European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1180

19.2.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11907 – AURELIUS / LERNIA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1180)

1.   

Fit-12 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AURELIUS Investment Lux One S.à r.l. (“Aurelius”, il-Lussemburgu), proprjetà ta’ Aurelius Group (il-Lussemburgu),

—

Lernia AB (“Lernia”, l-Iżvezja).

Aurelius se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Lernia kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Aurelius hija proprjetà ta’ Aurelius Group, kumpanija ta’ investiment ta’ ekwità privata u maniġer tal-assi li għandu diversi kumpaniji tal-portafoll attivi fl-industrija, il-kimika, il-bejgħ bl-imnut, is-servizzi tan-negozju, il-media u l-IT u l-catering għal-linji tal-ajru. Aurelius Group huwa attiv madwar id-dinja,

—

Lernia hija attiva fil-persunal u r-reklutaġġ, speċjalment fis-segment tal-ħaddiema manwali. Tipprovdi wkoll Edukazzjoni Vokazzjonali Għolja (HVE, Higher Vocational Education) u toffri appoġġ u kkowċjar lil individwi qiegħda (Tqabbil), f’kollaborazzjoni mas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Żvediż. Lernia hija attiva biss fl-Iżvezja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11907 – AURELIUS / LERNIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1180/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)