeni għall-Grupp Crédit Agricole (Franza),

—

Banca Piccolo Credito Valtellinese S.p.A (“CreVal”, l-Italja)

CAI takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CreVal kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-23 ta’ Novembru 2020.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CAI: servizzi bankarji u tal-assikurazzjoni fl-Italja,

—

il-Grupp Crédit Agricole: firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji u finanzjarji offruti fis-setturi kollha tas-servizzi bankarji lill-konsumatur u attivitajiet finanzjarji relatati bħall-assikurazzjoni, il-ġestjoni tal-assi, il-kirjiet, il-fatturament, is-servizzi bankarji għall-investiment u l-kreditu tal-konsumatur,

—

CreVal: is-settur tas-servizzi bankarji għall-konsumatur fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10095 — Crédit Agricole Italia/Credito Valtellinese

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.