32004R0398



Official Journal L 066 , 04/03/2004 P. 0015 - 0030


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 398/2004

tat-2 ta' Marzu 2004 l

i timponi dazju definit kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Il-Kunsill ta l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra Regolamnet tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi ta' prodotti taħt il-prezz minn pajjiżi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] (Regolament bażiku) u partikolarment l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mogħtija mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kummitat Konsultattiv

Billi:

PROĊEDURA

Miżuri fis-seħħ

(1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2496/97 [2], il-Kunsill impona dazju ad valorem definit fuq id-dħul ta' silikon li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ jew Ċina). Ir-rata tad-dazju li tapplika għall-prezz nett ħieles mill-fruntiera kummunitarja, qabel dan id-dazju kienet ta' 49 % Għandu jiġi notat illi l-miżuri oriġinali ġew imposti bir-Regolament (KE) Nru 2200/90 [3], u li r-Regolament (KE) Nru. onkluża reviżjoni ta' skadenza.

Talba għar-reviżjoni

(2) Wara l-pubblikazzjoni f'Marzu ta' l-2002, ta' n-nota [4] dwar l-iskadenza tal-miżuri ta' kontra d-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kummissjoni rċeviet talba għar-reviżjoni skond l-artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba ġiet ppreżentata fid-9 ta' Settembru 2002 mingħand il-Euroalliages (Kumitat ta' Komunikazzjoni u Ko-operazzjoni bejn l-industrija tal-Ħadid-liegi) (l-applikant) f'isem il-prodotturi li jirrappreżentaw l-100 % tal-produzzjoni tal-mettal tas-silikon tal-Komunitá. It-talba allegat illi l-iskadenza tal-miżuri kienet ser twassal f'kontinwazzjoni u rikkorenza tad-dumping u ħsara lill-industrija tal-Komunitá.

(3) Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, ġie determinat illi kien hemm prova suffiċjenti għall-inizzjazzjoni tar-reviżjoni, il-Kummissjoni ħabret il-bidu tar-reviżjoni ta' skadenza [5], skond l-artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u bdiet l-investigazzjonijiet.

Investigazzjoni

Proċedura

(4) Il-Kummissjoni uffiċjalment tgħat il-parir lill-produtturi tal-Komunitá illi lmentaw, il-produtturi li jesportaw fl-RPĊ, l-importaturi/il-kummerċjanti, l-utent industrijali, u l-assoċjazzjonijiet ta' utenti li huma kkonċernati, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-Gvern Ċiniż dwar l-inizzjazzjoni tar-reviżjoni. Persuni nteressati ingħataw l-opportunita li jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jagħmlu talba għal seduta fiż-żmien msemmi fin-nota ta' inizzjazzjoni.

(5) Kwestjonarji ġew mibgħuta lill-partijiet li kienu uffiċjalment ikkonsultati dwar l-inizzjazzjoni tar-reviżjoni u lil dawk li talbu l-kwestjonarju f'perjodu mniżżel fin-nota ta' inizzjazzjoni.

(6) Ir-risposti ta' dawn il-kwestjonarju kienu riċevuti mit-tlett produtturi tal-Komunitá applikanti, wieħed produttur li jesporta, ieħor importatur, u żewġ produtturi fi stat analogu

Partijiet interesati u żjara ta' verifika

(7) Il-Kummissjoni ġabret u ivverifikat l-informazzjoni li hija kkunsidrat neċessarja għal-iskop sabiex jiġi determinat il-possibilitá ta' kontinwazzjoni u rikorrenza ta' dumping u ħsara u l-interess tal-Komunitá. Żjarat ta' verifikażżjoni saru fuq il-proprjetá tal-kumpanniji li ġejjin:

(a) Produtturi li jesportaw

Dalian DC Silicon Co., Ltd - Dalian, RPĊ

(b) Importatur relatat

Dow Corning Ltd, Barry, Wales, ir-Renju Unit

(ċ) Produtturi f'pajjiż analogu

Fesil ASA, Trondheim, in-Norveġja

Elkem ASA, Oslo, in-Norveġja

(d) Produtturi tal-Komunitá

Invensil, Pechiney Group, Pariġi Franza

Ferroatlantica, Madrid, Spanja

R W Silicium, Pocking, il-Ġermanja

Perjodu ta' investigazzjoni

(8) L-investigazzjoni li tirrigwarda l-kontinwazzjoni u r-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara saret fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Ottubru 2001 u t-30 ta' Settembru 2002 (il-Perjodu ta' l-investigazzjoni - PI). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi relevanti sabiex ssir stima dwar jekk x'aktarx ikun hemm kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara saret fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u tmiem ta' l-PI (perjodu in konsiderazzjoni).

Proċeduri li jirrigwardaw pajjiżi oħra

(9) F'Ottubru ta' l-2002 bdew proċeudri ta' kontra d-dumping li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Kumintá tas-silikon li joriġina fir-Russja. Fl-10 ta' Lulju 2003, permezz ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2229/2003 [6], ġie mpost dazju kontra d-dumping proviżorju bejn it-22,7 % u it-23,6 %.

Il-prodott in konsiderazzjoni u prodotti simili

(10) Il-Prodott in konsiderazzjoni huwa l-istess bħal dak ta' l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri metal silikon li joriġina mir-RPĊ, klassifikat taħt kodiċi NM 28046900 (il-kontenut tas-silikon peżat inqas minn 99,99 %). Skond il-klassifika preżenti miżmuma fin-nomeklatur tad-Dwana, għandu jinqara bħala "silikon" Silikon li huwa iktar pur, jiġifieri li jkollu mhux inqas minn 99,99 % ta' silikon peżat, użat l-iktar fl-industrija tas-semiconductor eletroniċi, jaqa' taħt Kodiċi NM differenti u ma jaqax taħt din il-proċedura.

(11) Is-silikon huwa prodott fi fran ta' skarika eletrika b'nuqqas ta' carbotermika ta' kwarz (silika) filwaqt li jkun hemm diversi tipi ta' karbon riduzzjonat. Huwa mqiegħedha fis-suq fil-forma ta' biċċa, frakk żgħir iebes, granulat jew trabb skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw il-purita tal-metal li huma aċċetati fuq livell internazzjonali. Is-Silikon huwa primarjament użat minn żewġ industriji, l-industrija tal-kimika għall-prodotti ta' metilklorosilin jew triklorosilin u tetraklorosilikon, u l-industrija ta' l-aluminju għall-prodotti ta' lieġi ta' l-aluminju, min idewweb il-materjal primarji u sekondarji, maħsub għall-produzzjoni ta' lieġi fonduti għal industriji differenti, partikolarment l-industrija tal-karozzi.

(12) Bħal m'hi ir-reviżjoni ta' skadenza preċedenti, l-investigazzjoni uriet illi s-silikon, prodott fil-RPĊ u mibjugħ lokalment, kif ukoll dak esportat lill-Komunitá, is-silikon prodott u mibjugħ fis-suq lokali tal-pajjiż analogu (in-Norveġja) u dak fabbrikat u mibjugħ fil-Komunitá mill-produtturi applikanti tal-Komunitá għandhom l-istess karateristiċi bażiċi u kimiċi, u l-istess użu bażiku.. Huma għalhekk kkunsidrati bħala prodotti fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(13) Saru kummenti li jirrigwardaw il-gradi differenti tal-prodott in konsiderazzjoni u prodotti simili, uħud mill-Gvern taċ-Ċina u oħrajn mill-Kamra tal-Kummerċ tal-Metal, l-Minerali u l-Importaturi u l-Esportaturi Kimiċi taċ-Ċina. Madankollu, dawn is-suġġerimenti ma kienux akkumpanjati bi prova li tappoġjahom. Barra minhekk dawn saru fi stadju aħħari tal-proċeduri. Għal dawn ir-raġunijiet il-kummenti riċevuti li jirrigwardaw il-prodott in konsiderazzjoni ma nżammux.

