<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-728/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0728</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:865">EU:T:2017:865</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20171205">5.12.2017</DATE> – Kawża T‑728/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Tuerck vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Pensjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑728/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Sabine Tuerck</HT>, uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea, residenti f’Woluwe-Saint-Pierre (il-Belġju), irrappreżentata minn S. Orlandi u T. Martin, avocats,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn G. Gattinara u L. Radu Bouyon, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE> li tikkonferma t-trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, V. Valančius (Relatur) u U. Öberg, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. Marescaux, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20171003">3 ta’ Ottubru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Sabine Tuerck, daħlet fis-servizz tal-Unjoni Ewropea fl-<DATE ISO="20040301">1 ta’ Marzu 2004</DATE>. Skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), ir-rikorrenti talbet, permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>,<?PAGE NO="2"?> it-trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni. Fid-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħha, ir-rikorrenti kienet ikklassifikata fil-grad AD 11, skala 5.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100630">30 ta’ Ġunju 2010</DATE>, l-Uffiċċju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (PMO) ikkonferma li rċieva l-applikazzjoni tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20101126">26 ta’ Novembru 2010</DATE>, ir-rikorrenti ġiet promossa għall-grad AD 12, skala 1, b’effett mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20130429">29 ta’ April 2013</DATE>, il-PMO kkonferma l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni tar-rikorrenti u bagħatha lill-Deutsche Rentenversicherung Bund (il-Korp Federali ta’ Assigurazzjoni għall-Irtirar Ġermaniż, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>DRV<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>, id-DRV wieġeb li l-kapital trasferibbli li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba preċedentement mir-rikorrenti kien jammonta, fid-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment, jiġifieri fis-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>, għal EUR 141 652.07.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150622">22 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-PMO ppreżenta lir-rikorrenti proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz li tikkorrispondi għat-trasferiment tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni miksuba mid-DRV qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>proposta ta’ akkreditazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). F’dan ir-rigward, abbażi taċ-ċifri provviżorji relatati mal-ammont globali ta’ kapital stabbilit mid-DRV, jiġifieri EUR 141 652.07, jekk ir-rikorrenti aċċettat il-proposta ta’ akkreditazzjoni, it-trasferiment tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal kien jagħti lok, skont il-parametri applikabbli fid-data tal-applikazzjoni tagħha għal trasferiment, jiġifieri fis-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>, u fid-dawl tal-età tagħha, tal-grupp ta’ funzjonijiet tagħha u tal-grad u tal-iskala tagħha f’din l-istess data, għar-rikonoxximent ta’ perijodu ta’ kontribuzzjoni ta’ 3 snin, 8 xhur u 29 jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ir-rikorrenti aċċettat il-proposta ta’ akkreditazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-PMO nnotifika lir-rikorrenti bid-deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) wara t-trasferiment effettiv, skont l-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni li hija kienet kisbet mid-DRV qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1278 tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, ippubblikata fl-<HT TYPE="ITALIC">Informazzjoni Amministrattiva</HT> Nru 17–2011 tat-<DATE ISO="20110328">28 ta’ Marzu 2011</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>DĠI<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Skont din id-deċiżjoni, it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti wassal għar-rikonoxximent ta’ perijodu ta’ kontribuzzjoni ta’ 3 snin u 4 xhur. Sabiex jasal għal dan ir-riżultat, il-PMO applika fir-rigward tal-kapital ta’ EUR 146 714.33 effettivament ittrasferit mid-DRV tnaqqis ta’ interessi sempliċi ta’ 3.1 % għal kull sena li għaddiet bejn id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv, jiġifieri tnaqqis ta’ ammont li jirrappreżenta apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni u dik tat-trasferiment effettiv ta’ EUR 20 666.28. Għaldaqstant, il-PMO qies li l-ammont li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba preċedentement mir-rikorrenti kien jammonta, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli, għal EUR 126 048.05.