European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2881

20.11.2024

DIRETTIVA (UE) 2024/2881 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ottubru 2024

dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa

(tfassil mill-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttivi 2004/107/KE (4) u 2008/50/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġew emendati b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, jenħtieġ li dawk id-Direttivi jiġu riformulati fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, stabbiliet pjan direzzjonali ambizzjuż biex l-Unjoni tinbidel f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, bl-għan li tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. B’mod speċifiku dwar l-arja nadifa, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tkompli ttejjeb il-kwalità tal-arja u li tallinja l-istandards tal-kwalità tal-arja tal-UE iktar mill-qrib mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni ħabbret ukoll it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, l-immudellar u l-ippjanar tal-kwalità tal-arja.

(3)

Fil-komunikazzjoni tagħha tat-12 ta’ Mejju 2021 intitolata “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, il-Kummissjoni stabbiliet “Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero” li, fost l-oħrajn, jindirizza l-aspetti tat-tniġġis tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u fih il-Kummissjoni timpenja ruħha wkoll li sal-2030, tnaqqas l-impatt tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa b’iktar minn 55 % u l-ekosistemi tal-Unjoni fejn it-tniġġis tal-arja jhedded il-bijodiversità b’25 %.

(4)

Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero jistabbilixxi wkoll viżjoni għall-2050, fejn it-tniġġis tal-arja jitnaqqas għal livelli li ma jibqgħux jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa u għall-ekosistemi naturali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi segwit approċċ fi stadji lejn l-istabbiliment ta’ standards attwali u futuri tal-kwalità tal-arja tal-Unjoni, l-istabbiliment ta’ standards tal-kwalità tal-arja għall-2030 u lil hinn, u l-iżvilupp ta’ perspettiva għall-allinjament mal-Linji Gwida l-iktar aġġornati tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja sa mhux iktar tard mill-2050 abbażi ta’ mekkaniżmu ta’ rieżami regolari biex titqies l-aħħar evidenza xjentifika. Minħabba r-rabtiet bejn it-tnaqqis tat-tniġġis u d-dekarbonizzazzjoni, l-għan fit-tul li tinkiseb l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero jenħtieġ li jiġi segwit flimkien mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(5)

F’Settembru 2021, il-WHO aġġornat il-Linji Gwida tagħha dwar il-Kwalità tal-Arja, abbażi ta’ rieżami sistematiku tal-evidenza xjentifika dwar l-effetti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa. Il-Linji Gwida aġġornati tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja jenfasizzaw evidenza ġdida dwar l-effetti li jseħħu f’livelli baxxi ta’ esponiment għat-tniġġis tal-arja, u jifformulaw livelli ta’ linji gwida dwar il-kwalità tal-arja iktar baxxi għall-materja partikolata (PM10 u PM2,5) u għad-diossidu tan-nitroġenu meta mqabbla mal-linji gwida preċedenti. Din id-Direttiva tqis l-aħħar evidenza xjentifika, inklużi l-Linji Gwida l-iktar aġġornati tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja.

(6)

Matul l-aħħar tletin sena, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali wasslu għal tnaqqis kostanti fl-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja li jagħmlu l-ħsara u għal titjib korrispondenti fil-kwalità tal-arja. L-għażliet ta’ politika analizzati skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din id-Direttiva jindikaw benefiċċji soċjoekonomiċi netti addizzjonali minn tnaqqis ulterjuri tat-tniġġis tal-arja, filwaqt li l-benefiċċji tas-saħħa u ambjentali stmati jegħlbu b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-implimentazzjoni mistennija.