IL-PROBABILITÁ TA' KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

(14) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed isseħħ fil-preżent u, jekk hekk hu il-każ, jekk l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx iwasslu għall-kontiwazzjoni tad-dumping.

Rimarki preliminari

(15) Fost is-sitt pajjiżi li minnhom il-prodott imsemmi fl-ilment qed jiġi esportat, wieħed minnhom biss ikkopera. Skond id-data ta' l-Eurostat, l-ammont ta' l-esportazzjoni tirrapreżenta 80 % ta' l-esportazzjoni miċ-Ċina għal UE. L-ebda informazzjoni ma ġiet mogħtija mingħand esportaturi oħra Ċiniżi tal-prodott u għalhekk dak li jirrigwarda is-sitwazzjoni tagħhom kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(16) Matul il-PI tal-perjodu preċedenti tar-reviżjoni ta' skadenza, l-ammont ta' l-importazzjoni tas-silikon fil-Komunitá mill-RPĊ kien ta' 10199 tunnellata metrika. Wara l-imposizzjoni tal-miżuri ta' kontra d-dumping l-importazzjoni in konsiderazzjoni naqqset fl-1998 għall-4168 tunnellata metrika, madanakollu din reġgħet żdieded mat-tmiem tas-sena tal-PI.

(17) Fl-investigazzjoni oriġinali, l-impotazzjoni miċ-Ċina kellha sehem fis-suq ta' 9,3 % fil-PI. Is-sehem fis-suq ta' l-importazzjoni in kwistjoni kien jammonta għal 3,8 % tal-konsum totali tal-Komunitá matul il-PI preċedenti għar-reviżjoni ta' skadenza.. Fil-perjodu ta' wara li ġew imposti il-miżuri ta' kontra d-dumping, dan is-sehem fis-suq fl-1998 naqas għal 1,4 %, madanakollu waqt l-PI dan reġa żdied għal 3,9 % tal-kosum totali tal-prodott in konsiderazzjoni tal-Komunitá.

Dumping matul il-PI

(18) Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku l-Kummissjoni użat l-istess metodu ta' l-investigazzjoni oriġinali

Il-pajjiż analogu

(19) Peress illi l-RPĊ hija ekonomija fi transizzjoni, il-valur normali kellu jkun ibbażat fuq informazzjoni miksuba minn ekonomija xierqa tas-suq ta' pajjiż terz skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(20) Bħall ma sar fir-reviżjoni ta' skadenza preċedenti, fin-nota ta' inizjazzjoni tar-reviżjoni ta' skadenza, in-Norveġja ġiet proposta bħala il-pajjiż analogu għall-finijiet biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(21) Il-prodott esportat mi-Ċina ma qabilx ma' din il-proposta u saħaq illi l-Brażil jew l-Afrika t'Isfel kienu għazla aktar xierqa, bażikament minħabba illi l-kompetizzjoni u l-kondizzjonijiet fis-suq ta' dawn il-pajjiżi kienu iktar komparabbli mas-sitwazzjoni fl-RPĊ. L-Industrija tal-Komunitá oġġezzjonat il-Brażil u l-Afrika t'Isfel wara li kkunsidrat id-devalutazzjoni tal-munita lokali fil-Brażil u n-nuqqas ta' kompetizzjoni fl-Afrika t'Isfel, peress illi kien hemm kumpanija waħda biss li tipproduċi il-prodott in konsiderazzjoni. Għalkemm l-produtturi magħrufa f'dawn il-pajjiżi ġew mitluba biex jikkoperaw, l-ebda wieħed minnhom m'għamel hekk. B'konsegwenza ta' dan, il-Brażil u l-Afrika t'Isfel ma setgħux jiġu kkunsidrati bħala pajjiżi analogi.

(22) Għal dak li jirrigwarda in-Norveġja, nstab illi din hija waħda mill-ikbar produttriċi tas-silikon fid-dinja, b'żewġ prodotti lokali f'kompetizzjoni. Ġie ukoll stabbilit illi n-Norveġja kienet suq miftuħ mingħajr dazju fuq l-importazzjoni tas-silikon u li kellha importazzjoni konsiderevoli mill-Brażil u l-RPĊ. Wieħed għandu jinnota illi n-Norveġja għandha vantaġġ naturali f'dak li huwa aċċess rħis għal enerġija, filwaqt illi l-ebda sottomissjoni ma saret dwar xi vantaġġ simili għall-RPĊ.

(23) Kien għalhekk li n-Norveġja ġiet konsiderata bħala il-pajjiż analogu xieraq. Il-Kummissjoni kkuntatjat iż-żewġ produtturi tas-silikon magħrufa fin-Norveġja u tnejn qabblu li jikkoperaw.

Valur normali

(24) Għal dak li jirrigwarda id-determinazzjoni tal-valur normali, ġie l-ewwel stabbilit illi l-ammont tal-bejgħ lokali tal-produtturi tan-Norveġja meta mqabbel ma' l-ammont ta' esportazzjoni mill-RPĊ kien wieħed rappresentattiv. Il-valur normali ġie stabbilit jew abbażi tal-prezz medju mħallas fuq il-piż mill-klijent indipendenti waqt il-kors tan-negozju jew abbażi ta' valur normali kostrutt fejn il-bnejgħ domestiku ma kienx ta' profit.. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat illi il-valur normali kostrutt kellu jiġi użatt biss għal proporzjon minimu ta' esportazzjoni. F'dawn il-każijiet fejn il-valur normali ġie kostrutt, dan sar permezz ta' żieda raġonevoli fl-ispejjeż tal-bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi ("BĠ& A") kif ukoll b'marġin ta' profitt tal-prezz tal-produzzjoni fin-Norveġja. F'kull każ BĠ& A u l-profitt ġew stabbiliti skond l-ewwel metodu msemmi fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

Prezz ta' l-esportazzjoni

(25) F'dak li jirrigwarda l-esportazzjoni tal-Komunitá, ħafna mill-bejgħ tal-produtturi fil-RPĊ kien bejgħ li għandu x'jaqsam ma kumpanija fil-Komunitá li tipproċessa is-silikon importat, f'iktar silikon.. Normalment dawn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ma jkunx użati sabiex jiġi stabbilit l-prezz ta' l-esportazzjoni peress illi dawn jistgħu jiġu nfluwenzati mir-relazzjonijiet. Madankollu, peress li nstab illi l-prezzijiet mitluba kienu skond il-prezzijiet fis-suq irraportati f'ġurnali speċjali, kif ukoll mal-prezzijiet mitluba mingħand produtturi oħra, li jesportaw miċ-Ċina, li ma kkoperawx iżda xorta waħda esportaw lill-istess kumpanija fl-UE waqt l-PI, ġie deċiż li dawn il-prezzijiet jintużaw sabiex jjiġi kkalkulat il-prezz ta' l-esportazzjoni. Il-prezz ta' l-esportazzjoni, kellu għalhekk jiġi stabbilit abbażi tad-data miġbura mingħand il-produtturi li jesportaw li kkoperaw, mingħand dawk li ma koperawx, u il-bqija mid-data tal-Eurostat. Għandu jiġi nnutat illi l-ammont ta' l-esportazzjoni mingħand l-esportaturi li kkoperaw ammonta għal 80 % ta' l-importazzjoni kif reġistrata mill-Eurostat u liema ammont kien iktar mill-ammont totali ta' l-importazzjoni tal-prodott in konsiderazzjoni mill-RPĊ waqt l-PI tar-reviżjoni ta' skadenza preċedenti.

