<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0300159901.case.xml"><NO.CASE>C-197/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008J0197</NO.CELEX><NO.SEQ>0004.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-1623</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-1644</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100304">4.3.2010</DATE> — KAWŻA C-197/08</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs FRANZA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-197/08,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 226 KE, ippreżentat fl-<DATE ISO="20080514">14 ta’ Mejju 2008</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn R. Lyal u W. Mölls, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża,</HT> irrappreżentata minn G. de Bergues, J.-S. Pilczer u J.-C. Gracia kif ukoll minn B. Beaupère-Manokha, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-1624"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, P. Lindh, A. Rosas, U. Lõhmus u A. Arabadjiev (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: R. Șereș, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat- <DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi adottat u żammet fis-seħħ sistema ta’ prezzijiet minimi għall-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum fi Franza kif ukoll projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>bi prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-<DATE ISO="19951127">27 ta’ Novembru 1995</DATE>, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol 1, p. 283), kif emendat bid-Direttiva<?PAGE NO="I-1625"?> tal-Kunsill 2002/10/KE, tat-<DATE ISO="20020212">12 ta’ Frar 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 35, p. 182, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 95/59<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>It-premessi 2, 3 u 7 tad-Direttiva 95/59 jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(2)</NO.P><TXT>Filwaqt li l-għan tat-Trattat [KE] huwa li jistabbilixxi unjoni ekonomika fejn hemm kompetizzjoni attiva u li l-karatteristiċi tagħha huma simili ta’ dawk ta’ suq domestiku; u, fejn jidħol tabakk manifatturat, l-intenzjoni wara dan il-għan huwa biex l-applikazzjoni fl-Istati Membri tat-taxxi li jaffettwaw il-konsum ta’ prodotti f’dan is-settur ma toħloqx distorsjoni fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u ma tfixkilx il-moviment liberu fi ħdan il-Komunità;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Filwaqt li, safejn taxxi tas-sisa huma ikkonċernati,l-armoniżżazzjoni ta’ l-istrutturi għandha, b’mod partikolari, tirriżulta f’kompetizzjoni f’kategoriji differenti ta’ tabakk manifatturat taħt l-istess grupp u ma tinħoloqx distorsjoni bl-effetti ta’ l-ispiża tat-taxxa u, konsegwentament, fil-ftuħ tas-swieq nazzjonali ta’ l-Istati Membri;</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="I-1626"?><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Filwaqt li l-bżonnijiet imperattivi ta’ kompetizzjoni jimplikaw sistema ta’ prezzijiet iffurmati liberament għall-gruppijiet kollha ta’ tabakk manifatturat.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Is-sostanzi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala tabakk manifatturat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>sigaretti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>sigarri u sigarillos;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>tabakk għat-tipjip</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tabakk mqatta’ għall-irrumblar tas-sigaretti,</P></ITEM><ITEM><P>tabakk ieħor għat-tipjip;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA><P>kif inhu definit fl-Artikoli 3 sa 7.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-1627"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/59 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sigaretti manifatturati fil-Komunità u dawk impurtati minn pajjiżi li mhumiex membri għandhom ikunu soġġetti għal taxxa tas-sisa proporzjonali kalkolata fuq il-prezz massimu ta’ bejgħ bl-imnut, inkluż id-dazju u anki għal taxxa tas-sisa speċifika kalkolata fuq kull unit tal-prodott.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rata tat-taxxa tas-sisa proporzjonali u l-ammont tat-taxxa tas-sisa speċifika għandha tkun l-istess għas-sigaretti kollha.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Persuna naturali jew legali stabblita fil-Komunità li tikkonverti it-tabakk f’prodotti manifatturati lesti għall-bejgħ bl-imnut għandu jiġi meqjus bħala manifattur.</ALINEA><ALINEA>Manifatturi,jew, fejn xieraq, ir-rappreżentanti jew aġenti awtorizzati tagħhom fil-Komunità u importaturi tat-tabakk minn pajjiżi li mhumiex membri għandhom ikunu liberi li jistabbilixxu l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull prodott tagħhom għal kull Stat Membru fejn dawn il-prodotti jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum.</ALINEA><?PAGE NO="I-1628"?