(7)

Meta jieħdu l-miżuri rilevanti fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali biex jintlaħaq l-għan ta’ tniġġis żero għat-tniġġis tal-arja, l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu ggwidati mill- prinċipju ta’ prekawzjoni, u mill-prinċipji li jenħtieġ li tittieħed azzjoni ta’ prevenzjoni, li l-ħsara ambjentali jenħtieġ li tiġi riflessa bħala prijorità fis-sors u li min iniġġes jenħtieġ li jħallas, stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u mill-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, filwaqt li jirrikonoxxu d-dritt tal-bniedem għal ambjent nadif, b’saħħtu u sostenibbli kif rikonoxxut fir-Riżoluzzjoni 76/300 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) fit-28 ta’ Lulju 2022. Huma jenħtieġ li, fost l-oħrajn, iqisu l-elementi li ġejjin: il-kontribut ta’ kwalità tal-arja mtejba għas-saħħa pubblika, il-kwalità tal-ambjent u r-reżiljenza tal-ekosistema, il-benesseri taċ-ċittadini, l-ugwaljanza u l-protezzjoni ta’ popolazzjoni sensittiva u gruppi vulnerabbli, il-kostijiet tal-kura tas-saħħa, il-prosperità tas-soċjetà, l-impjiegi u l-kompetittività tal-ekonomija; it-tranżizzjoni tal-enerġija, it-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija u l-indirizzar tal-faqar enerġetiku; is-sigurtà u l-affordabbiltà tal-ikel; l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ mobbiltà u trasport sostenibbli u intelliġenti u infrastruttura relatata; l-impatt tal-bidliet fl-imġiba; l-impatt tal-politiki fiskali; l-ekwità u s-solidarjetà fost l-Istati Membri u fi ħdanhom, fid-dawl tal-kapaċità ekonomika tagħhom, iċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom, bħal pereżempju l-ispeċifiċitajiet tal-gżejjer, u l-ħtieġa li jkun hemm il-konverġenza maż-żmien; il-ħtieġa li t-tranżizzjoni tkun waħda xierqa u soċjalment ekwa permezz ta’ programmi edukattivi u ta’ taħriġ xierqa, inkluż għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa; l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u l-iktar aġġornata, b’mod partikolari s-sejbiet irrappurtati mill-WHO; il-ħtieġa li r-riskji relatati mat-tniġġis tal-arja jiġu integrati fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-ippjanar; il-kosteffettività, l-aħjar soluzzjonijiet teknoloġiċi disponibbli u n-newtralità teknoloġika fil-kisba tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja u l-progress li jkun qed isir maż-żmien b’rabta mal-integrità ambjentali u mal-livell ta’ ambizzjoni.

(8)

Din id-Direttiva tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Għanijietjiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), b’mod partikolari l-SDGs 3, 7, 10, 11, u 13.

(9)

Il-Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (“it-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali”) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, l-għan li jinkiseb ambjent mhux tossiku, u li jipproteġi s-saħħa u l-benesseri tan-nies, tal-annimali u tal-ekosistemi minn riskji relatati mal-ambjent u impatti negattivi, u, għal dak l-għan, jistipula, fost l-oħrajn, li huwa meħtieġ iktar titjib tal-metodi ta’ monitoraġġ, kooperazzjoni internazzjonali aħjar, informazzjoni aħjar għall-pubbliku u aċċess għall-ġustizzja. Dan jiggwida l-għanijietjiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