Illustrazzjoni komparattiva

(26) Sabiex isir paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' l-esportazzjoni fuq livell ta' ex-works, kellha ssir konċessjoni b'forma ta' aġġustament għad-differenzi li skond ma ġew mitluba u dimostrati affetwaw il-prezz u l-komparabilitá tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti fil-qasam tat-trasport, ta' l-assigurazzjoni, ta' l-istivar u tal-kosti tal-kreditu.

Il-margin tad-dumping

(27) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġin tad-dumping kien stabbilit abbażi tal-paragun tal-valur medju normali skond il-piż mal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni medju skond il-piż, kif msemmi iktar il-fuq. Dan il-paragun wera li d-dumping jeżisti. Il-marġin tad-dumping, mfisser bħala persentaġġ tal-prezz cif fil-frontiera tal-Komunitá bħala dazju mhux imħallas, kien ta' importanza, jiġifieri 12,5 %, għalkemm dan kien ħafna iktar baxx mil-livell stabbiliti fl-investigazzjoni preċedenti.

Konklużjoni

(28) L-investigazzjoni rrilevat illi l-ammont ta' l-importazzjoni miċ-Ċina tal-prodott in kwistjoni kien għola minn dak ta' l-PI tar-reviżjoni ta' skadenza preċedenti u illi dan bla dubju baqa fil-livell ta' prodotti mixtrija taħt il-prezz. L-investigazzjoni ma tagħtx raġunijiet il-għala il-livell tad- dumping jista' jonqos jew jisparixxi għal kollox jekk il-miżuri jiġu mħassra. Għalhekk ġie konkluż illi kien hemm probabilitá ta' kontinwazzjoni tad-dumping.

L-iżvilupp ta' l-importazzjoni jekk il-miżuri jiġu mħassra

(29) Barra minn hekk ġie kkunsidrat li huwa xieraq li jsir eżami dwar jekk l-ammont ta' l-importazzjoni miċ-Ċina tistax tiżdied la darba l-miżuri li jeżistu jiġu mħassra. Għal dan l-iskop il-fatturi li ġejjin ġew valutati: l-evoluzzjoni ta' l-esportazzjoni u/jew tal-kapaċitá tal-produzzjoni u l-imġiba tal-produtturi li jesportaw miċ-Ċina fuq pajjiżi terzi fis-suq.

Il-bejgħ tal-prodott esportat u l-kapacitá disponibbli ta' l-esportatur li kkopera.

(30) L-investigazzjoni uriet illi l-kumpaniji esportatriċi li kkoperaw esportaw 100 %,tal-produzzjoni tal-prodott in konsiderazzjoni, prinċiparjament lill-UE. Kien ukoll evidenti illi din il-kumpanija kella aċċess konsiderevoli għall-kapacitá produttiva li riċentement irdoppjat. Huwa importanti li wieħed jinnota illi l-maġġoranza l-kbira ta' l-esportazzjoni għall-UE saret taħt proċess intern ta' għajnuna lill-kumpanniji relattivi li kienu jużaw il-prodott in konsiderazzjoni għal proċess ieħor. Fi kliem ieħor, dawn l-esportazzjonijiet qatt ma daħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Komunitá madanakollu dawn kienu ta' kompetizzjoni ma' operaturi oħra li jbiegħu is-silikon fis-suq tal-Komunitá. La darba dawn il-miżuri jitneħħew dan ser issarraf f'inċentiv ieħor għal dan l-esportatur sabiex jġib iktar minn dan il-prodott in konsiderazzjoni fis-suq tal-Komunitá kemm jekk għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-proċess intern.

Il-produzzjoni u l-kapacitá ta'l-ulitizzazzjoni taċ-Ċina

(31) Skond l-applikazzjoni għar-reviżjoni ta' skadenza, li kienet ibbażata fuq informazzjoni tal-Bullettin tal-Metall ta' Awissu 2001, it-total tal-kapaċitá tal-produzzjoni taċ-Ċina għall-prodott msemmi hija ta' madwar 1203000 tunnellata metrika kull sena. L-applikazzjoni għar-riveżjoni ta' skadenza tirreferi ukoll għall-informazzjoni miġbura minn grupp prinċipali ta' stħarriġ indipendenti, li stima il-kapaċitá tal-produzzjoni għal madwar 600000 tunnellata metrika fl-2002. L-ammont tal-produzzjoni taċ-Ċina għal dik is-sena kien stmat għal madwar 400000 tunnellata metrika. Abbażi ta' dan, ir-rata tal-kapażitá ta' l-ulitilizzazzjoni taċ-Ċina hija bejn it-33 % u s-66 % u fl-aħjar każ il-kapaċitá żejda hija ta' minn l-inqas nofs it-total tal-konsumazzjoni tal-Komunitá. Jidher ukoll illi l-kapaċitá tal-produzzjoni taċ-Ċina tista tiżdied iktar malajr jekk il-kondizzjoni tas-suq jagħmlu tajjeb għaliha

(32) B'konsegwenza ta' dan, il-kapaċitá tal-produzzjoni kbira li hemm fil-RPĊ tindika illi il-produtturi huwa kapaċi li jżidu l-produzzjoni malajr u japplikawha għal xi suq ta' l-esportazzjoni, bħal m'hi l-Komunitá, la darba il-miżuri jitneħħew.

(33) Peress illi l-ebda informazzjoni ma ttieħdet minn sorsi Ċiniżi, u illi ftit insibu nformazzjoni pubblika disponibbli dwar l-industrija tas-silikon fiċ-Ċina, wieħed għandu jinnota illi skond ir-Regolament bażiku u partikolarment l-Artikolu 18 tiegħu, il-konklużjonijiet msemmija iktar il-fuq tistrieħ fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli, jiġifieri l-informazzjoni li tinsab fl-ilment

Esportazzjoni lill-pajjiżi terzi

(34) Skond id-data dwar il-kummerċ fl-esportazzjoni taċ-Ċina ġie stabbilit illi t-total ta' l-esportazzjoni madwar id-dinja tas-silikon Ċiniż żdied bl-43 %, jiġifieri minn 271626 tunnellata metrika fl-1998 għal 387444 tunnellata metrika fl-2002 [7]. Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni fis-suq dinji huma 30 % iktar baxxi mill-prezzijiet ta' l-esportazzjoni fil-Komunità, b'mod illi jekk il-miżuri jiġu mħassra l-esportaturi ikollhom l-inċentiv illi jżidu l-esportazzjoni lill-Komunità milli lill-pajjiżi terzi.

(35) Barra minn hekk, jidher illi l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ¬iniża tal-prodott in konsiderazzjoni waqgħu lura b'madwar 4 % jiġifieri minn USD 829 għal kull tunnellata metrika fl-1998 għal USD 799 għal kull tunnellata metrika fl-2002 [8].

(36) Dan juri biċ-ċar illi jekk il-miżuri jitneħħew l-esportaturi Ċiniżi ikollhom l-inċentiv li jieħdu s-suq tal-Komunità bħala bersall fid-dawl tal-miżuri ta' kontra d-dumping li għadhom kemm ġew imposti fis-suq Amerikan u ż-żieda riċenti minn 5 għal 20 % fid-dazju tad-dwana imposta mir-Russja fuq l-importazzjoni tal-prodott in konsiderazzjoni miċ-Ċina.

Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni fil-Komunità

(37) Wieħed għandu jinnota illi l-aqwa livell ġenerali tal-prezzijiet għall-prodott in konsiderazzjoni fil-Komunitá ippoġi s-suq tal-Komunità f'posizzjoni vera attraenti. Dan huwa inċentiv ieħor sabiex tiżdied l-esportzzjoni għall-Komunità jew billi tiżdied il-produzzjoni jew billi dak il-bejgħ li fil-preżent qed isir lill-pajjiżi terz jgħaddi għall-Komunità. Barra minn hekk nstab illi l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lill-pajjiżi terzi kienu inqas minn dawk lill-Komunità. Madankollu, l-prezzijiet għolja u attraenti li hemm fis-suq tal-Komunitá x'aktarx ma jibqux hemm għal żmien twil, peress illi jekk il-miżuri jitneħħew, in-numru kbir ta' produtturi Ċiniżi ser jikkompetu bejniethom sabiex jieħdu sehem ikbar fis-suq tal-Komunitá B'konsegwenza ta' dan huwa probabli li l-operaturi preżenti fis-suq tal-Komunitá ikollhom ibaxxu l-prezzijiet għal din ir-raġuni.