><ALINEA>It-tieni paragrafu ma jistax, madankollu,ifixkel l-implementazzjoni tas-sistemi ta’ leġislazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet jew l-osservanza ta’ prezzijiet imposti, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont ta’ taxxa tas-sisa speċifika fuq is-sigaretti għandu jiġi stabbilit b’referenza għas-sigaretti fl-aktar kategorija tal-prezzijiet popolari skond l-informazzjoni disponibbli fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, b’effett minn l-<DATE ISO="19780101">1 ta’ Jannar 1978</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-komponent ta’ taxxa tas-sisa speċifika ma jistax ikun anqas minn 5 % jew aktar minn 55 % ta’ l-ammont globali tal-piż ta’ taxxa,li jirriżulta mill-aggregazzjoni tat-taxxa tas-sisa proporzjonali, it-taxxa tas-sisa speċifika u t-taxxa fuq il-bejgħ imposta fuq dawn is-sigaretti.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="016.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jimponu taxxa minima tas-sisa fuq sigarretti mibjugħa bi prezz aktar baxx mill-prezz bl-imnut għas-sigarretti fil-kategorija tal-prezz fejn hemm l-akbar domanda, sakemm din it-taxxa tas-sisa ma teċċedix l-ammont tat-taxxa tas-sisa imposta fuq is-sigarretti fil-kategorija tal-prezz fejn hemm l-akbar domanda<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 13, p. 202) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE>, dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptikolu 3, Vol 13, p. 204), kif emendati bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE, tal-<DATE ISO="20031205">5 ta’ Diċembru<?PAGE NO="I-1629"?> 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 41, p. 430), jistabbilixxu r-rati u/jew l-ammonti minimi tad-dazji globali tas-sisa li jolqtu rispettivament is-sigaretti u t-tabakk immanifatturat ieħor li ma jikkonsistix f’sigaretti. Id-Direttiva 92/80 fiha wkoll ċerti regoli dwar l-istruttura tad-dazju tas-sisa fuq dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE, tat-<DATE ISO="20040602">2 ta’ Ġunju 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142M" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2004">ĠU L 142M, p. 63</REF.DOC.OJ>), il-Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk, iffirmata f’Genève fil-<DATE ISO="20030521">21 ta’ Mejju 2003</DATE> (iktar ’il-quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>konvenzjoni tal-WHO<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), ġiet approvata f’isem il-Komunità. L-Artikolu 6 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Miżuri finanzjarji u fiskali bl-għan li titnaqqas id-domanda għat-tabakk<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa miktub kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-miżuri finanzjarji u fiskali huma mezz effettiv u importanti sabiex jitnaqqas il-konsum tat-tabakk min-naħa ta’ diversi segmenti tal-popolazzjoni, b’mod partikolari ż-żgħażagħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għad-dritt sovran tal-partijiet li jiddeċiedu u jistabbilixxu l-politika ta’ tassazzjoni tagħhom, kull parti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet nazzjonali għas-saħħa tagħha rigward il-kontroll tat-tabakk u tadotta jew iżżomm, kif ikun xieraq, miżuri li jistgħu jinkludu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-implementazzjoni tal-politika fiskali u, fejn ikun xieraq, il-politika ta’ prezzijiet, rigward il-prodotti tat-tabakk sabiex jingħata kontribut għall-għanijiet tas-saħħa mmirati biex inaqqsu l-konsum tat-tabakk [...] [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1630"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Code général des impôts (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>CGI<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) jirregola b’mod partikolari t-tassazzjoni tat-tabakk fi Franza. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 572 tas-CĠI ġie emendat bil-paragrafu II tal-Artikolu 38 tal-Liġi Nru 2004-806 tad-<DATE ISO="20040809">9 ta’ Awwissu 2004</DATE> dwar il-politika tas-saħħa pubblika (JORF tal-<DATE ISO="20040811">11 ta’ Awwissu 2004</DATE>, p. 14277). L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 572, kif emendat, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-prezz bl-imnut ta’ kull prodott, espress għall-<FT TYPE="NUMBER">1000</FT> unità jew għal <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> gramm, huwa l-istess għat-territorju kollu u huwa stabbilit b’mod liberu mill-manifatturi u l-fornituri approvati. Dan il-prezz hu applikabbli wara li jkun ġie omologat f’kundizzjonijiet iddefiniti b’digriet mill-Conseil d’État. Il-prezz bl-imnut tas-sigaretti, espress f’<FT TYPE="NUMBER">1000</FT> unità, ma jistax madankollu jiġi omologat jekk ikun inqas minn dak miksub billi jiġi applikat, għal prezz medju ta’ dawn il-prodotti, perċentwali stabbilita b’digriet.