|
3.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 143/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 487/2008
tat-2 ta' Ġunju 2008
reġistrazzjoni ta’ isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Casatella Trevigiana (DPO))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunita’ Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skond l-Artikolu 17(2) tiegħu, l-applikazzjoni ta’ l-Italja għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem “Casatella Trevigiana” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jitniżżel fir-Reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem, elenkati fl-Anness I tat-Trattat
Klassi 1.3. Ġobon
L-ITALJA
Casatella Trevigiana (DPO)