Miżuri ta' difiża fil-kummerċ mill-pajjiżi terzi

(38) L-imġiba tal-produtturi Ċiniżi fuq swieq oħra importanti għall-prodott imsemmi kienet investigata ukoll.. F'dan ir-rigward l-Istati Uniti ta' l-Amerika fl-1999 bdiet reviżjoni tad-dazju ta' kontra d-dumping fuq is-silikon li ġej mill-RPĊ. L-investigazzjoni stabbilit maġin għoli ta' dumping (li jitla' sa 139 %). Għalhekk fi Frar 2003, iġġeddew il-miżuri ta' kontradumping fuq l-importazzjoni tal-prodott in konsiderazzjoni, b'konsegwenza illi t-tneħħija tal-miżuri ser iwasslu għall-kontiwazzjoni ta' dumping li jagħmel il-ħsara [9].

(39) Barra minn hekk fl-2002 l-amministrazzjoni Russa ikkompletat investigazzjoni ta' kontra d-dumping fil-qasam ta' l-importazzjoni tas-silikon mill-RPĊ bir-rakkomandazzjoni illi d-dazju ta' kontra d-dumping ta' 25 % jiġi mpost. Madankollu, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet Ċiniżi id-dazju fuq l-importazzjoni ta' 5 % żdied għal 20 % Din turi biċ-ċar illi l-esportaturi Ċiniżi jkollhom isibu swieq oħra sabiex ibiegħu l-prodott msemmi.

(40) Fid-dawl ta' dak li ntqal iktar il-fuq, jista jiġi konkluż illi hemm pressjoni fuq l-produtturi Ċiniżi li jesportaw sabiex isibur swieq alternattivi biex jesportaw.

Konklużjoni

(41) L-investigazzjoni uriet illi l-RPĊ kompliet bid-dumping tagħha matul l-PI Meta wieħed jikkonsidra li l-RPĊ għandha kappaċitá ta' produzzjoni żejda u li l-esportazzjoni miċ-Ċina lill-pajjiżi terzi qed issir bi prezzijiet iktar baxxi milli dawk lill-Komunità, hemm probabilitá kbira illi l-produtturi Ċiniżi li jesportaw se jżidu l-esportazzjoni tal-prodott in konsiderazzjoni mixtrija taħt il-prezz lill-Komunità jekk il-miżuri li jeżistu jiġu mħassra. Barra minn hekk l-esportazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott in konsiderazzjoni huma limitati bil-miżuri ta' kontra d-dumping fis-seħħ kemm fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u r-Russja. Fil-qosor, jekk il-miżuri jitneħħew, hemm probabilitá għolja illi l-importazzjoni miċ-Ċina fil-Komunità terġa tqum b'ammonti kbar u bi prezzijiet taħt il-prezz.

DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÁ

(42) It-tlett produtturi tal-Komunitá li lmentaw wieġbu l-kwestjonarju u kkoperaw bi sħieħ fl-investigazzjoni. During the IP, they represented 100 % of the Komunità Prodotti. Matul il-PI, wieħed mit-tlett produtturi tal-Komunitá importa l-prodott in konsiderazzjoni minn pajjiżi terzi prinċipalment mill-Afrika t'Isfel. Madankollu, nstab illi din l-importazzjoni saret essenzalment sabiex tikkompleta l-prodotti li pprovdied lill-klijenti tal-Komunitá. Din l-importazzjoni naqqset waqt il-perjodu msemmi, partikolarment bejn l-1998 u l-1999 fejn din naqqset bin-nofs, wara li faċilitajiet ġodda ta' produzzjoni tal-Komunitá ġew nstallati mill-produtturi in konsiderazzjoni u l-impenn strateġiku li jipproduċu u jbiegħu iktar silikon fis-suq tal-Komunitá. Matul l-PI l-volum ta' l-esportazzjoni tal-prodott in konsiderazzjoni mill-produtturi msemmija kien ta' 2,1 % bissa tal-bejgħ tas-silikon ta' l-industrija tal-Komunità fil-Komunità (3,5 % tal-bejgħ tal-produtturi msemmija.) u ta' 1,9 % tal-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tal-prodott in konsiderazzjoni (3,2 % tal-produzzjoni tal-produtturi imsemmija). Fid-dawl ta' dan kollu, l-konklużjoni hija li l-importazzjoni tal-produtturi ma affetwatx l-istat tal-produttur fil-Komunitá.

(43) Abbażi ta' dan, it-tlett produtturi tal-Komunitá li lmentaw jagħmlu l-industrija tal-Komunitá, fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-KOMUNITÁ

Il-konsum tal-Komunità

(44) Il-konsum tal-Komunità kien ibbażat fuq kalkulazzjoni tal-volum tal-provvista fil-Komunitá mill-industrija Komunità u l-importazzjoni miċ-Ċina u pajjiżi terzi oħra. (skond il-Eurostat).

Tabella 1 Il-konsum tal-Komunità (skond l-ammont tal-bejgħ)

Egħjun:

Ir-risposti kkonfermati tal-kwestjonarju u l-Eurostat.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Tunnellati metriċi | 290684 | 325234 | 388938 | 373950 | 371540 |

Indiċi | 100 | 112 | 134 | 129 | 128 |

Tendenza tal-Y/Y | | + 12 % | + 20 % | – 4 % | – 1 % |

(45) L-konsum tal-UE tas-silikon kien fil-quċċata fis-sena 2000 fejn leħaq madwar 390000 tunnellata metrika qabel ma reġa niżel kemm fis-sen 2001 u waqt l-PI fejn spiċċa fi 371540 tunnellata metrika. B'total kien hemm żidea ta' 28 % fuq il-perjodu kollu in konsiderazzjoni, iżda kien hemm nuqqas ta' 4 % bejn l-2000 u l-PI.

Importazzjoni miċ-Ċina

Volum, sehem u prezzijiet fis-suq.

(46) Skond informazzjoni mill-Eurostat, il-volum ta' l-importazzjoni miċ-Ċina matul il-perjodu msemmi żdied minn 4168 tunnellata metrika għal 14454 tunnellata metrika. Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjoni miċ-Ċina, li kien madwar 4 % fir-reviżjoni ta' skadenza preċedenti żdied matul il-perjodu msemmi minn 1,4 % għal 3,9 % matul l-PI. Għal-bidu l-prezzijiet naqqsu bi 8 fil-mija bejn l-1998 u l-2000, iżda wara dawn reġgħu żdiedu sabix jintemmu f'livell iktar għoli minn dak ta' l-1998 fi tmiem ta' l-PI.

Tabella 2 Importazzjoni miċ-Ċina (skond il-Eurostat)

L-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni.