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Digriet Nru 2004-975 tat-<DATE ISO="20040913">13 ta’ Settembru 2004</DATE> adottat għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 572 tal-Code général des impôts (JORF tat-<DATE ISO="20040918">18 ta’ Settembru 2004</DATE>, p. 16264), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[i]l-perċentwali msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 572 tas-[CGI] huwa stabbilit għal 95<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 572a tas-CGI ġie emendat bil-paragrafu II tal-Artikolu 30 tal-Liġi Nru 2005-1719 tat-<DATE ISO="20051230">30 ta’ Diċembru 2005</DATE> dwar il-finanzi għall-2006 (JORF tal-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>, p. 20597). L-imsemmi Artikolu 572a, kif emendat, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-prezz ta’ bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mibjugħa mill-bejjiegħa bl-imnut imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 568 u ta’ prodotti kkonsenjati lill-vjaġġaturi mill-bejjiegħa bl-imnut imsemmija fir-raba’ paragrafu ta’ dan l-artikolu huwa stabbilit liberament, mingħajr madankollu dan il-prezz ma jista’ jkun inqas mill-prezz bl-imnut espress għal <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> unità jew għall-<FT TYPE="NUMBER">1000</FT> gramm stabbilit fl-ordni ta’ omologazzjoni. […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-1631"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Code de la santé publique (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>is-CSP<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) fih b’mod partikolari dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. L-Artikolu L. 3511 tas-CSP, kif emendat bid-Digriet Nru 2006-596 tat-<DATE ISO="20060523">23 ta’ Mejju 2006</DATE> (JORF tal-<DATE ISO="20060525">25 ta’ Mejju 2006</DATE>, p. 7791), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Huma meqjusa bħala prodotti tat-tabakk, il-prodotti intiżi sabiex jiġu mpejpa, imxamma, imgidma jew milgħaqa, sa fejn dawn huma, anki parzjalment, ikkostitwiti minn tabakk, u kif ukoll il-prodotti intiżi sabiex jiġu mpejpa anki jekk ma fihomx tabakk, bl-unika esklużjoni ta’ prodotti li huma intiżi għal użu mediku, fis-sens tat-tielet paragrafu (punt 2) tal-Artikolu 564 tas-[CGI].</ALINEA><ALINEA>Huwa meqjus bħala ingredjent, kull sustanza jew kull komponent ieħor li ma humiex il-weraq u partijiet naturali jew mhux proċessati oħra tal-pjanta tat-tabakk, użati fl-immanifatturar jew fil-preparazzjoni ta’ prodott tat-tabakk u li għadhom preżenti fil-prodott lest, anki taħt forma mibdula, inkluż il-karta, il-filtru, l-inka u l-kolla.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L. 3511-3 tas-CSP, fil-verżjoni applikabbli tagħha tal-<DATE ISO="20060904">4 ta’ Settembru 2006</DATE>, data ta’ skadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata msemmi fil-punt 17 ta’ din is-sentenza, verżjoni li tirriżulta mil-Liġi Nru 2004-806, imsemmija fil-punt 9 ta’ din is-sentenza, huwa miktub kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-propaganda jew ir-reklamar, diretta jew indiretta, favur it-tabakk, tal-prodotti tat-tabakk jew tal-ingredjenti stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu L. 3511-1 kif ukoll kull distribuzzjoni bla ħlas jew bejgħ ta’ prodott tat-tabakk bi prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika huma pprojbiti.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-1632"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-kontroll tat-tabakk tas-CSP fihom sanzjonijiet kriminali previsti fl-Artikoli L. 3512-1 sa L. 3512-4 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20050321">21 ta’ Marzu 2005</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Franċiża, li fiha hija sostniet li s-sistema ta’ prezz minimu ta’ bejgħ bl-imnut għas-sigaretti u l-projbizzjoni li jiġu stabbiliti prezzijiet tat-tabakk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>bi prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Franċiża huma inkompatibbli mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tad-<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE>, ir-Repubblika Franċiża sostniet li hija qieset li din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata permezz tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika prevista fl-Artikolu 30 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ħarġet, fit-<DATE ISO="20060628">28 ta’ Ġunju 2006</DATE>, u bagħtet, fl-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, opinjoni motivata li fiha hija rrepetiet il-perspettiva tagħha u stiednet lill-imsemmi Stat Membru sabiex jaqdi l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59 f’terminu ta’ xahrejn li jiskatta mid-data ta’ notifika tal-imsemmija opinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Billi qieset li s-sitwazzjoni baqgħet insodisfaċenti fid-dawl tar-risposti tar-Repubblika Franċiża tal-5 ta’ Ottubru u tat-<DATE ISO="20061222">22 ta’ Diċembru 2006</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1633"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, id-Direttiva 95/59 hija intiża sabiex tiżgura kompetizzjoni b’saħħitha, mhux distorta bl-effetti tat-taxxi, sabiex jitwettaq il-ftuħ tas-swieq nazzjonali tal-Istati Membri. L-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva jiggarantixxi li d-determinazzjoni tal-bażi ta’ stima tad-dazju tas-sisa tkun suġġetta għall-istess prinċipji fl-Istati Membri kollha u jimpedixxi li r-regoli tal-Istat dwar il-prezz ikunu jistgħu jtelfu t-twettiq ta’ dawn l-għanijiet. Id-diċitura u l-finalità ta’ din id-dispożizzjoni ma jħallu ebda dubju fir-rigward tal-fatt li din tipprojbixxi l-impożizzjoni ta’ prezzijiet minimi għall-bejgħ bl-imnut. Fil-fatt, impożizzjoni