(10)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina regolarment l-evidenza xjentifika relatata mas-sustanzi niġġiesa, l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u, fost l-oħrajn, il-kostijiet diretti u indiretti tal-kura tas-saħħa assoċjati mat-tniġġis tal-arja, l-impatti soċjoekonomiċi, il-kostijiet ambjentali, u l-iżviluppi tal-imġiba, fiskali u teknoloġiċi. Abbażi tar-rieżami tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk l-istandards tal-kwalità tal-arja applikabbli għadhomx xierqa biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq l-ewwel rieżami sal-31 ta’ Diċembru 2030. Meta twettaq rieżami, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-għażliet u l-iskedi ta’ żmien għall-allinjament tal-istandards tal-kwalità tal-arja mal-iktar Linji Gwida reċenti tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja, jekk l-istandards tal-kwalità tal-arja jeħtiġux li jiġu aġġornati fid-dawl tal-aħħar informazzjoni xjentifika, jekk jenħtieġx li jiġu koperti sustanzi niġġiesa tal-arja addizzjonali u jekk għandhomx jiġu emendati d-dispożizzjonijiet dwar il-posponiment tal-iskadenzi għall-kisba u t-tniġġis tal-arja transfruntier. Wara r-rieżami tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fejn tqis li jkun meħtieġ, tippreżenta proposta biex tirrevedi l-istandards tal-kwalità tal-arja jew biex tkopri sustanzi niġġiesa oħra tal-arja. Fejn il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ, jenħtieġ li tippreżenta wkoll proposti biex tintroduċi jew tirrevedi kwalunkwe leġiżlazzjoni tas-sors rilevanti sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-istandards riveduti tal-kwalità tal-arja proposti fil-livell tal-Unjoni u tipproponi azzjonijiet ulterjuri li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Unjoni.

(11)

Jenħtieġ li jiġi segwit approċċ komuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali bl-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ valutazzjoni komuni. Fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali, jenħtieġ li jittieħed kont tad-daqs tal-popolazzjonijiet u tal-ekosistemi esposti għat-tniġġis tal-arja. Huwa għalhekk xieraq li t-territorju ta’ kull Stat Membru jiġi kklassifikat f’żoni li jirriflettu d-densità tal-popolazzjoni u l-unitajiet territorjali tal-esponiment medju.

(12)

Il-kejl fiss jenħtieġ li jkun obbligatorju f’żoni fejn jinqabżu l-livelli limitu ta’ valutazzjoni. Applikazzjonijiet ta’ mmudellar u kejl indikattiv, flimkien ma’ informazzjoni minn kejl fiss, jippermettu li d-data minn punt tkun tista’ tiġi interpretata f’termini ta’ distribuzzjoni ġeografika ta’ konċentrazzjonijiet. L-użu ta’ tali metodi tekniċi supplimentari ta’ valutazzjoni jenħtieġ li jippermetti wkoll it-tnaqqis tal-għadd minimu meħtieġ ta’ punti ta’ kampjunar għal kejl fiss f’żoni fejn il-valuri limitu jew il-valuri fil-mira jiġu ssodisfati iżda l-limitu ta’ valutazzjoni jinqabeż. F’żoni fejn il-valuri limitu jew il-valuri fil-mira jinqabżu, minn sentejn wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar u dwar id-determinazzjoni tar-rappreżentattività spazjali tal-punti ta’ kampjunar, jenħtieġ li jintużaw applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv flimkien ma’ kejl fiss obbligatorju biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali. Monitoraġġ addizzjonali tal-konċentrazzjonijiet fl-isfond u d-depożizzjoni ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jenħtieġ li jitwettaq ukoll biex jippermetti fehim aħjar tal-livelli ta’ tniġġis u d-dispersjoni.

(13)

Meta applikabbli, jenħtieġ li jiġu applikati applikazzjonijiet ta’ mmudellar sabiex data minn punt speċifiku tkun tista’ tiġi interpretata f’termini ta’ distribuzzjoni ġeografika ta’ konċentrazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa, li jista’ jgħin biex jiġi identifikat ksur ta’ standards tal-kwalità tal-arja u biex jiġu infurmati l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u t-tqegħid tal-punti ta’ kampjunar. Minbarra r-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja definiti f’din id-Direttiva, għall-finijiet ta’ monitoraġġ, l-Istati Membri huma mħeġġa jisfruttaw il-prodotti ta’ informazzjoni u l-għodod supplimentari, pereżempju permezz ta’ rapporti regolari ta’ evalwazzjoni u valutazzjoni tal-kwalità jew applikazzjonijiet online ta’ politika, ipprovduti mill-komponent tal-Osservazzjoni tad-Dinja tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, b’mod partikolari s-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Atmosfera ta’ Copernicus.