Importazzjoni miċ-Ċina | | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Volum, tunnellata metrika | 4168 | 3560 | 5969 | 9709 | 14454 |

Indiċi | 100 | 85 | 143 | 232 | 347 |

Sehem fis-suq | 1,4 % | 1,1 % | 1,5 % | 2,6 % | 3,9 % |

Prezzijiet, EUR/tunnellata metrika | 1044 | 953 | 964 | 1142 | 1158 |

Indiċi | 100 | 91 | 92 | 109 | 110 |

(47) Wara li fl-1997 ġie mpost dazju kontra d-dumping, il-prezzijiet tas-silikon li joriġina miċ-Ċina baqa' iktar baxx mill-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunitá. Din id-differenza fil-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunitá kienet ta' 2 % matul l-PI. Din id-differenza kienet stabbilita skond il-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ (ex-works) ta' l-industrija tal-Komunitá mal-prezzijiet ta' l-importazzjoni miċ-Ċina mnissla mill-Eurostat, u aġġustata għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni, dwana, u dazji ta' kontra d-dumping. Wieħed għandu jinnota li l-prezz tal-bejgħ kif imsemmija iktar il-fuq kienu kkalkulati kemm skond il-bejgħ lil utenti tal-Komunitá fis-suq tal-Komunitá u skond l-bejgħ ts-silikon Ċiniż destinat għall-proċess intern. L-ebda dazju ta' kontra d-dumping ma kien applikat għat-tieni forma ta' bejgħ. Madanakollu, wieħed għandu jinnota illi l-medja tal-prezzijiet tas-silikon Ċiniż pprovdut f'ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Komunitá nstabu li kien baxxi ħafna, għal madwar EUR 870 għal kull tunnellata metrika.

Is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunitá

Produzzjoni, kapacitá tal-produzzjoni u ta' l-utilizzazzjoni.

Tabella 3 Produzzjoni

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Tunnellati metriċi | 107303 | 129285 | 143268 | 147811 | 143818 |

Indiċi | 100 | 120 | 134 | 138 | 134 |

Tendenza tal-Y/Y | | + 20 % | + 14 % | + 3 % | – 3 % |

(48) Matul il-perjodu msemmi, l-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità żdieded bi 34 %, iżda reġgħet niżlet għal 3 % bejn l-2001 u l-PI. Matul l-PI il-produzzjoni tas-silikon ta' l-industrija tal-Komunitá kienet tirrapreżenta 38,7 % tal-konsum tal-Komunità.

Tabella 4 Il-Kapaċitá tal-produzzjoni

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Tunnellati metriċi | 125000 | 142300 | 158000 | 165600 | 162000 |

Indiċi | 100 | 114 | 126 | 132 | 130 |

tendenza tal-Y/Y | | + 14 % | + 12 % | + 5 % | – 2 % |

(49) Il-kapacitá tal-produzzjoni żdied kull sena, minnbarra fil-PI fejn kienet naqset naqra. Bħala total, il-kapaċita żdieded bi 30 % matul il-perjodu msemmi bir-riżultat tad-deċiżjoni ta' investiment fl-1998.

Tabella 5 Il-kapacitá ta' l-utilizzazzjoni.

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Persentaġġ utilizzat | 85,8 % | 90,9 % | 90,7 % | 89,3 % | 88,8 % |

Indiċi | 100 | 106 | 106 | 104 | 103 |

(50) It-tabella li tidher hawn fuq turi li matul il-perjodu msemmi il-kapaċitá ta' l-utilizzazzjoni żdieded bi tlett punti fil-mija. L-ikbar żieda seħħet bejn l-1998 u l-1999. Bejn l-2000 u l-PI l-kapaċitá ta' l-utilizzazzjoni naqqset b'madwar żewħ punti fil-mija.

Volum tal-bejgħ u prezzijiet tal-bejgħ

Tabella 6 Volum tal-bejgħ

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Tunnellati metriċi | 86718 | 114587 | 133568 | 128219 | 136421 |

Indiċi | 100 | 132 | 154 | 148 | 157 |

Tendenza tal-Y/Y | | + 32 % | + 17 % | – 7 % | + 6 % |

(51) Il-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità lill-klijenti fil-Komunitá li ma humiex konnessi żdied b'57 % bejn l-1998 u l-PI.

(52) Bejgħ lill-kumpanniji konessi baqa' stabbli u rrappreżenta inqas minn 6 % tal-bejgħ kollu tas-silikon matul il-perjodu msemmi.

Tabella 7 Il-prezzijiet tas-silikon ta' l-industrija tal-komunitá

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

EUR/tunnellata metrika | 1415 | 1184 | 1231 | 1271 | 1185 |

Indiċi | 100 | 84 | 87 | 90 | 84 |

Tendenza tal-Y/Y | | – 16 % | + 4 % | + 3 % | – 7 % |

(53) Matul il-perjodu bejn l-1998 sa l-PI, l-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ tas-silikon mitluba mill-industrija tal-Komunitá fuq is-suq tal-Komunitá niżel għal 16 %. Il-medja tal-prezzijiet niżlet f'daqqa fl-1999 fejn leħqet il-EUR 1184 għal kull tunnellata metrika, qabel ma fl-2001 reġgħet telgħet għal EUR 1271 għal kull tunnellata metrika. Wara dawn il-prezzijiet niżżlu għal 7 % matul l-PI, li ntemm fuq livell simili għal dak li rajna fl-1999. L-intensitá ta' dan in-nuqqas fil-prezzijiet tal-bejgħ u Iż-żidea fl-ispejjeż tal-produzzjoni kienu ta' rwol siifikattiv għas-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità li marret lura.

Is-sehem fis-suq.

Tabella 8 Is-sehem fis-suq.

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Persentaġġ tas-suq | 29,8 % | 35,2 % | 34,3 % | 34,3 % | 36,7 % |

Indiċi | 100 | 118 | 115 | 115 | 123 |

(54) Is-sehem fis-suq li għandha l-industrija tal-Komunitá żdied fl-1998 b'29,8 % għal 36,7 % fil-PI skond Iż-żidea fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ dovut minħabba faċilitá ġdida miftuħa fil-Komunitá. Bejn l-1998 u l-1999 saret żieda kbira (+ 5,4 % tas-suq) permezz ta' l-introduzzjoni ta' faċilitá ġdida ta' l-UE fil-manifattura. Bejn l-2001 u l-PI seħħet żieda ftit iżgħar seħħet (+ 2,4 punti ta' persentaġġ).

Ħażniet

Tabella 9 Ħażniet

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Tunnellati metriċi | 32768 | 33140 | 27803 | 33186 | 23118 |

Indiċi | 100 | 101 | 85 | 101 | 71 |

Tendenza tal-Y/Y | | + 1 % | – 16 % | + 19 % | – 30 % |

(55) It-tabella hawn fuq immarkata turi li matul il-perjodu msemmi l-ħażniet naqsu bid- by 29 %., Il-ħażniet kienu ta' madwar 33000 tunnellata metrika, minbarra fis-sena 2000 sakemm fil-PI dawn reġgħu naqsu għal 23000 tunnellata metrika.

(56) Il-ħażniet, li fl-1998 rrapreżentaw madwar 38 % tal-volum tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunitá niżżlu taħt is-17 % tal-bejgħ ta' l-UE matul l-PI. Dan in-nuqqas jista jiġi spjegat permezz tal-fatt illi l-ħażniet normalment jinġabru fl-aħħar ta' kull sena bil-għan illi jitnaqqas il-volum tal-produzzjoni matul ix-xhur tax-xitwa fejn l-ispejjeż ta' l-eneġija ikunu fil- quċċata. Il-PI li spiċċa f'Settembru, jiġifieri qabel ma inħass l-effett ta' l-ikkumular tal-ħażniet.

