|
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 448/39 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2227
tal-14 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-operazzjonijiet f’kull tip ta’ temp u għat-taħriġ tat-titjir bl-istrumenti u tal-klassifikazzjoni tat-tip fuq il-ħelikopters
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1) u 27(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-kontroll applikabbli għal-liċenzji tal-bdoti, inklużi r-rekwiżiti għall-kisba tal-privileġġi għat-titjir ta’ avviċinamenti f’konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR) sa altitudnijiet deċiżjonali ta’ inqas minn 200 pied, u għat-taħriġ tat-titjir bl-istrumenti u tal-klassifikazzjoni tat-tip fuq il-ħelikopters. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (3) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operazzjonijiet bl-ajru, inklużi rekwiżiti għall-operaturi biex jipprovdu lill-ekwipaġġ tagħhom b’taħriġ u kontrolli regolari. Dak ir-Regolament qiegħed jiġi emendat biex jirrifletti l-aktar standards reċenti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fir-rigward tal-operazzjonijiet f’kull tip ta’ temp. L-emendi għar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma mfassla biex jikkostitwixxu qafas komprensiv għal avviċinamenti IFR f’viżibilità baxxa, inkluż għal aspetti relatati mat-taħriġ tal-bdoti. Għalhekk, ir-rekwiżiti korrispondenti għall-avviċinamenti IFR f’viżibilità baxxa li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jenħtieġ li jitħassru jew, fejn meħtieġ, jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(3) |
Minħabba l-fatt li l-ħelikopters b’magna waħda issa qed jiġu ċċertifikati wkoll għall-operazzjoni skont l-IFR, ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti għall-ħelikopters jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex ikunu aktar rilevanti għat-tipi l-ġodda ta’ ħelikopters u jipprovdu aktar flessibbiltà fir-rigward tal-użu tagħhom. Jenħtieġ li l-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fuq il-ħelikopter u t-taħriġ relatat ikunu ddisinjati biex ikopru t-titjir bl-istrumenti kemm fuq ħelikopters b’magna waħda kif ukoll fuq ħelikopters b’aktar minn magna waħda, sabiex it-taħriġ addizzjonali għall-konverżjoni minn klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fuq ħelikopter b’magna waħda għal klassifikazzjoni ta’ titjir bl-istrumenti fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda ma jibqax meħtieġ. |
|
(4) |
Attwalment id-dispożizzjonijiet aktar impenjattivi tal-Parti-FCL għat-taħriġ tal-bdoti ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed japplikaw ukoll għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters iċċertifikati għal operazzjoni bi bdot wieħed. B’effett ta’ dik ir-restrizzjoni addizzjonali, kważi l-operazzjonijiet kollha tal-ħelikopters fuq tali ħelikopters iċċertifikati bi bdot wieħed jitwettqu f’operazzjoni bi bdot wieħed, sakemm l-operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed ma tkunx obbligatorja skont rekwiżiti operazzjonali. Konsegwentement, il-benefiċċju tas-sikurezza tat-titjir b’kopilota jintilef. Sabiex jiġi evitat dan l-eżitu, ir-rekwiżiti u l-privileġġi għal operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed fuq il-ħelikopters jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex jipprovdu aktar flessibbiltà. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti xierqa li jippermettu l-operazzjoni sikura b’aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters bi bdot wieħed. |
|
(5) |
Peress li sa issa ntużaw biss ħelikopters b’aktar minn magna waħda għat-titjiriet bil-ħelikopter skont l-IFR, il-klassifikazzjonijiet eżistenti tat-titjir bl-istrumenti tal-ħelikopters inkisbu fuq ħelikopters b’aktar minn magna waħda. Għal din ir-raġuni, u meta jitqies l-użu futur ta’ ħelikopters b’magna waħda skont l-IFR, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali biex jiġi żgurat li l-bdoti li bħalissa għandhom klassifikazzjonijiet tat-titjir bl-istrumenti fuq il-ħelikopters ikunu jistgħu jużaw il-privileġġ assoċjat kemm fuq ħelikopters b’magna waħda kif ukoll fuq ħelikopters b’aktar minn magna waħda. |
|
(6) |
L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom. |
|
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jiġu kkorreġuti ċerti kontroreferenzi skaduti jew mhux korretti, kif ukoll biex jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet. |
|
(8) |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentatu lill-Kummissjoni flimkien mal-Opinjoni Nru 02/2021 (4) f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4c huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu 4d li ġej: “Artikolu 4d Miżuri tranżizzjonali għall-privileġġi tal-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti b’magna waħda għall-ħelikopters Mingħajr preġudizzju għall-punt FCL.630.H tal-Anness I (Parti-FCL) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika dan kollu li ġej:
|