tali jkollha bħala konsegwenza li telimina d-differenzi fil-prezzijiet li jista’ jkun hemm bejn id-diversi prodotti abbażi ta’ fatturi li jinfluwenzaw l-iffissar tal-prezzijiet minn manifatturi differenti. Konsegwentement, mekkaniżmu tali jwassal għad-distorsjoni tal-flussi kummerċjali bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, l-importazzjoni ta’ prodotti li l-prezz nett tagħhom (eskluż mit-taxxi) huwa iktar baxx minn dak ta’ prodotti paragunabbli mibjugħa fl-Istati Membri li jimponu prezz minimu hija pprokrastinata f’dawn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tallega li s-sistema Franċiża ta’ tassazzjoni tas-sigaretti timponi prezz minimu li jikkorrispondi għal 95 % tal-prezz medju ta’ dawn tal-aħħar, u li iktar baxx minnu, il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti ma jistgħux ikunu omologati, inkwantu din l-omologazzjoni hija kundizzjoni tal-applikazzjoni tal-prezzijiet fil-kummerċ. Għaldaqstant, il-manifatturi jew l-importaturi ma jistgħux jiffissaw liberament il-prezz massimu ta’ bejgħ bl-imnut tal-prodotti tagħhom, billi, f’kull ipoteżi, dan il-prezz massimu ma jistax ikun inqas mill-prezz minimu impost. L-imsemmija sistema ta’ tassazzjoni tas-sigaretti hija għalhekk inkompatibbli mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tas-CSP inkwistjoni jagħtu lill-awtoritajiet Franċiżi setgħa diskrezzjonali sabiex jipprojbixxu l-bejgħ bl-imnut ta’ tabakk immanifatturat taħt prezz speċifiku u jimpedixxu b’hekk lill-manifatturi u<?PAGE NO="I-1634"?> lill-importaturi milli jiffissaw liberament il-prezz massimu ta’ bejgħ bl-imnut ta’ kull prodott minn tagħhom. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>prezzijiet promozzjonali li jmorru kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li jinsab fl-Artikolu L. 3511-3 tas-CSP ma huwiex iddefinit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u b’hekk ma jippermettix li l-operaturi kkonċernati jkunu jafu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom b’mod ċar u preċiż, u lanqas għall-qrati nazzjonali li jiżguraw ir-rispett tagħhom. Dan il-kunċett għalhekk imur kontra l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-individwi.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-fatt li d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="228" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU L 228, p. 1</REF.DOC.OJ>), tinkludi l-prinċipju tal-iffissar liberu tal-prezzijiet ma jfissirx li prinċipju simili, imniżżel b’mod ċar f’dispożizzjoni Komunitarja oħra, jiġifieri l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59, għandhu jitqies bħala inapplikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li, anki jekk il-projbizzjonijiet imposti rispettivament minn din l-aħħar dispożizzjoni u l-Artikolu 28 KE jistgħu jidħlu fuq xulxin, l-Artikolu 9 tad-Direttiva huwa norma awtonoma ta’ dritt sekondarju li għandha funzjoni awtonoma fil-kuntest tal-imsemmija direttiva u li l-applikazzjoni tagħha ma tistax tiġi limitata għall-każijiet li jippreġudikaw l-Artikolu 28 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Din l-istituzzjoni tqis li l-analiżi li skontha l-leġiżlazzjoni Franċiża inkwistjoni timpedixxi l-iffissar liberu tal-prezzijiet massimi ta’ bejgħ tal-prodotti tat-tabakk ma hijiex imqegħda inkwistjoni mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59, li jżomm l-applikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>leġislazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>leġislazzjoni nazzjonali dwar [...] l-osservanza ta’ prezzijiet imposti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1635"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-kunsiderazzjonijiet relatati mas-saħħa pubblika, previsti fl-Artikolu 30 KE, ma jistgħux jiġġustifikaw il-ksur tad-dritt Komunitarju allegat f’din il-kawża. Fil-fatt, il-legalità ta’ miżuri nazzjonali li jaqgħu taħt suġġett kopert minn leġiżlazzjoni armonizzata fuq livell Komunitarju għandha tiġi evalwata fil-konfront ta’ din il-leġiżlazzjoni biss, u mhux fil-konfront tad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju li jippermetti li ssir deroga mil-libertajiet fundamentali. F’kull każ, sakemm il-protezzjoni tas-saħħa pubblika tista’ tiġi żgurata bl-impożizzjoni ta’ prezzijiet ta’ bejgħ għoljin għat-tabakk immanifatturat, dan l-għan jista’ jintlaħaq permezz ta’ politika fiskali adattata. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet relatati mas-saħħa pubblika kellhom rwol fit-tħejjija u fir-reviżjoni ta’ direttivi Komunitarji dwar l-armonizzazzjoni fil-qasam tad-dazju tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk, mingħajr madankollu ma ġie mħassar il-prinċipju tal-iffissar liberu tal-prezzijiet. Minn naħa l-oħra, sistema ta’ prezz minimu tista’ tipproduċi effetti noċivi għall-protezzjoni tas-saħħa, għaliex, filwaqt li tipproteġi d-diskrezzjoni tal-produtturi, din is-sistema tagħtihom dħul addizzjonali li jista’ jiġi investit sabiex jiżdied il-bejgħ tat-tabakk immanifatturat.