|
6.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/2 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2019/1388 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-4 ta' Settembru 2019
li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106(a)(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali tkun komposta minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru mill-1 ta' Settembru 2019 'il quddiem. |
|
(2) |
Il-punt (c) tal-Artikolu 2 tal-imsemmi Regolament jipprevedi li l-mandat ta' erba' mid-disa' Mħallfin addizzjonali li għandhom jinħatru mill-1 ta' Settembru 2019 għandu jintemm fil-31 ta' Awwissu 2022. |
|
(3) |
Is-Sur Gerhard HESSE ġie nnominat għall-kariga ta' mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali. |
|
(4) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Gerhard HESSE biex jaqdi d-dmirijiet ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali. |
|
(5) |
Is-Sur Gerhard HESSE għandu jinħatar għall-kariga ta' mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Gerhard HESSE huwa maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2019.
Il-President
M. RISLAKKI
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).