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat ilment kontra d-deċiżjoni kkontestata. Dan l-ilment ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20161014">14 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170630">30 ta’ Ġunju 2017</DATE>, abbażi tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-partijiet sabiex jesprimu ruħhom bil-miktub dwar ċerti aspetti tat-tilwima. Dawn wieġbu għal dawn il-mistoqsijiet fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20170727">27 ta’ Lulju 2017</DATE>, abbażi tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali stiednet lir-rikorrenti sabiex tikkuntattja lid-DRV u titlob lil dan il-korp jipprovdi dokument li, minn naħa, jikkonferma l-ammont tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni miksuba taħt l-iskema Ġermaniża sas-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE> u, min-naħa l-oħra, jispjega r-raġunijiet għaliex teżisti differenza bejn l-ammont imsemmi iktar ’il fuq u l-ammont li effettivament ġie ttrasferit lill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20150911">11 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti rrispondiet għat-talba tal-Qorti Ġenerali permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20170925">25 ta’ Settembru 2017</DATE>. Hija annettiet mal-ittra tagħha ittra tad-DRV tat-<DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1) tad-DĠI u, it-tieni wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Insostenn tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-PMO ma kienx fondat meta naqqas, kif għamel, mill-kapital ittrasferit mid-DRV, interessi sempliċi ta’ 3.1 % għal kull sena li għaddiet bejn id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni ta’ trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, skont l-Artikolu 7(1) tad-DĠI, it-tnaqqis tal-ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv jista’ jsir b’mod <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>fiss<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> biss fil-każ fejn il-korp li miegħu jkunu nkisbu d-drittijiet għall-pensjoni preċedenti ma jkunx jista’ jikkomunika l-valur tal-imsemmija drittijiet fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment. Issa, skont ir-rikorrenti, id-DRV ikkomunika lill-PMO, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-valur tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni tagħha għal trasferiment, jiġifieri s-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirribatti li d-DRV ma pprovda l-ebda indikazzjoni dwar l-istruttura tal-ammont aġġornat effettivament ittrasferit, b’tali mod li kien impossibbli għaliha li tiddistingwi bejn, minn naħa, il-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti sad-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment u, min-naħa l-oħra, l-apprezzament ta’ dan il-kapital. Barra minn<?PAGE NO="4"?> hekk, il-Kummissjoni ssostni li, sabiex tiġi żgurata implementazzjoni oġġettiva tal-proċedura ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni, huwa neċessarju li wieħed ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu parametri uniformi, li jistgħu jiġu applikati għal kull proċedura ta’ trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, uffiċjal li jidħol fis-servizz tal-Unjoni, wara li jkun telaq mis-servizz ta’ amministrazzjoni tal-gvern jew ta’ organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jew wara li jkun eżerċita attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, għandu jkun intitolat, wara l-ħatra bħala uffiċjal permanenti iżda qabel ma jsir eliġibbli għal pensjoni tal-irtirar fis-sens tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, li l-kapital, aġġornat sad-data tat-trasferiment effettiv u li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni li jkun kiseb għall-attivitajiet imsemmija iktar ’il fuq, jitħallas lill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi li, f’tali każ, l-Awtorità tal-Ħatra (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Awtorità tal-Ħatra<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) tal-istituzzjoni li fiha jservi l-uffiċjal għandha tistabbilixxi, permezz ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, fid-dawl tas-salarju bażiku, tal-età u tar-rata tal-kambju fid-data tal-applikazzjoni għal trasferiment, in-numru ta’ snin ta’ servizz li bih huwa għandu jiġi akkreditat taħt l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni għall-perijodu ta’ servizz preċedenti fuq il-bażi tal-kapital ittrasferit, wara li jitnaqqas l-ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-DĠI jispeċifika li n-numru ta’ snin ta’ servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni huwa kkalkolat abbażi tal-ammont trasferibbli li jirrappreżenta d-drittijiet miksuba matul il-perijodi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt 1 u fl-ewwel paragrafu tal-punt 2 tal-Artikolu 5 tad-DĠI, wara li jitnaqqas l-ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment u d-data tat-trasferiment effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-DĠI jipprevedi, essenzjalment, li, meta l-korp nazzjonali jew internazzjonali ma jkunx jista’ jikkomunika l-valur tad-drittijiet għall-pensjoni fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, għandhom jitnaqqsu interessi sempliċi bir-rata ta’ 3.1 % mill-ammont ittrasferit għall-perijodu mid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni sad-data tat-trasferiment effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-formulazzjoni ċara u preċiża tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 19 sa 22 iktar ’il fuq jirriżulta li d-deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent tal-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz huma bbażati fuq l-ammont tal-kapital trasferibbli fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, kif