Profittabilitá u likwiditá tal-flus

(57) Matul il-perjodu msemmi il-profittabilitá mfissra f'persentaġġ ta' bejgħ nett żviluppat bil-mod li ġej:

Tabella 10 Profittabilitá

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Persentaġġ tal-profitt | 12,6 % | 1,8 % | 5,0 % | 1,7 % | – 2,1 % |

Tendenza tal Y/Y | | – 10,8 % | + 3,2 % | – 3,3 % | – 3,8 % |

(58) Bl-eċċezzjoni tas-sena 2000, il-profittabilitá marret lura matul il-perjodu kollu, min profitt ta' 12,6 % fl-1998 għal 2,1 % matul l-IP,. Fl-2000, il-prezzijiet tal-bejgħ meta mqabblin ma' l-1999 kien hemm zieda ta' 4 % increase, flimkien ma nuqqas ta' spejjeż tal-prodotti dovut minħabba żieda fl-investimenti li taw lok għar-reditti aħjar fuq il-bejgħ. Fl-2001, il-profitti naqqsu minħabba żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, partikolarment fl-enerġija u fil-prezzijiet tal-konsumibbli, li ma ġiex riflettut f'żieda simili fil-prezzijiet tal-bejgħ. Fil-fatt, f'dik is-sena, l-medja ta' l-ispejjeż żdiedet bi EUR 80 għal kull tunnellata metrika, filwaqt illi dan kien jgħaddi għand il-klijent bi EUR 40 għal kull tunnellata metrika. Matul il-PI il-prezzijiet niżżlu, b'mod illi wasslu għal sitwazzjoni ta' telf fl-industrija tal-Komunitá għalkemm kien hemm nuqqas fil-medja ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni.

Likwiditá tal-flus

Tabella 11 Likwiditá tal-flus

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komuniá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

EUR (f '000) | 17005 | 8962 | 15028 | 5876 | 6070 |

Indiċi | 100 | 53 | 88 | 35 | 36 |

Tendenza tal-Y/Y | | – 47 % | + 68 % | – 61 % | + 3 % |

(59) Il-likwiditá tal-flus marret lura b'64 % matul dan il-perjodu msemmi, u mxiet fuq passi simili tal-profittabilitá.

Investimenti, redittu fuq l-investiment u l-kapaċitá li ttejjeb il-kapital.

Tabella 12 Investimenti

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

EUR (f '000) | 32750 | 15539 | 15625 | 8559 | 7072 |

Indiċi | 100 | 47 | 48 | 26 | 22 |

Tendenza tal-Y/Y | | – 53 % | + 1 % | – 45 % | – 17 % |

(60) L-investiment importanti matul il-perjodu ta' l-1998 u l-2000 kellhom l-għan prinċipali li jżiedu l-kapaċitá tal-produzzjoni ta' l-UE permezz tal-kondizzjonijiet favorevoli ta' l-1998 u ta' l-iżvilupp posittiv tas-suq tas-silikon fil-Komunitá li l-industrija tal-Komunità kienet qed tippretendi dak iż-żmien. Din iż-żieda fil-kapaċitá kienet ukoll użata sabiex titnaqqas id-dipendenza ta' l-industrija tal-Komunità fuq is-silikon importat. Għalhekk, dan it-titjib li kien mistenni, jidher fit-tendenza tal-konsum tal-Komunità li żdied b'34 % f'dan il-perjodu (1998 sa 2000).

(61) L-investigazzjoni uriet illi ir-redittu ta' l-investiment ta' l-operatur, li jinkludi depprezzament akkumulat, matul il-perjodu msemmi marret lura skond l-iżvilupp tal-profittabilitá.

Tabella 13 Redittu fuq l-investimenti u l-kapaċitá li ttejjeb il-kapital.

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità. kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Persentaġġ tar-redittu | 39,1 % | 14,7 % | 20,4 % | 9,1 % | – 5,7 % |

Tendenza tal-Y/Y (punti ta' persentaġġ) | | – 24 % | + 6 % | – 11 % | – 15 % |

(62) Il-kumpanniji li flimkien jagħmlu l-industrija tal-Komunità huma lkoll parti minn gruppi ikbar. Il-kapacitá tagħhom li jtejjbu l-kapital hija determinata mis-sitwazzjoni finanzjarja ta' dawn il-gruppi flimkien.. Dawn il-gruppi l-kbar ma rriportaw l-ebda probelmi sabiex jittjieb il-kapital waqt il-perjodu msemmi. Madankollu, ġew irraportati xi problemi meta l-fondi għall-proġetti ġodda partikolarment fis-settur tas-silikon jiġu riċevuti. Din tidher li hija sostnuta mill-iżvilupp negattiv tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità u minn data kkonfermata matul l-investigazzjoni. Din id-data qiegħda miġbura fil-qosor fit-Tabella 12 u turi li l-investiment fil-PI kien 22 % mil-livell ta' 1998.

Impiegi, produttivitá u pagi.

Tabella 14 Impiegi

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità kkonferati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Ħaddiema | 588 | 634 | 673 | 682 | 685 |

Indiċi | 100 | 108 | 114 | 116 | 116 |

Tendenza tal-Y/Y | | + 8 % | + 6 % | + 2 % | + 0 % |

(63) It-tabella hawn iktar il-fuq immarkata turi li l-impjiegi żdiedu b'16 % matul il-perjodu in konsiderazzjoni. Iż-żieda prinċipali seħħet fil-perjodu bejn l-1998 u l-2000 minħabba żieda fil-kapaċitajiet fil-produzzjoni, iżdadin iż-żieda ma komplietx fil-PI.

(64) Huwa magħruf illi l-produzzjoni tiżdied b'rata għola minn dik ta' l-impjieg, il-produttivitá żdiedet bi 15 % matul il-perjodu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:

Tabella 15 Produttivitá

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-ikndustrija tal-Komunità kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Tunnellati metriċi | 182 | 204 | 213 | 217 | 210 |

Indiċi | 100 | 112 | 117 | 119 | 115 |

Tendenza tal-Y/Y | | + 12 % | + 5 % | + 2 % | – 4 % |

(65) Matul il-perjodu msemmi l-medja tas-salarji ta' l-impjegati ta' l-industrija tal-Komunità żdied b'inqas minn 1 % kull sena, jiġifieri b'inqas mir-rata ta' inflazzjoni.

Tabella 16 Il-pagi

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

EUR/ħaddiem | 32537 | 30610 | 33162 | 35048 | 33740 |

Indiċi | 100 | 94 | 102 | 108 | 104 |

Tendenza tal-Y/Y | | – 6 % | + 8 % | + 6 % | – 4 % |

Il-kobor tal-marġin tad-dumping

(66) Għandu jiġi nnutat illi l-margin li nstab fiċ-Ċina huwa wieħed sinifikanti għal dak li jirrigwarda l-impatt fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità fuq il-kobor tal-margin attwali tad-dumping matul l-PI. Għalhekk, jekk il-miżuri jitneħħew, l-impatt tal-marġin tad-dumping li nstab fl-investigazzjoni msemmija jista' jkun sinifikanti peress li d-dazju huwa ta' 49 % fuq il-prezzijiet taċ-ċif fuq l-importazzjoni miċ-Ċina.

Attivitá ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

(67) L-investigazzjoni uriet illi l-attivitá ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija tal-Komunitá żviluppat fil-mod li ġej:

Tabella 17 L-esportazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

Egħjun:

Ir-risposti tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunitá kkonfermati.

| 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Tunnellati metriċi | 6446 | 6776 | 5803 | 6285 | 3209 |

Indiċi | 100 | 105 | 90 | 98 | 50 |

Tendenza tal-Y/Y | | + 5 % | – 14 % | + 8 % | – 49 % |

(68) L-esportazzjoni tas-silikon ta' l-industrija tal-Komunità niżel bin-nofs fil-perjodu msemmi, prinċiparjament fil-PI. Għalkemm jekk wieħed jikkompara dawn it-termini, din in-niżla tista tidher kemmxejn drammatika, iżda fit-terminu assolut tagħha din tirrapreżenta nuqqas minn numru żgħir ta' bejgħ, eżattament inqas minn 4,8 % tal-bejgħ kollu ta' l-2001 għal inqas bejgħ minn 2,4 % matul l-PI. Għalkemm n-nuqqas fl-esportazzjoni seta' kellu xi impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunitá, din l-influwenza se tkun waħda limitata. Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabilitá fis-suq tal-Komunità kienu iktar sinifikattivi sabiex is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità marret iktar lura. In-nuqqas fil-volum ta' l-esportazzjoni, li kien diġa marġinali sa min qabel l-PI m'hu se jkollu l-ebda nfluwenza jew din tkun waħda minima fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità.