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu 4e li ġej: “Artikolu 4e Miżuri tranżizzjonali għat-taħriġ, għall-ittestjar u għall-kontroll relatati ma’ operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters bi bdot wieħed 1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li joħorġu privileġġi speċifiċi għat-twettiq ta’ taħriġ, ta’ testijiet tal-ħiliet u ta’ kontrolli tal-profiċjenza f’operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters bi bdot wieħed lill-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Il-privileġġi maħruġa f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom ikunu validi sat-30 ta’ Ottubru 2025. Sabiex jivvalidaw mill-ġdid il-privileġġi, l-applikanti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza għall-privileġġi ta’ għalliem u eżaminatur relatati ma’ operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters bi bdot wieħed kif stabbilit fil-Parti FCL.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 10a, jiżdied il-paragrafu (6) li ġej: “6. L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti li jipprovdu taħriġ għall-IR(H) għandhom jadattaw il-programm ta’ taħriġ tagħhom biex ikun konformi mal-Anness I sat-30 ta’ Ottubru 2023.”; |
|
(5) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta’ Ottubru 2022. Madankollu, il-punt (1) tal-Artikolu 1 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(4) https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions
ANNESS
L-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt FCL.010 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fil-punt FCL.060(b), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt FCL.510.H huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.510.H ATPL(H) — Prerekwiżiti, esperjenza u kkreditjar L-applikanti għal ATPL(H) għandu:
|
|
(4) |
il-punt FCL.605 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.605 IR — Privileġġi u kundizzjonijiet
|
|
(5) |
il-punt FCL.620 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.620 IR — Test tal-ħiliet L-applikanti għal IR għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet f’konformità mal-Appendiċi 7 ta’ dan l-Anness sabiex juru l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti b’livell ta’ kompetenza adattat għall-privileġġi mogħtija.”; |
|
(6) |
wara l-intestatura “TAQSIMA 2 – Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplani”, jiddaħħal il-punt FCL.620.A li ġej: “ FCL.620.A IR(A) — Test tal-ħiliet
|
|
(7) |
il-punt FCL.630.H huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.630.H IR(H) — Estensjoni tal-privileġġi ta’ IR(H) għal tipi oħrajn ta’ ħelikopters Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, id-detenturi ta’ IR(H) li jixtiequ jestendu l-privileġġi tal-IR(H) tagħhom għal tipi oħra ta’ ħelikopters għandhom, minbarra l-kors ta’ taħriġ rilevanti tal-klassifikazzjoni tat-tip, ilestu f’ATO sagħtejn ta’ taħriġ fit-titjir fuq it-tip rilevanti b’referenza unika għall-istrumenti skont l-IFR li jistgħu jitwettqu f’FFS jew fi FTD li jirrappreżenta kif xieraq it-tip rilevanti għal operazzjoni tal-IFR.”; |
|
(8) |
wara l-intestatura “TAQSIMA 4 — Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ airship”, jiddaħħal il-punt FCL.620.As kif ġej: “ FCL.620.As IR(As) — Test tal-ħiliet Għal IR(As) b’aktar minn magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f’airship b’aktar minn magna waħda. Għal IR(As) b’magna waħda, it-test għandu jsir f’airship b’magna waħda.”; |
|
(9) |
fil-punt FCL.725, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(10) |
il-punt FCL.720.H huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fil-punt FCL.905.TRI, point (a)(5) huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fil-punt FCL.910.TRI, il-punt (c) huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
fil-punt FCL.915.TRI, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
fil-punt FCL.915.IRI, il-punt (b)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(15) |
fil-punt FCL.905.SFI, il-punt (d)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(16) |
fil-punt FCL.915.SFI, il-punt (e) huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
fil-punt FCL.915.MCCI, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(18) |
fil-punt FCL.1005.TRE, il-punt (b)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(19) |
fil-punt FCL.1010.TRE, il-punt (b)(6) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(20) |
fil-punt FCL.1010.SFE, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
fit-Taqsima I tal-Appendiċi 3, il-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(22) |
It-Taqsima B tal-Appendiċi 6 hija emendata kif ġej:
|
|
(23) |
Fl-Appendiċi 8, it-Taqsima B hija sostitwita b’dan li gej: “B. Ħelikopters Il-krediti għandhom jingħataw biss jekk id-detenturi jkunu qed jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu l-privileġġi tal-IR għal ħelikopters bi bdot wieħed, kif xieraq.
|
|
(24) |
L-Appendiċi 9 huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Diment li matul it-12-il xahar preċedenti jkunu twettqu mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bl-eżerċitar tal-privileġġi PBN, fosthom avviċinament wieħed RNP APCH (li jista’ jkun avviċinament Punt fl-Ispazju (PinS)), fuq ħelikopter tat-tip SP f’operazzjonijiet SP.”