ikkomunikat mill-awtoritajiet nazzjonali jew internazzjonali kompetenti lill-Awtorità tal-Ħatra, wara li jitnaqqas, jekk ikun il-każ, l-ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tar-reġistrazzjoni tat-talba u dik tat-trasferiment effettiv. Minn dan jirriżulta barra minn hekk li huwa biss fil-każ li l-korp nazzjonali jew internazzjonali kompetenti ma jkunx jista’ jikkomunika l-valur tad-drittijiet għall-pensjoni fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni li interessi sempliċi bir-rata ta’ 3.1 % għandhom jitnaqqsu mill-kapital aġġornat effettivament ittrasferit. Għaldaqstant, fl-ipoteżi fejn l-awtoritajiet nazzjonali jew internazzjonali kompetenti jkunu kkomunikaw lill-Awtorità tal-Ħatra l-valur tad-drittijiet għall-pensjoni fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, hija ma tkun tista’ twettaq ebda tnaqqis minn dan l-ammont u l-kalkolu tas-snin ta’ servizz għal pensjoni skont ir-Regolamenti tal-Persunal ikollu għalhekk isir fuq il-bażi tat-totalità tal-imsemmi ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-determinazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali jew internazzjonali kompetenti tal-valur tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba sad-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li din l-operazzjoni taqa’ taħt il-kompetenza unika tal-awtorità li tamministra l-iskema tal-pensjoni li magħha l-persuna kkonċernata kienet affiljata qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni, fejn tali operazzjoni tiddetermina l-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba fl-iskema nazzjonali abbażi tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Časta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑166/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:792">EU:C:2013:792</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u<?PAGE NO="5"?> l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li l-Istati Membri jgawdu minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ meta jadottaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom li jimplementaw l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Časta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑166/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:792">EU:C:2013:792</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, fil-<DATE ISO="20150911">11 ta’ Settembru 2015</DATE>, id-DRV ittrasferixxa lill-Kummissjoni kapital aġġornat ta’ EUR 146 714.33. Il-PMO applika fir-rigward ta’ dan il-kapital tnaqqis ta’ interessi sempliċi ta’ 3.1 % għal kull sena li għaddiet bejn id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv, jiġifieri tnaqqis ta’ ammont li jirrappreżenta apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni t-talba u dik tat-trasferiment effettiv ta’ EUR 20 666.28. Għalhekk, il-PMO qies li l-ammont li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba preċedentement mir-rikorrenti kien jammonta għal EUR 126 048.05.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>, id-DRV ikkomunika lill-PMO dak li fl-opinjoni tiegħu huwa l-kalkolu provviżorju tal-ammont trasferibbli fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni tar-rikorrenti. Skont din l-ittra, l-ammont trasferibbli fis-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE> kien ta’ EUR 141 652.07, li minnhom EUR 340.22 kienu interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dan l-ammont trasferibbli fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni tar-rikorrenti kkostitwixxa l-bażi tal-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz li saritilha fit-<DATE ISO="20150622">22 ta’ Ġunju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-atti tal-proċess jirriżulta wkoll li, fuq talba tar-rikorrenti, id-DRV ikkonfermalha, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20160204">4 ta’ Frar 2016</DATE>, li l-ammont trasferibbli fid-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment, jiġifieri fis-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>, kien ta’ EUR 141 652.07, jiġifieri EUR 141 311.85 għad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti sa dik id-data, li magħhom żdiedu EUR 340.22 bħala interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din l-informazzjoni ġiet, għal darba oħra, ikkonfermata mid-DRV fl-ittra tiegħu tat-<DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, indirizzata lir-rikorrenti wara l-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura msemmija fil-punt 14 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li d-DRV ikkomunika lill-Kummissjoni l-valur tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba sad-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni tar-rikorrenti, jiġifieri fis-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma tistax validament issostni, kif tagħmel, li kien impossibbli għaliha, abbażi tal-ammont tal-kapital aġġornat effettivament ittrasferit, li tiddistingwi bejn, minn naħa, l-ammont li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti sad-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment u, min-naħa l-oħra, l-ammont li jikkorrispondi għal-apprezzament tal-kapital bejn id-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment u d-data tat-trasferiment effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni nett, għal dak li jirrigwarda l-kalkolu mis-servizzi tal-Kummissjoni tan-numru tas-snin ta’ servizz ta’ akkreditazzjoni li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li huwa kalkolu