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59 huwa kompatibbli mal-Konvenzjoni tal-WHO. Minn naħa, din il-konvenzjoni ma għandhiex bħala effett li tobbliga lill-partijiet kontraenti biex japplikaw prezzijiet minimi. Minn naħa l-oħra, din ma tagħtix lill-Istati Membri dritt kontra l-Komunità li jagħżlu bejn il-politika fiskali u l-applikazzjoni ta’ politika ta’ prezz, billi din il-kwistjoni taqa’ taħt, skont l-Artikolu 35(2) tal-imsemmija konvenzjoni, il-funzjonament intern tal-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-affermazzjonijiet tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill 2003/54/KE, tat-<DATE ISO="20021202">2 ta’ Diċembru 2002</DATE>, dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u dwar inizjattivi sabiex jissaħħaħ il-kontroll tat-tabakk (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 22, p. 31</REF.DOC.OJ>), li r-Repubblika Franċiża tagħmel riferiment għalihom, ma humiex vinkolanti u li, f’kull każ, dawn ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jinkoraġġixxu ksur tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59. Barra minn hekk, ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080716">16 ta’ Lulju 2008</DATE>, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazji tas-sisa applikabbli għas-sigaretti<?PAGE NO="I-1636"?> u għal tabakk immanifatturat ieħor [COM/2008/460/finali], imsemmi wkoll mill-imsemmi Stat Membru, jirrigwarda l-fiskalità bħala element ta’ strateġija ġenerali ta’ prevenzjoni u ta’ dissważjoni tal-konsum tat-tabakk.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-Kummissjoni tqis li l-Istati Membri jistgħu jżommu prezzijiet għoljin għall-prodotti tat-tabakk billi jżidu l-livell ta’ tassazzjoni ta’ dawn il-prodotti, skont il-modalitajiet previsti mid-direttivi rilevanti. Dawn id-direttivi ma jipprevedux livell massimu tal-piż fiskali. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu dejjem jiżguraw li jintlaħaq il-livell ta’ prezz mixtieq permezz tal-influwenza li jeżerċitaw it-taxxi fuq il-prezz finali. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-manifatturi li jġarrbu telf relatat ma’ volontà li ma jgħaddux il-piż fiskali fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ hija neċessarjament suġġetta għal limitazzjonijiet ekonomiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża ssostni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma tmurx kontra t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1). Dan l-Istat Membru jikkunsidra li din id-dispożizzjoni ma timponix prinċipju ġenerali li skontu l-prezzijiet huma ffissati liberament mill-manifatturi u mill-importaturi. Huwa jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkunsidra f’dan is-sens l-interpretazzjoni li hija tat lill-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, bil-kontra, pereżempju, tad-Direttiva 92/49, li għandha bħala għan l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal attivitajiet bla ħlas u l-eżerċizzju ta’ dawn tal-aħħar, id-Direttiva 95/59 hija intiża biss sabiex tarmonizza numru ta’ leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar id-drittijiet tad-dazju. Madankollu, skont dan l-Istat Membru, għalkemm il-prinċipju tal-libertà li biha jiġu stabbiliti l-prezzijiet jew tal-libertà tariffarja jista’ jintrabat mal-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju ta’ attività bla salarju, dan ma jistax jintrabat mal-armonizzazzjoni fiskali. Barra minn hekk, prinċipju tali għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-moviment liberu tal-merkanzija previst fl-Artikolu 28 KE, li huwa limitat sabiex jipprojbixxi l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-prezz li jiżvantaġġaw il-prodotti importati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1637"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Franċiża tikkunsidra li, f’kull każ, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tqajjem xi riżervi previsti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59. Fil-fatt, minn naħa, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>leġislazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li tinsab f’din id-dispożizzjoni, tirrigwarda leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prezz kemm ta’ natura ġenerali u kemm ta’ natura partikolari, bħal dik inkwistjoni. Għalhekk, dan l-Istat Membru jikkontesta l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta mis-sentenza tad-<DATE ISO="20001019">19 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-216/98" PAGE.ECR="I-8921" YEAR="2000">C-216/98, Ġabra p. I-8921</REF.DOC.ECR>), li skontha, din l-espressjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala li tirriżerva għall-Istati Membri setgħa diskrezzjonali li jiffissaw ħaġa oħra minn leġiżlazzjonijiet nazzjonali ta’ natura ġenerali, li għandhom l-għan li jwaqqfu żieda fil-prezzijiet. Minn naħa l-oħra, skont l-istess ġurisprudenza, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>leġislazzjoni nazzjonali dwar [...] l-osservanza ta’ prezzijiet imposti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tirreferi għal prezz li, ladarba stabbilit mill-manifattur jew l-importatur u approvat mill-awtorità pubblika, jiġi impost bħala prezz massimu. Madankollu, ir-Repubblika Franċiża hija tal-fehma, li jekk dan il-prezz għandu jkun approvat mill-awtorità pubblika, din tal-aħħar għandha wkoll tkun tista’ tirrifjutah.