Official Journal L 014 , 19/01/1999 P. 0030 - 0031
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 1998 li tirikonoxxi fil-prinċipju il-kompletezza tal-inkartamenti sottomessi għal eżami dettaljat in vista tal-possibilità ta’ l-inklużjoni tas-CGA279202 (trifloxystrobin), clefoxydim (BAS 625H), etoxazol u l-fosfat ferric f’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna it-tqegħid ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq (notifikat fid-dokument Nru. C(1998) 4355) (Test b’rilevanza taż-ŻEE ) (1999/43/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq [1] hekk kif emendat l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/47/KE [2] u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha, Billi d-Direttiva 91/414/KEE (minn hawn ’il quddiem imsejjħa ‘id-Direttiva’) ipprovdiet għal żvilupp ta’ lista tal-Komunità ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti; Billi applikanti ssottomettew inkartamenti għal erbgħa sustanzi attivi lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bl-iskop li jottjenu l-inklużjoni tas-sustanzi attivi f’ Aness I tad-Direttiva; Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva CGA279202 (trifloxystrobin) minn Novaritis Crop Protection UK Ltd lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-28 ta’ Jannar 1998; Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva clefoxydim (BAS 625H) minn BASF AG lill-awtoritajiet Spanjoli fit-2 ta’ April 1998; Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva etoxazol minn Sumitomo Chemical Agro Euro SA lill-awtoritajiet Franċiżi fil-21 ta’ April 1998; Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva ta’ fosfat ferric minn W. Neudorff GmbH lill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-27 ta’ Awissu 1998; Billi dawn l-awtoritajiet indikaw lill-Kummissjoni ir-riżultati ta’ l-ewwel eżami dwar il-kompletezza tal-inkartament fejn jidħlu il-ħtiġijiet dwar id-data u l-informazzjoni provduta f’ l-Anness II u, għal mill-anqas prodott tal-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva konċernata, f’ l-Anness III tad-Direttiva; billi sussegwentement, b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2), l-inkartamenti kienu sottomessi mill-applikant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra; Billi l-inkartamenti għas-CGA279202 (trifloxystrobin), clefoxydim (BAS 625H), etoxazol u l-fosfat ferric kienu riferuti lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fil-15 t’Ottubru 1998; Billi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jirrikjedi li jkun konfermat fil-livell tal-Komunità li kull inkartament irid ikun ikkunsidrat li jissodisfa, fil-prinċipju, il-bżonnijiet dwar id-data u l-informazzjoni provduti f’ Aness II u, għal mill-anqas prodott tal-protezzjoni tal-pjanti wieħed li jkun fih is-sustanza attiva konċernata, fl-Anness III tad-Direttiva; Billi din il-konferma hi neċessarja biex jitkompla l-eżami dettaljat tal-inkartament kif ukoll biex l-Istati Membri jkollhom il-possibilità li jagħtu awtorizzazzjoni proviżorja għal prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva kif hu rikjest fil-kundizzjonijiet stipulati f’ l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva, u partikolarment il-kundizzjoni li jsir assessjar dettaljat tas-sustanzi attivi u tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fejn jidħlu ir-rekwiżiti tad-Direttiva; Billi din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax li aktar data jew informazzjoni tista’ tiġi mitluba mingħand l-applikant fejn ikun jidher waqt l-eżami dettaljat li din l-informazzjoni jew data tkun rikjesta biex tittieħed deċiżjoni; Billi hu miftiehem bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li r-Renju Unit għandu jkompli bl-eżami dettaljat tal-inkartament għas-CGA279202 (trifloxystrobin), li Spanja tkompli bl-eżami dettaljat tal-inkartament tal-clefoxydim (BAS 625H), li Franza tkompli bl-eżami dettaljat tal-inkartament ta’ l-etoxazol, u li l-Ġermanja tkompli bl-eżami dettaljat għall-inkartament tal-fosfat ferric; Billi r-Renju Unit, Spanja, Franza u l-Ġermanja għandhom jirraportaw il-konkluzjonijiet ta’ l-eżamijiet tagħhom akkumpanjati minn xi rakkomandazzjonijiet fuq l-inklużjoni jew le u xi kundizzjonijiet relatati magħhom lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn perijodu ta’ sena; billi mal-kunsenja ta’ dan ir-rapport l-eżami dettaljat għandu jkompli bl-għajnuna ta’ l-esperti mill-Istati Membri kollha fil-qafas tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti; Billi il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Dawn l-inkartamenti li ġejjin jissodisfaw fil-prinċipju il-ħtiġijiet dwar id-data u l-informazzjoni provduti f’ l-Anness II u, għal mill-anqas prodott tal-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih sustanza attiva konċernata, f’L-Anness III tad-Direttiva, meta wieħed jikkonsidra l-użu propost. 1) L-inkartament sottomess minn Novaritis Crop Protection UK Ltd lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni tas-CGA279202 (trifloxystrobin) bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fil-15 ta’ Ottubru 1998. 2) L-inkartament sottomess minn BASF AG lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jkun inkluż il-clefoxydim (BAS 625H) bħala sustanza attiva f’L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-15 ta’ Ottubru 1998. 3) L-inkartament sottomess minn Sumitomo Agro Europe SA lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jkun inkluż l-etoxazol bħala sustanza attiva f’ l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-15 t’Ottubru 1998. 4) L-inkartament sottomess minn W. Neudorff GmbH KG lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jkun inkluż il-fosfat ferric bħala sustanza attiva f’L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-15 t’Ottubru 1998. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [2] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 50. --------------------------------------------------