|
26.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 29/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10049 — Partners Group/Atlantia/Telepass)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 29/05)
1.
Fit-18 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Partners Group AG (flimkien mal-affiljati tiegħu, “Partners Group”, l-Isvizzera), |
|
— |
Atlantia SpA (“Atlantia”, Italy), |
|
— |
Telepass SpA (“Telepass”, l-Italja), bħalissa kkontrollata esklużivament minn Atlantia (Italy) |
Partners Group u Atlantia jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Telepass.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Partners Group: kumpanija globali tal-ġestjoni tal-investiment privat attiva fl-oqsma tal-ekwità privata, il-proprjetà privata, l-infrastruttura privata u d-dejn privat; |
|
— |
Atlantia: kumpanija azzjonarja attiva prinċipalment fis-setturi tal-awtostrada bi ħlas u tal-infrastruttura tal-ajruport fl-Italja, fi Spanja, fi Franza u, sa ċertu punt, fil-Polonja; |
|
— |
Telepass: attiva prinċipalment fil-forniment ta’ servizzi elettroniċi ta’ pedaġġi fl-Ewropa u, b’mod partikolari, fl-Italja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10049 — Partners Group/Atlantia/Telepass
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).