(14)

Huwa importanti li s-sustanzi niġġiesa ta’ tħassib emerġenti, bħall-partikoli ultrafini, il-karbonju iswed u l-karbonju elementali, kif ukoll l-ammonijaka u l-potenzjal ossidattiv tal-materja partikolata, jitkejjlu f’supersiti ta’ monitoraġġ kemm f’postijiet bi sfond rurali kif ukoll f’postijiet bi sfond urban sabiex jiġi appoġġat il-fehim xjentifiku tal-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent, kif irrakkomandat mil-WHO. Għall-Istati Membri li t-territorju tagħhom huwa inqas minn 10 000 km2, il-kejl f’supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban ikun biżżejjed.

(15)

Jenħtieġ li jsir kejl dettaljat ta’ materja partikolata fina (PM2,5) sabiex jiġu mifhuma aħjar l-impatti ta’ dik is-sustanza niġġiesa u sabiex jiġu żviluppati politiki adegwati. Tali kejl jenħtieġ li jsir b’mod konsistenti ma’ dak tal-programm kooperattiv għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tat-trażmissjoni fuq distanza twila ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja fl-Ewropa (EMEP) stabbilit taħt il-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja f’Distanza Twila tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/462/KEE (8) u l-Protokolli tagħha, inkluż il-Protokoll għat-tnaqqis tal-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku tal-1999, li ġie rivedut fl-2012.

(16)

Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni miġbura dwar it-tniġġis tal-arja tkun rappreżentattiva u paragunabbli biżżejjed fl-Unjoni kollha, huwa importanti li jintużaw metodi tekniċi ta’ kejl standardizzati u kriterji komuni għall-għadd u l-post ta’ punti ta’ kampjunar għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali. Jistgħu jintużaw metodi tekniċi li mhumiex kejl sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali u għalhekk huwa meħtieġ li jkunu definiti l-kriterji għall-użu u l-preċiżjoni meħtieġa ta’ tali metodi tekniċi.

(17)

Il-provvediment ta’ metodi ta’ kejl ta’ referenza hu rikonoxxut bħala kwistjoni importanti. Il-Kummissjoni diġà ordnat biex isir xogħol għat-tħejjija tal-istandards EN għall-kejl ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi ta’ sensuri għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tas-niġġiesa gassużi u l-materja partikolata (PM10 and PM2,5) fl-arja ambjentali bil-għan li jiġu żviluppati u adottati malajr. Fejn m’ hemmx metodi standard EN, l-użu ta’ metodi ta’ kejl ta’ referenza standard internazzjonali, metodi ta’ kejl ta’ referenza nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) jenħtieġ li jkun permess.

(18)

Sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kollu, huwa partikolarment importanti li l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa jiġu miġġielda f’ras il-għajn u li jiġu identifikati u implimentati l-miżuri l-iktar effettivi għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-emissjonijiet mill-agrikoltura, mill-industriji, mit-trasport, mis-sistemi ta’ tisħin u tkessiħ u mill-ġenerazzjoni tal-enerġija. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu evitati, ipprevenuti jew imnaqqsa l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja u li jagħmlu l-ħsara u jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards xierqa għall-kwalità tal-arja abbażi ta’, fost l-oħrajn, l-iktar evidenza xjentifika aġġornata, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet tal-WHO.

(19)

Evidenza xjentifika turi li d-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, il-materja partikolata (PM10 and PM2,5), il-benżen, il-monossidu tal-karbonju, l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil, ċerti idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u l-ożonu huma responsabbli għal għadd ta’ effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem, u huma marbuta ma’ diversi każijiet ta’ mard mhux komunikabbli, kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u żieda fil-mortalità. L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent iseħħ permezz ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u permezz tad-depożizzjoni.

