|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6313 |
18.10.2024 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuna koperta mill-miżuri restrittivi previsti fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(C/2024/6313)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Joseph Nganzo Olikwa TIPI (nru 13), persuna li tidher fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (1) u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Il-Kunsill jipprevedi li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata. Is-Sur Joseph Nganzo Olikwa TIPI huwa b'dan infurmat li jista' jippreżenta talba lill-Kunsill biex jikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tiegħu, sal- 25 ta' Ottubru 2024 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6313/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)