|
18.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 410/178 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2013
tal-15 ta’ Novembru 2021
li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/731 (2), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġie propost għall-ħatra s-Sur Bernat SOLÉ BARRIL. |
|
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Elisabet NEBREDA VILA. |
|
(5) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sa Victòria ALSINA I BURGUÉS, rappreżentanta ta’ korp reġjonali jew lokali li hija politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Consejera de Acción Exterior y Gobierno Abierto, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Ministru Reġjonali għall-Azzjoni Barranija u Gvern Miftuħ, Gvern tal-Katalonja), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(6) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Gerard Martí FIGUERAS I ALBA, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Secretario de Acción Exterior del Gobierno, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Segretarju għall-Azzjoni Barranija tal-Gvern, Gvern tal-Katalonja), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korp reġjonali jew lokali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PODGORŠEK
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/731 tat-28 ta’ Mejju 2020 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 172 I, 3.6.2020, p. 3).