Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU II:DISPOSIZZJONIJIET INTERISTITUZZJONALI - Artikolu 22
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0035 - 0036
Artikolu 22 1. Fl-Artikolu 2(2), it-tieni suparagrafu, tal-Protokoll Nru. 34 dwar id-disposizzjonijiet transitorji relattivi għall-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni, anness mal-Kostituzzjoni u mat-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi inserit dan li ġej bejn l-entrati għall-Belġju u r-Repubblika Ċeka: "Bulgarija 10" u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Portugall u s-Slovenja: "Rumanija 14". 2. L-Artikolu 2(2), it-tielet subparagrafu, tal-Protokoll Nru. 34 dwar id-disposizzjonijiet transitorji relattivi għall-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni, anness mal-Kostituzzjoni u mat-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw maġġoranza tal-membri fejn, taħt il-Kostituzzjoni, għandhom jiġu adottati fuq proposta mill-Kummissjoni. F'każijiet oħra d-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati jekk hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ terzi tal-membri.". --------------------------------------------------