Il-volum u l-prezzijiet ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi

(69) Il-volum ta' l-importazzjoni tas-silikon fil-Komunità minn pajjiżi oħra minnbarra ċ-Ċina, flimkien mal-medja tal-prezzijiet, żviluppat bil-mod li ġej:

Tabella 18 Imports into the Komunità from other pajjiżi terzi (volume)

Egħjun:

Eurostat.

Tunnellati metriċi | | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Il-Brażil | 43536 | 56709 | 67663 | 50849 | 52089 |

Ir-Russja | 10798 | 6272 | 14172 | 16907 | 18006 |

In-Norveġja | 92200 | 115385 | 124790 | 122677 | 114254 |

L-Afrika t'Isfel | 12234 | 6225 | 5539 | 6203 | 2674 |

Pajjiżi terzi oħra | 41029 | 22495 | 37236 | 39385 | 33643 |

Total | 199797 | 207086 | 249400 | 236021 | 220666 |

Egħjun: Eurostat.Tabella 19 I Importazzjoni fil-Komunità minn pajjiżi terzi oħra (medja tal-prezzijiet)

Egħjun:

Eurostat.

EUR/tunnellata metrika | | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | PI |

Il-Brażil | 1173 | 1040 | 1158 | 1231 | 1098 |

Ir-Russja | 1048 | 963 | 1131 | 999 | 929 |

In-Norveġja | 1341 | 1207 | 1197 | 1201 | 1199 |

L-Afrika t'Isfel | 1198 | 1161 | 1241 | 1149 | 1149 |

Pajjiżi terzi oħra | 1273 | 1205 | 1165 | 1210 | 1156 |

Total | 1266 | 1152 | 1179 | 1193 | 1146 |

(70) Filwaqt illi t-total tal-volum ta' l-importazzjoni tas-silikon minn pajjiżi terzi minnbarra ċ-Ċina żdied, matul l-perjodu analizzat, minn 200000 tunnellata metrika fl-1998 għal 221000 tunnellata metrika fil-PI, is-sehem tas-suq ta' l-importazzjoni niżel minn madwar 69 % għal 59 % matul dan il-perjodu. L-esportaturi prinċipali lill-Komunità kienu n-Norveġja, l-Brażil, L-Afrika t'Isfel u r-Russja. L-importazzjoni mir-Russja kellha medja tal-prezz ta' l-importazzjoni iktar baxxa minn dik ta' l-industrija tal-Komunità matul l-PI. Kif indikat fil-pemess 47, l-prezzijiet tas-silikon Ċiniż mqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Komunità mqiegħedha fis-suq kienu inqas mill-prezzijiet ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra, msemmija fit-Tabella 19.

Konklużjoni

(71) Kif ġie spjegat u mur iktar il-fuq, mill-1998 sa l-2000 l-industrija tal-Komunità kienet kapaċi tuża it-34 % tat-tkabbir tas-suq u ż-żieda sinifikanti tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem fis-suq, għall-ġid tagħha. Minn hemm ‘l quddiem, madanakollu, il-volum tal-bejgħ u s-sehem fis-suq staġna u s-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità (Prezzijiet, profittabilitá, likwiditá ta' flus) marret għal agħar.

(72) Ħarsa iktar mil-qrib turi li l-iżviluppi posittivi prinċipali għal-industrija tal-Komunità seħħu bejn l-1998 u l-2000. Mill-2000 il-quddiem, ma ġie nnotat l-ebda żvilupp.

(73) L-iżviluppi li saru bejn l-1998 u l-2000 jistgħu jkunu attribwiti għad-deċiżjonijiet meħudha mill-industrija tal-Komunità l-industrija fl-1998 sabiex tinvesti f'iktar faċilitajiet għall-produzjoni fil-Komunità. Bejn l-1998 u l-2000 il-kapaċitá tal-produzzjoni ta' l-UE żdiede b' 26 % minn 125000 tunnellata metrika għal 158000 tunnellata metrika. Dawn id-deċiżjonijiet ġew meħudha bħala azzjoni għall-miżuri ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon miċ-Ċina, li skond kif imsemmi fil-premess 1, kellhom jiġu estiżi fl-1997. L-Industrija tal-Komunità kienet ukoll qed tagħmel profitt tajjeb fuq il-bejgħ tas-silikon fl-1998 ta' l-UE (ara premess 58). Għalhekk jidher illi l-industrija tal-Komunità kienet kapaċi tagħmel użu mill-miżuri ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon miċ-Ċina għal-aħjar tagħha. Is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità marret lura bejn l-2000 u l-PI, partikolarment il-prezzijiet li niżlu għal EUR 46 għal kull tunnellata metrika, il-profittabilità niżlet b'7,1 punti ta' persentaġġ, il-likwiditá tal-flus niżlet b'59 %, u l-investimenti naqsu b'55 %. L-PI wassal sabiex l-industrija tal-Komunità tkun f'sitwazzjoni ta' telf.. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa kkunsidrat li matul l-PI l-industrija tal-Komunità sabet ruħha f'posizzjoni fraġli u vulnerabbli.

IL-PROBABILITÀ LI L-ĦSARA TERĠA TIĠRI.

(74) L-volum ta' l-importazzjoni ta' prodotti miċ-Ċina mibjugħa taħt il-prezz żdied konsiderevolment matul il-perjodu msemmi u x'aktarx kieku l-miżuri kontra d-dumping ma kienux fis-seħħ volum ikbar tal-prodott imsemmi kien jiġi fis-suq tal-Komunità bi prezz baxx ħafna iktar mill-bqija tal-prezzijiet fl-industrija tal-Komunità. Fid-dawl tad-dazju ta' kontra d-dumping fis-seħħ, id-differenza fil-prezzijiet bejn l-prodott importati u dak prodott fl-industrija tal-Komunità tista tkun ta' iktar minn 35 % jekk il-miżuri kienu jitħallew jiskadu.

(75) Kif elenkat fil-premess 31, huwa stabbilit illi l-kapaċitá li teżisti iżda mhux attiva fiċ-Ċina hija biżżejjed sabiex tipprovdi għall-50 % tad-domanda għas-silikon tal-Komunità. Jekk il-miżuri preżenti jiskadu, hemm ir-riskju li proporzjon sinifikanti tal-kapacitá tal-produzzjoni mhux użata, tiġi użata sabiex ħafna silikon mill-RPĊ jidħol fis-suq tal-Komunità. L-informazzjoni miġbura mill-Eurostat tissuġerixxi illi fejn l-importazzjonijiet saru b'sospensjoni tad-dazju, is-silikon miċ-Ċina daħal fil-Komunità bi prezz medju ta' EUR 870 għal kull tunnellata metrika. Jekk il-miżuri jiskadu m'hemm xejn li jindika li l-prezzijiet futuri se jkunu għola. Meta jiġi eżaminat l-impatt tal-prezzijiet baxxi ħafna fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, wieħed għandu jżomm f'moħħu dawn li ġejjin: Din l-industrija diġa tinstab f'posizzjoni fraġli minħabba l-preżenza ta' l-importazzjoni ta' prodotti bi prezz baxx kemm mir-Russja u miċ-Ċina. Mal-wasla ta' din il-kwantità ta' importazzjoni ta' prodotti bi prezz baxx miċ-Ċina se twassal għad- deprezzament fuq is-suq ta' l-UE, hekk kif l-industrija tal-Komunità tipprova li l-ewwel iżżom is-sehem tagħha fis-suq milli tnaqqas il-produzzjoni tagħha. Din se tkompli tbaxxi l-profittabilità ta' l-industrija tal-Komunità, b'ħafna iktar telf minn 2,1 % telf li rajn matul l-PI. L-industrija tal-Komunità, anki fi żmien qrib, tista' titneħħa mis-suq, fid-dawl tas-sitwazzjoni fininzjarja li ma tistax tkun difiża, li fost l-oħrajn tidher fin-nuqqas ta' profittabilità (- 14,7 punti ta' persentaġġ) matul il-perjodu msemmi.