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Sussidjarjament, dan l-Istat Membru jallega li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni hija ġġustifikata bl-għan tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika li tinsab fl-Artikolu 30 KE. Fil-fatt, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tippermetti lill-Istati Membri sabiex japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali restrittivi fil-konfront ta’ kummerċ intra-Komunitarju sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-individwi; dwar dan il-punt, l-imsemmi Stat Membru jagħmel riferiment għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni hija neċessarja u proporzjonali meta pparagunata ma’ dan il-għan. Fil-fatt, dan tal-aħħar ma jistax jintlaħaq permezz ta’ żieda fit-taxxa, billi l-produtturi u l-importaturi mhux neċessarjament jgħaddu din iż-żieda fuq il-prezzijiet bl-imnut u għalhekk, ma jwassalx neċessarjament għal tnaqqis fil-konsomazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Franċiża, l-iffissar ta’ prezz minimu huwa mod adattat biex jinżamm livell għoli tal-prezzijiet u jipprevjeni b’hekk it-tipjip taż-żgħażagħ. Dan jirriżulta mill-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni tal-WHO. L-argument ta’ dan l-Istat Membru huwa wkoll ikkorrobborat bil-punt 7 tar-Rakkomandazzjoni 2003/54 kif ukoll bl-ewwel subparagrafu tal-punt 3.3 tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament<?PAGE NO="I-1638"?> Ewropew u lill-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080716">16 ta’ Lulju 2008</DATE>, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazji tas-sisa applikabbli għas-sigaretti u tabakk immanifatturat ieħor.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, preliminarjament, li jirriżulta mill-premessa 3 tad-Direttiva 95/59 li din tal-aħħar tagħmel parti mill-kuntest ta’ armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxa tas-sisa fuq it-tabakk immanifatturat li għandhom bħala għan li jiġi evitat li l-kompetizzjoni f’kategoriji differenti ta’ tabakk immanifatturat taħt l-istess grupp tkun distorta u, b’hekk, jinfetħu s-swieq nazzjonali tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li s-sigaretti immanifatturati fil-Komunità u dawk importati minn pajjiżi li ma humiex membri għandhom ikunu suġġetta f’kull Stat Membru għal taxxa tas-sisa proporzjonali kkalkolata fuq il-prezz massimu ta’ bejgħ bl-imnut, inkluż id-dazju u anki għal taxxa tas-sisa speċifika kkalkolata fuq kull unità tal-prodott (sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta mill-premessa 7 tad-Direttiva 95/59 li l-bżonnijiet imperattivi ta’ kompetizzjoni jimplikaw sistema ta’ prezzijiet iffurmati liberament għall-gruppijiet kollha ta’ tabakk immanifatturat.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi li l-manifatturi jew, fejn xieraq, ir-rappreżentanti jew aġenti awtorizzati tagħhom fil-Komunità u importaturi tat-tabakk minn pajjiżi li ma humiex membri għandhom ikunu liberi li jistabbilixxu<?PAGE NO="I-1639"?> l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull prodott tagħhom, sabiex jiġi ggarantit li jkun hemm kompetizzjoni bejniethom (sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20). Din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tiżgura li d-determinazzjoni tal-bażi ta’ stima tad-dazju tas-sisa proporzjonali fuq il-prodotti tat-tabakk, jiġifieri l-prezz massimu ta’ bejgħ bl-imnut ta’ dawn il-prodotti, tkun suġġetta għall-istess regoli fl-Istati Membri kollha. Din għandha l-għan ukoll, kif irrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tagħha, li tippreserva l-libertà tal-operaturi fuq imsemmija li tippermettilhom jibbenefikaw effettivament mill-vantaġġ kompetittiv li jirriżulta minn eventwali prezzijiet tal-produzzjoni iktar baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, l-impożizzjoni ta’ prezz minimu ta’ bejgħ bl-imnut mill-awtoritajiet pubbliċi għandha bħala effett li l-prezz massimu ta’ bejgħ bl-imnut stabbilit mill-produtturi u mill-importaturi ma jkunx jista’, f’kull ipoteżi, ikun inqas minn dan il-prezz minimu vinkolanti. Leġiżlazzjoni li timponi tali prezz minimu tista’ għalhekk tippreġudika r-relazzjonijiet kompetittivi billi tipprekludi wħud minn dawn il-produtturi jew importaturi milli jieħdu vantaġġ mill-prezzijiet tal-produzzjoni iktar baxxi sabiex joffru prezzijiet ta’ bejgħ bl-imnut iktar attraenti.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sistema ta’ prezzijiet minimi ta’ bejgħ bl-imnut tal-prodotti tat-tabakk ma għandhiex titqies bħala kompatibbli mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59 sakemm ma hijiex imfassla b’mod li teskludi, f’kull ipoteżi, il-preġudizzju tal-vantaġġ kompetittiv li jista’ jirriżulta, għal ċerti produtturi jew importaturi ta’ prodotti tali, minn prezzijiet ta’ produzzjoni iktar baxxi u li, għaldaqstant, tinħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-198/08" PAGE.ECR="I-1645" YEAR="2010">C-198/08, Ġabra p. I-1645</REF.DOC.ECR>,, punt 30, u Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-221/08" PAGE.ECR="I-1669" YEAR="2010">C-221/08, Ġabra p. I-1669</REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li teħtieġ tiġi eżaminata l-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija f’dan ir-rikors.