(20)

Għalkemm it-tniġġis tal-arja huwa problema universali tas-saħħa, ir-riskji mhumiex mifruxa b’mod uniformi fost il-popolazzjoni peress li l-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli jinsabu f’riskju akbar ta’ ħsara minn oħrajn. Din id-Direttiva tirrikonoxxi r-riskji akbar għall-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, fir-rigward tat-tniġġis tal-arja u għandha l-għan li tinfurmahom u tipproteġihom.

(21)

Skont ir-Rapport Nru 22/2018 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu “Unequal exposure and unequal impacts: social vulnerability to air pollution, noise and extreme temperatures in Europe” (L-esponiment inugwali u l-impatti inugwali: il-vulnerabbiltà soċjali għat-tniġġis tal-arja, għall-istorbju u għat-temperaturi estremi fl-Ewropa), is-saħħa tal-persuni bi status soċjoekonomiku iktar baxx għandha t-tendenza li tiġi affettwata iktar mit-tniġġis tal-arja mis-saħħa tal-popolazzjoni ġenerali, u dan huwa riżultat kemm tal-esponiment akbar tagħhom kif ukoll tal-vulnerabbiltà ogħla tagħhom. Din id-Direttiva tqis l-aspetti soċjali tat-tniġġis tal-arja u l-impatti soċjoekonomiċi tal-miżuri meħuda.

(22)

L-effetti tal-arseniku, tal-kadmju, taċ-ċomb, tal-merkurju, tan-nikil u tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż permezz tal-katina tal-ikel, u l-ambjent, iseħħu wkoll permezz ta’ depożizzjoni. Jenħtieġ li titqies l-akkumulazzjoni ta’ dawk is-sustanzi fil-ħamrija u l-protezzjoni tal-ilma sotterran.

(23)

L-esponiment medju tal-popolazzjoni għas-sustanzi niġġiesa bl-ogħla impatt dokumentat fuq is-saħħa tal-bniedem, il-materja partikolata fina (PM2,5) u d-diossidu tan-nitroġenu jenħtieġ li jitnaqqas abbażi tar-rakkomandazzjonijiet l-iktar aġġornati tal-WHO. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jiġi introdott obbligu ta’ tnaqqis tal-esponiment medju bħala standard komplementari tal-kwalità tal-arja, flimkien mal-valuri limitu iżda mhux bħala sostitut għalihom.

(24)

Il-Kontroll tal-Idoneità tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent, li jkopri d-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE, wera li l-valuri limitu huma iktar effettivi biex inaqqsu l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi niġġiesa minn tipi oħra ta’ standards tal-kwalità tal-arja, bħall-valuri fil-mira. Bil-għan li jiġu minimizzati l-effetti dannużi fuq is-saħħa tal-bniedem, waqt li jittieħed kont partikolari tal-popolazzjonijiet sensittivi u tal-gruppi vulnerabbli, u l-ambjent, jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri limitu għall-konċentrazzjoni tad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu, il-materja partikolata (PM10 and PM2,5), il-benżen, il-monossidu tal-karbonju, l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali. Il-benżo(a)piren jenħtieġ li jintuża bħala indikatur tar-riskju karċinoġenu tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali.

(25)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jħejju għall- istandards riveduti tal-kwalità tal-arja stabbiliti minn din id-Direttiva u biex tiġi żgurata l-kontinwità legali, għal perjodu interim jenħtieġ li l-valuri limitu u l-valuri fil-mira jkunu identiċi għal dawk stabbiliti skont id-Direttivi mħassra sakemm jibdew japplikaw il-valuri limitu l-ġodda.

(26)

L-ożonu huwa sustanza niġġiesa b’effetti transkonfini fformat fl-atmosfera mill-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa primarji. Uħud minn dawk is-sustanzi niġġiesa atmosferiċi huma indirizzati mid-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-ożonu fil-livell tal-art jaffettwa ħażin mhux biss is-saħħa tal-bniedem iżda wkoll il-veġetazzjoni u l-ekosistemi. Il-progress lejn il-miri u l-għanijiet fit-tul għall-ożonu stabbiliti f’din id-Direttiva jenħtieġ li jiġi determinat mill-miri u mill-impenji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet previsti fid-Direttiva (UE) 2016/2284 u, bl-implimentazzjoni ta’ miżuri kosteffettivi, pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja meta jkun xieraq.

