Official Journal L 030 , 01/02/2001 P. 0042 - 0042
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/6/KE tad-29 ta' Jannar 2001 li tadatta għat-tielet darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNTAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija [1], kif l-aħħar emendata bil-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/62/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Billi: (1) L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jikkontjeni r-Regolamenti li jikkonċernaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija, s-soltu magħruf bħala "l-RID", kif applikabbli mill-1 ta' Lulju 1999. (2) Ir-RID huwa aġġornat kull sentejn u għalhekk verżjoni emendata tkun fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2001 b'perjodu transitorju sal-31 ta' Diċembru 2002, ħlief għal merkanzija perikoluża tal-klassi 7 (materjal radjoattiv), li għalih il-perjodu transitorju jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2001. (3) Huwa għalhekk neċessarju li l-Anness mad-Direttiva jiġi emendat 96/49/KE. (4) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża prevista fid-Direttiva 96/49/KE, ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA L-Artikolu 1 L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE huwa sostitwit b'li ġej: L-ANNESS Regolamenti li jikkonċernaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), li jidhru bħala l-Anness I ma' l-Appendiċi B għal COTIF, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Lulju 2001, dwar il-fehma li "Parti Kontraenti" u "l-Istati jew il-ferroviji" jiġu sostitwiti bi "Stat Membru" NB: It-test konsolidat tal-verżjoni 2001 tar-RID ikun ippubblikat kif it-test ikun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva li jikkonċernaw il-merkanzija perikoluża tal-klassi 7 sal-31 ta' Diċembru 2001 u li jikkonċernaw merkanzija perikoluża ta' klassijiet oħrajn sal 31 ta' Diċembru 2002 fl-iktar tard. Għandhom jgharrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kommissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Jannar 2001. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċe President [1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25. [2] ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 44. --------------------------------------------------