32003D0582



Official Journal L 197 , 05/08/2003 P. 0037 - 0037


Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/582/PESK

tal-21 ta' Lulju 2003

li tikkonċerna il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea l-Federazzjoni Russa fuq il-parteċipazzjoni ta' dan l-iStat fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnia u l-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 miġjub fih,

Wara li kkonsidra r-Rakkomandazzjoni mill-Presidenza

Billi:

(1) Il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK tal-11 ta' Marzu 2002 dwar il- [1] u l-Azzjonijiet Konġunti 2003/141/PESK tas-27ta' Frar 2003 [2] u 2003/188/PESK tas-17 ta' Marzu 2003(3) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea.

(2) L-Artikolu 8 [3] ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK jistabbilixxi li arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta' l-Istati terzi fl-EUPM għandhom ikunu soġġetti għal ftehim skond l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(3) Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 t'Ottubru 2002 li tawtorizza lill-Presidenza biex tiftaħ in-negozjati, il-Presidenza nnegozjat Ftehim mal-Federazzjoni Russa rigward il-parteċipazzjoni fl-EUPM.

(4) L-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa qablu li l-kitba tal-ftehim għandha tkun annessa ma' l-Iskambju ta' Ittri, u li l-Ftehim għandu jiġi applikat b'mod proviżorju ma' l-iffirmar, sakemm jidħol fis-seħħ.

(5) Dan l-Iskambju ta' Ittri għandu jiġi ffirmat u l-Ftehim għandu jiġi approvat min-naħa tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Iskambju t'Ittri u l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa fuq il-parteċipazzjoni ta' dan l-iStat fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u l-Ħerzegovina annessi magħhom huma approvati mill-Unjoni Ewropea.

It-testi ta' l-Iskambju ta' Ittri u l-Ftehim huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-President tal-Kunsill huwa permezz ta' din id-Deċiżjoni awtorizzat li jinnomina l-persuna/i li għandhom il-poter li jiffirmaw l-Iskambju ta' Ittri li jorbot lill-Unjoni Ewropea.

2. Il-President tal-Kunsill huwa permezz ta' din id-Deċiżjoni awtorizzat li jipproċedi għan-notifikazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Iskambju ta' Ittri.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għanha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Lulju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU L 70, tat-13.3.2002, p. 1.

[2] ĠU L 53, tat-28.2.2003, p. 63.

[3] ĠU L 73, tad-19.3.2003, p. 9.

--------------------------------------------------