(76) Skond kif ġie konkluż fil-premess 28 wieħed jiftakar illi s-silikon Ċiniż baqa' jinxtara taħt il-prezz fis-suq ta' l-UE, u fil-premess 41 din l-importazzjoni x'aktarx iżżid jekk il-miżuri jiskadu, u fil-premess 73 l-industrija tal-Komunità sabet ruħha f'posizzjoni fraġli.. Filwaqt illi l-miżuri preżenti huma biżżejjed sabiex ineħħu xi ħsarat mill-importazzjoni ċiniża fl-industrija tal-Komunità, huwa konkluż illi jekk il-miżuri jitneħħew dan se jwassal sabiex l-ħsara mill-importazzjoni ta' prodotti mixtrija taħt il-prezz mill-RPĊ terġa ssir.

L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

Kummenti preliminari

(77) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk dewmien fil-miżuri li diġa jeżistu kontra d-dumping ikunx kontra l-interess sħieħ tal-Komunità. L-interess tal-Komunità ġie determinat abbazi ta' valutazzjoni ta' l-interessi kollha nvoluti, jiġifieri dawk ta' l-industrija tal-Komunità, ta' l-importaturi/negozzjanti, kif ukoll ta' l-utenti u tal-fornituri tal-prodott msemmi.

(78) Wieħed għandu jiftakar illi fir-reviżjoni preċedenti, l-miżuri ma ġewx kkunsidrati li jmorru kontra l-interess tal-Komunità. Barra minn hekk, peress illi l-investigazzjoni għaddejja bħalissa hija reviżjoni ta' skadenza din tippermetti li ssir analiżi ta' sitwazzjoni fejn l-miżuri ta' kontra d-dumping kienu diġa fis-seħħ u li tagħmel stima ta' xi impatti negattivi mill-miżuri kontra d-dumping preżenti fuq il-partijiet ikkonċernati.

(79) Fuq l-istess bażi, ġie eżaminat li għalkemm x'aktarx l-ħsara tad-dumping terġa tiġri, jeżistu raġġunijiet, f'dan il-każ partikolari, li jwasslu għall-konkluzzjoni li m'huwiex fl-interess tal-Komunità li jinżmmu l-mizuri.

L-interess ta' l-industrija tal-Komunità

(80) L-industrija tal-Komunità uriet illi hija industrija strutturalment vjabbli, kapaċi taddatta għall-bidliet fil-kondizzjonijiet fuq is-suq. Dan ġie kkonfermat partikolarment bl-iżvilupp posittiv tas-sitwazzjoni tagħha fi żmien fejn il-kompetizzjoni effettiva reġħet ġiet għan-normal wara l-imposizzjoni ta' miżuri ta' kontra d-dumping fuq l-importazzjoni miċ-Ċina, u permezz ta' investimenti ta' l-industrija fl-1998 f'iktar kapaċità ta' produzzjoni..Madankollu, ġie konkluż illi, mingħajr il-kontinwazzjoni tal-miżuri ta' kontra d-dumping, is-sitwazzjoni tagħha x'aktarx tmur għal-agħar.

L-interess ta' importaturi/negozzjanti li m'humiex relatati.

(81) Is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu kwestjonarju lil disa' importaturi/negozzjanti u assoċazzjonijiet li m'humiex relatati.. Ma waslet l-ebda risposta għal dan il-kwestjonarju u lanqas ma saru magħrufa xi importaturi/negozzjanti oħra.

(82) F'dawn iċ-ċirkostanzi ġie konkluż illi l-miżuri fis-seħħ ma jaffetwawx b'mod manifest lill-importaturi jew negozzjanti u li għalhekk il-kontiwazzjoni ta' dawn il-miżuri mhux se taffetwa dawn il-partijiet.

L-interess ta' l-utenti

(83) Is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu kwestjonarju lil 15-il utent u l-assoċjazzjonijiet ta' l-utenti. Rċevew biss żewġ isposti mill-utenti li ma kienux kompluti u sottomissjoni waħda mingħand l-assoċjazzjoni ta' l-utenti. Minn dawn ir-risposti, jidher illi s-silikon jammonta għal madwar 10 % ta' l-ispejjeż ta' produzzjoni ta' l-utenti Dawn urew ukoll illi iż-żewġ kumpanniji ta' l-utenti kellhom profitt anki bid-dazji preżenti ta' kontra d-dumping. fuq is-silikon miċ-Ċina. Dawn is-sottomissjonijiet ma kellhomx kummenti dwar l-impatti possibli jekk l-miżuri jitneħħew.. Barra minn hekk, is-sottomisjonijiet ma kellhom l-ebda informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri eżistenti fuq dawn iż-żewġ utenti,. kif ukoll, ma kien hemm l-ebda informazzjoni dwar jekk kellux jgħaddi xi dazju fuq il-klijenti ta' l-utenti.

(84) L-assoċjazzjoni ta' l-utenti rrispondiet billi tgħid illi jkun fl-interess tal-Komunità li jkun hemm kemm jista' jkun egħjun differenti tas-silikon. Huma qalu ukoll illi assumew li l-miżuri ta' skadenza ma kienux se jwasslu illi l-ħsara tad-dumping miċ-Ċina terġa ssir. Madankollu, ma nġiebet l-ebda prova li ssostni dan.

(85) Fid-dawl ta' (i) ir-rata baxxa tar-risposta tal-kwestjonarju, (ii) is-sottomissjonijiet mhux kompluti li wasslu, (iii) in-nuqqas tad-data li tista' tiġi verifikata li ssostni skadenza tal-miżuri fis-seħħ, ġie konkluż illi l-kontiwazzjoni tad-dazju mhux se ikollu effett sinifikanti fuq l-utenti.

Konklużjoni

(86) Wara li rajna dan kollu, huwa deċiż illi m'hemmx raġunijiet obligatorji fuq livell ta' interess tal-Komunità, fuq il-manteniment tal-miżuri ta' kontra d-dumpingiven.

IL-MIŻURI TA' KONTRA D-DUMPING

(87) Minn dak li ntqal iktar ‘il fuq, skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-miżuri ta' kontra d-dumping li japplikaw fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina miċ-Ċina, imposti bir-Regolament (KE) No 2496/97, għandhom jiġu miżmuma,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittiv kontra d-dumping huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjoni tas-silikon li jaqgħu taħt il-kodiċi NM code 28046900 li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2. Ir-rata tad-dazju definittiv ta' kontra d-dumping li tapplika għal-prezz nett ħieles mill-fruntiera kommunitarja, qabel id-dazju se jkun 49 %.

3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh l-ghada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Gurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 2 Marzu 2004.

F’isem il-Kunsill

Il-President

M. Cullen

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

[2] ĠU L 345, 16.12.97, p. 1.

[3] ĠU L 198, tat-28.7.1990, p. 57. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru. 1607/92 (ĠU L 170, tal-25.6.1992, p. 1).

[4] ĠU C 67, 16.03.02, p. 34.

[5] ĠU C 246, 12.10.02, p. 9.

[6] ĠU L 339, 24.12.03, p. 3.

[7] Fin-nuqqas ta' skomposizzjoni ta' kull xahar mill-PI, d-data ta' kull sena data ġiet użata.

[8] Fin-nuqqas ta' skomposizzjoni ta' kull xahar mill-PI, d-data ta' kull sena data ġiet użata.

[9] Reġistri Federali ta' l-Istati Uniti/Volum 68, No 25, 11 ta' Frar 2003.

--------------------------------------------------