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1640"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tas-CGI inkwistjoni, moqrija flimkien mad-Digriet Nru 2004-975, jimponu fuq il-produtturi u l-importaturi prezz minimu ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti fi Franza, li jikkorrispondi għal 95 % tal-prezz medju ta’ dawn il-prodotti, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu L. 3511-3 tas-CSP jipprojbixxi li jinbiegħ kull prodott tat-tabakk bi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Matul is-seduta, ir-Repubblika Franċiża ppreċiżat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>prezzijiet promozzjonali li jmorru kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għandu jinftiehem bħala li jindika kull prezz inqas minn dak stabbilit skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 572 tas-CGI.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Din is-sistema ma tippermettix li jiġi eskluż, f’kull ipoteżi, li l-prezz minimu impost jippreġudika l-vantaġġ kompetittiv li jista’ jirriżulta, għal ċerti produtturi jew importaturi ta’ prodotti tat-tabakk, minn prezzijiet ta’ produzzjoni iktar baxxi. Għall-kuntrarju, kif irrilevat mill-Kummissjoni matul is-seduta, mingħajr ma dan il-punt ma ġie kkontestat mir-Repubblika Franċiża, sistema tali, li, barra minn hekk, tistabbilixxi l-prezz minimu b’riferiment għall-prezz medju fis-suq, jista’ jkollha bħala effett li telimina d-differenzi bejn il-prezzijiet ta’ prodotti kompetittivi u li tikkonverġi dawn il-prezzijiet lejn il-prezz tal-prodott l-iktar għoli. L-imsemmija sistema għalhekk tippreġudika l-libertà tal-produtturi u tal-importaturi li jistabbilixxu l-prezz massimu tagħhom ta’ bejgħ bl-imnut, iggarantita mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bil-kontra tal-allegazzjonijiet tar-Repubblika Franċiża, is-sistema ta’ prezz minimu inkwistjoni ma taqax taħt l-eċċezzjoni prevista fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, rigward din id-dispożizzjoni, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kontroll tal-livell tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ġiet interpretata bħala li tirrigwarda l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali ta’ natura ġenerali, pereżempju dawk li għandhom l-għan li jwaqqfu żieda fil-prezzijiet (ara, f’dan is-sens, sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn naħa l-oħra, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>osservanza ta’<?PAGE NO="I-1641"?> prezzijiet imposti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għandha tinftiehem, fil-kuntest tal-mekkaniżmu tal-impożizzjoni tat-tabakk, bħala li tindika prezz li, ladarba stabbilit mill-manifattur jew l-importatur u approvat mill-awtorità pubblika, jiġi impost bħala prezz massimu u għandu jiġi osservat bħala tali f’kull stadju tal-katina ta’ distribuzzjoni sakemm jinbiegħ lill-konsumatur, billi din is-sistema ta’ iffissar tal-prezz għandha bħala għan li jiġi prekluż kull preġudizzju għall-integralità tad-dħul fiskali billi jinqabeż il-prezz impost (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa kostanti li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma hijiex intiża la biex tipprekludi żieda fil-prezzijiet u lanqas biex tevita t-telf ta’ dħul fiskali minħabba l-qbiż tal-prezz massimu ta’ bejgħ bl-imnut liberament stabbilit mill-produtturi jew mill-importaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Konvenzjoni tal-WHO, kif irrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punti 50 u 51 tal-konklużjonijiet tagħha, din il-konvenzjoni ma timponi ebda obbligu konkret fuq il-partijiet kontraenti fir-rigward tal-politika tal-prezzijiet għal prodotti tat-tabakk, u tiddeskrivi biss is-soluzzjonijiet possibbli sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet nazzjonali tas-saħħa fir-rigward tal-kontroll tat-tabakk. Fil-fatt, l-Artikolu 6 ta’ din il-konvenzjoni huwa limitat sabiex jipprevedi li l-partijiet kontraenti jadottaw jew iżommu miżuri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>li jistgħu jinkludu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> l-applikazzjoni ta’ politika fiskali u, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>fejn ikun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> il-politika ta’ prezzijiet rigward il-prodotti tat-tabakk.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ebda indikazzjoni konkreta fir-rigward tal-użu ta’ sistemi ta’ prezzijiet minimi ma tista’ tiġi dedotta la mir-Rakkomandazzjoni 2003/54 u lanqas mir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080716">16 ta’ Lulju 2008</DATE>, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazji tas-sisa applikabbli għas-sigaretti u tabakk immanifatturat ieħor, li, barra minn hekk, ma għandhomx forza vinkolanti. Fil-fatt, il-passaġġi ta’ dawn it-testi li r-Repubblika Franċiża tirreferi għalihom sempliċement jesprimu l-idea li l-prezzijiet għoljin ta’ prodotti tat-tabakk għandhom bħala għan li jiskorraġġixxu l-konsum.