Official Journal L 111 , 04/05/1979 P. 0016 - 0017
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0216
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0089
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0089
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0216
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0062
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 883/79 tat-3 ta' Mejju 1979 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2960/77 dwar regoli dettaljati għall-bejgħ taż-żejt taż-żebbuġa miżmum mill-aġenziji ta' intervent IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet ([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 590/79 ([2]), u partikolarment l-Artikolu 12(4) tiegħu, Billi l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2960/77 ([3]), jipprovdi li xerrejja prospettivi jistgħu jiksbu kampjun taż-żjut għall-bejgħ mill-aġenziji ta' intervent; Billi, sabiex tassigura li ż-żejt li dwaru ssir l-appalt u ż-żejt mogħti huma identiċi, għandha tkun provduta l-possibiltà għal kampjonar addizzjonali qabel ma' l-lott mogħti jkun issiġillat; Billi, sabiex tiffaċilita t-tneħħija taż-żejt mibjugħ, it-tul tal-perijodu tat-tneħħija għandu jkun mibdul billi jkun aġġustat skond id-daqs tal-lott mogħti; Billi l-miżuri li hemm pprovdut għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2960/77 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 5(3) huwa mibdul b'dan li ġej: "3. Matul il-perijodu l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1979, il-prezz minimu jkun nett mit-taxxa u jkun jirrelata għal 100 kilogramm ta' żejt taż-żebbuġa kunsinnat minn fejn kien maħżun, jew fil-krietel ta' l-istess xerrej mgħobbija fuq vettura pprovduta minnu inkella fil-vettura ta' l-istess xerrej." 2. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej: "Dan il-kampjun jitqiegħed f'żewġ fliexken ittikkettjati, li jkunu siġillati fil-preżenza kemm ta' min jieħu ħsieb il-maħżen kif ukoll tax-xerrej prospettiv jew inkella ta' l-aġent awtorizzat tiegħu. Flixkun minnhom jingħata lix-xerrej prospettiv u l-ieħor lil tal-maħżen." 1) L-Artikolu 10 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 10 L-aġenzija ta' intervent immedjatament tinforma lil kull appaltatur, b'ittra reġistrata b'konferma permezz ta' riċevuta, tar-riżultat tal-partiċipazzjoni tiegħu għall-invit b'appalt." 4. Is-subparagrafu segwenti huwa miżjud ma' l-Artikolu 11(1): "Qabel ma jitwettaq l-issiġillar, l-appaltatur rebbieħ jista' jitlob kampjun taż-żejt tiegħu. Dan il-kampjun jitqiegħed f'żewġ fliexken ittikkettjati, li jiġu siġillati fil-preżenza tas-sid il-maħżen kif ukoll tal-appaltatur rebbieħ jew inkella ta' l-aġent awtorizzat tiegħu. Flixkun minnhom jingħata lill-appaltatur rebbieħ u l-ieħor lil sid il-maħżen sabiex, jekk ikun hemm bżonn, ikun jista' jsir iċċekkjar biex ikun assigurat li l-prodott li minnu ttieħed il-kampjun taħt l-Artikolu 6 u l-prodott mogħti jikkorrispondu ma' xulxin." 1) L-Artikolu 12 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 12 1. Ix-xerrej, qabel ma jneħħI ż-żejt, irid iħallas lill-aġenzija ta' intervent l-ammont proviżorju tal-prezz tal-bejgħ, li jkun ikkalkulat billi tkun immultiplikata l-kwantità indikata fil-lott bil-prezz offert għal-lott. 2. Jekk l-ammont proviżorju ma jitħallasx fil-perijodu stipulat fl-Artikolu 13(1), il-bejgħ awtomatikament jitħassar. F'dak il-każ li s-sigurtà li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 8 tintilef. 3. Fil-każ ta' bejgħ għall-esportazzjoni, ix-xerrej, qabel ma jneħħi ż-żejt, irid jagħti garanzija li tassigura li l-esportazzjoni titwettaq kif speċifikat fl-Artikolu 1(2)." 1) L-Artikolu 13 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 13 1. Ix-xerrej irid jieħu l-lott kollu mogħti lilu. Il-ġarr jista' jinbeda hekk kif jitħallas l-ammont proviżorju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 12(1) u, fil-każ ta' bejgħ għall-esportazzjoni, hekk kif tingħata l-garanzija li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 12(3). Il-konsenja trid tkun twettqet l-iktar tard sa l-40 jum wara li jkun irċieva l-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 10. Madankollu, jekk ix-xerrej ikun ingħata kwantità ta' il fuq minn1 000 tunellata, l-ġarr irid ikun sar l-iktar tard sa 60 jum wara l-jum li jkun irċieva l-informazzjoni fuq imsemmija. 2. Il-kwantità ta' żejt ikkunsinnata lix-xerrej tista' ma tkunx taqbel mal-kwantità li kienet sottomessa fl-appalt, dan jiddependi mill-kwantità attwali fil-kontenitur fiż-żmien tal-konsenja." 7. L-Artikolu 14(1) huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 14 1. Ġaladarba ż-żejt jiġi rtirat, l-aġenzija ta' intervent tagħmel fattura għall-ammont finali tal-prezz tal-bejgħ. L-ammont finali jkun ikkalkulat billi tkun immultiplikata l-kwantità attwali konsenjata, imnaqqas minnha l-piż ta' l-ilma u l-impuritajiet li jeċċedu l-0.2 % fil-każ ta' żejt taż-żebbuġa verġni u l-0.5 % fil-każ taż-żejt taż-żebbuġa li jiġi mill-fdalijiet taż-żebbuġa, bil-prezz offrut għal-lott in kwestjoni. Il-piż kemm ta' l-ilma kif ukoll ta' l-impuritajiet jkunu determinati minn analiżi ta' kampjun rappreżentattiv fiż-żmien tal-konsenja." 8. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 21 huwa b'dan imħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Mejju 1979. Għall-Kummissjoni Finn GUNDELACH Viċi-President __________________ Proofread by Claudine Camilleri [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 78, tat-30.3.1979, p. 1. [3] ĠU L 348, tat-30.12.1977, p. 46.