distint minn dak tal-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba, kif jirriżulta mill-punt 24 iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li la l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u lanqas xi dispożizzjoni oħra tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedu espressament l-obbligu li jiġi applikat, fir-rigward tal-kapital aġġornat effettivament ittrasferit, it-tnaqqis tar-rata ta’ interessi ta’ 3.1 % msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan l-istess anness. Minn dan isegwi li l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li, essenzjalment, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jimponi f’kull każ l-obbligu fuq il-PMO li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>jaġġorna<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> il-kapital li jirrappreżenta l-valur tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba sad-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ma hija bbażata fuq ebda dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal. L-uniku tnaqqis impost mir-Regolamenti tal-Persunal huwa dak tal-ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv tal-kapital aġġornat sa dik id-data. Fi kwalunkwe każ, ma huwiex il-kompitu tal-Kummissjoni li<?PAGE NO="6"?> tiddetermina jew, kif hija tallega, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>taġġorna<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> l-ammont tal-kapital li jirrappreżenta materjalment id-drittijiet għall-pensjoni miksuba, sad-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment, abbażi tal-attivitajiet preċedenti tal-uffiċjal ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 7(1) tad-DĠI ma jippermettix lill-Kummissjoni, għall-kuntrarju ta’ dak sostnut minnha, li tnaqqas l-interessi meta, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża, il-korp nazzjonali jew internazzjonali kompetenti ma jkunx jinsab f’sitwazzjoni fejn ma jkunx jista’ jikkomunika l-valur tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba sad-data tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni. Il-fatt li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq tnaqqis favur il-baġit tal-Unjoni mill-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti sad-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment iwassal għal approprjazzjoni mhux iġġustifikata, minn din l-istituzzjoni, ta’ parti mid-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali mħallsa permezz tat-trasferiment, li jappartjenu fil-fatt lill-uffiċjal skont il-ġurisprudenza, u, għalhekk, għal arrikkiment indebitu favur l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li mill-elementi tal-proċess kif ukoll mill-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-rikorrenti waqt is-seduta jirriżulta li d-differenza ta’ EUR 5 062.26 bejn, minn naħa, l-ammont trasferibbli tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt l-iskema Ġermaniża sas-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>, ikkomunikat mid-DRV lill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>, u, min-naħa l-oħra, l-ammont li effettivament ġie ttrasferit lill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20150911">11 ta’ Settembru 2015</DATE>, li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni u dik tat-trasferiment effettiv, tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, iffirmata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mill-Kummissjoni fl-1994. Skont dan il-ftehim, il-korp tal-pensjonijiet Ġermaniż kompetenti huwa obbligat japplika żieda ta’ 3.5 %, għal kull sena sħiħa li tkun għaddiet, għall-ammont imqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu retroattivament mill-awtoritajiet nazzjonali, għall-perijodu mid-data tat-trasferiment tal-fondi inkwistjoni lil dan il-korp sad-data ta’ trasferiment tal-imsemmija fondi minn dan il-korp lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni. Għaldaqstant, f’dan il-każ, l-ammont ta’ EUR 5 062.26 joriġina mill-applikazzjoni tar-rata ta’ 3.5 %, għal kull sena sħiħa li għaddiet, għall-ammont imqiegħed għad-dispożizzjoni tad-DRV f’żewġ stadji, jiġifieri fit-<DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE> u fit-<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE>, u ttrasferit sussegwentement minn dan il-korp lill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20150911">11 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li, billi applikat għall-kapital aġġornat effettivament ittrasferit tnaqqis ta’ interessi sempliċi ta’ 3.1 % għal kull sena li għaddiet bejn id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv, minkejja li, fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ din il-kawża, id-DRV ma kienx jinsab f’sitwazzjoni fejn ma setax jikkomunika l-valur tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti sad-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal u mingħajr ma hemm bżonn li tiġi eżaminata l-fondatezza tat-tieni motiv imqajjem mir-rikorrenti, għandu jintlaqa’ r-rikors preżenti u tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. F’dan il-każ, peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><?PAGE NO="7"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE> li tikkonferma t-trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba minn Sabine Tuerck qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Valančius</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Öberg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>