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1642"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’kull każ, kif jirriżulta mill-punt 38 ta’ din is-sentenza, id-Direttiva 95/59 ma tipprekludix politika tal-prezzijiet sakemm din tal-aħħar ma tmurx kontra l-għanijiet tal-imsemmija direttiva, b’mod partikolari dak li jeskludi distorsjoni tal-kompetizzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ tabakk immanifatturat li jappartjenu lill-istess grupp.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża ssostni wkoll li s-sistema ta’ prezzijiet minimi inkwistjoni hija ġġustifikata bl-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ persuni previst fl-Artikolu 30 KE. Skont dan l-Istat Membru, iż-żieda fil-livell tat-taxxi ma tistax tiggarantixxi prezzijiet suffiċjentement għoljin ta’ prodotti tat-tabakk, għaliex din iż-żieda tista’ tiġi assorbita mill-produtturi jew mill-importaturi billi jissagrifikaw parti mill-qligħ tagħhom, jew billi jbiegħu b’telf.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Jeħtieġ jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li l-Artikolu 30 KE ma jistax jinftiehem bħala li jawtorizza miżuri oħra li ma humiex ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni kif ukoll il-miżuri li għandhom effett ekwivalenti kif previst fl-Artikoli 28 KE u 29 KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20020227">27 ta’ Frar 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-302/00" PAGE.ECR="I-2055" YEAR="2002">C-302/00, Ġabra p. I-2055</REF.DOC.ECR>, punt 33). F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma invokatx ksur ta’ dawn l-aħħar dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li d-Direttiva 95/59 ma tipprekludix lir-Repubblika Franċiża milli tkompli l-ħlieda kontra t-tipjip, billi dan huwa meħtieġ mill-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jissemma, barra minn hekk, fil-premessa 7 tad-Direttiva 2002/10, l-aħħar att li jemenda d-Direttiva 95/59/KE, li madankollu l-Artikolu 9 tiegħu jibqa’ l-istess meta pparagunat mar-redazzjoni inizjali tiegħu, it-Trattat KE, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 152(1) KE jirrikjedi li d-definizzjoni kif ukoll l-implementazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet kollha tal-Komunità għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1643"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’din il-premessa jiġi wkoll ippreċiżat li l-livell ta’ tassazzjoni huwa element fundamentali tal-prezz tal-prodotti tat-tabakk, li, minn naħa tiegħu, jinfluwenza d-drawwiet tat-tipjip tal-konsumaturi. Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, rigward il-prodotti tat-tabakk, il-leġiżlazzjoni fiskali tikkostitwixxi strument importanti u effettiv għall-kontroll tal-konsum ta’ dawn il-prodotti u, għaldaqstant, għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika (sentenza tal-<DATE ISO="20061005">5 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Valeško, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-140/05" PAGE.ECR="I-10025" YEAR="2006">C-140/05, Ġabra p. I-10025</REF.DOC.ECR>, punt 58) u li l-għan li jiġi żgurat li l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti jkunu ffissati f’livelli għolja jista’ jintlaħaq b’mod adegwat b’tassazzjoni ogħla ta’ dawn il-prodotti, peress li żidiet fit-taxxi tas-sisa għandhom eventwalment illum jew għada jirriżultaw f’żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut, mingħajr ma jinħoloq preġudizzju għal-libertà tal-iffissar tal-prezzijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk l-Istati Membri jixtiequ jeliminaw b’mod permanenti kull possibbiltà għall-produtturi jew għall-importaturi li jassorbu, anki temporanjament, l-impatt tat-taxxi fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk immanifatturat billi jbiegħuh b’telf, huma b’mod partikolari jistgħu, filwaqt li jippermettu b’hekk lill-imsemmija produtturi u importaturi li jibbenefikaw effettivament mill-vantaġġ kompetittiv li jirriżulta minn eventwali prezzijiet tal-produzzjoni iktar baxxi, li jipprojbixxu l-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk immanifatturat bi prezz iktar baxx mis-somma tal-prezz tal-produzzjoni u tat-taxxi kollha (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, punt 43 u Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-rikors tal-Kummissjoni għandu jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, billi adottat u żammet fis-seħħ sistema ta’ prezzijiet minimi għall-bejgħ bl-imnut ta’ sigaretti rilaxxati għall-konsum fi Franza kif ukoll projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>bi prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1644"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Repubblika Franċiża tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi adottat u żammet fis-seħħ sistema ta’ prezzijiet minimi għall-bejgħ bl-imnut ta’ sigaretti rilaxxati għall-konsum fi Franza kif ukoll projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>bi prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-<DATE ISO="19951127">27 ta’ Novembru 1995</DATE>, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qligħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE, tat-<DATE ISO="20020212">12 ta’ Frar 2002</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>