(27)

Il-valuri fil-mira u l-għanijiet fit-tul tal-ożonu għall-iżgurar ta’ protezzjoni effettiva kontra l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-veġetazzjoni u l-ekosistemi mill-esponiment għall-ożonu jenħtieġ li jiġu aġġornati fid-dawl tal-iktar evidenza xjentifika aġġornata, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet tal-WHO.

(28)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti livell limitu ta’ allert u livell limitu ta’ informazzjoni għad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu, il-materja partikolata (PM10 u PM2,5)u l-ożonu għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ġenerali, u speċjalment il-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, minn esponimenti għal żmien qasir għal konċentrazzjonijiet għoljin ta’ sustanzi niġġiesa. Dawk il-livelli limitu jenħtieġ li jagħtu bidu għad-disseminazzjoni ta’ informazzjoni lill-pubbliku rigward ir-riskji għas-saħħa assoċjati tal-esponiment u l-implimentazzjoni, meta applikabbli, ta’ miżuri f’perjodu ta’ żmien qasir sabiex jitnaqqsu l-livelli tat-tniġġis meta l-livell limitu ta’ allert jinqabeż.

(29)

F’konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar iebsa bil-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mat-Trattati u li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Tali notifika tista’ tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni tal-proċess ta’ kif dawk l-istandards tal-kwalità tal-arja jkunu ġew stabbiliti u l-informazzjoni xjentifika użata.

(30)

Meta l-istatus tal-kwalità tal-arja jkun diġà tajjeb, huwa jenħtieġ li jinżamm jew li jittejjeb. Fejn l-istandards tal-kwalità tal-arja stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu fir-riskju li ma jintlaħqux, jew ma ntlaħqux, l-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miżuri f’konformità mal-iskedi ta’ żmien rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva sabiex jikkonformaw mal-valuri limitu, l-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju u l-livelli kritiċi u, fejn possibbli, sabiex jiksbu l-valuri fil-mira u l-għanijiet fit-tul għall-ożonu.

(31)

Il-merkurju hu sustanza perikoluża ħafna għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Hu preżenti kullimkien fl-ambjent, fil-forma ta’ metilmerkurju, u għandu l-kapaċità li jakkumula f’organiżmi, u partikolarment li jikkonċentra ruħu f’organiżmi iktar ’il fuq fil-katina tal-ikel. Merkurju rilaxxat fl-atmosfera huwa kapaċi li jiġi ttrasportat fuq distanzi twal.

(32)

Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) għandu l-għan li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mir-rilaxx tal-merkurju, ibbażat fuq approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja, u li jieħu kont tal-produzzjoni, tal-użu, tat-trattament tal-iskart u tal-emissjonijiet. Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-merkurju f’din id-Direttiva jikkomplementaw u jipprovdu informazzjoni għal dak ir-Regolament.

(33)

Ir-riskji li joħloq it-tniġġis tal-arja għall-veġetazzjoni u l-ekosistemi naturali huma l-iktar importanti f’postijiet lil hinn minn żoni urbani. Il-valutazzjoni ta’ tali riskji u l-konformità mal-livelli kritiċi għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni jenħtieġ li għalhekk jiffokaw fuq postijiet lil hinn minn żoni mibnija. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tqis u tikkomplementa r-rekwiżiti skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 biex timmonitorja l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi terrestri u akkwatiċi, u biex tirrapporta dawn l-impatti.

(34)

Il-kontributi minn sorsi naturali jistgħu jiġu vvalutati iżda ma jistgħux jiġu kkontrollati. Għalhekk, meta l-kontributi naturali għal sustanzi niġġiesa tal-arja ambjentali jistgħu jiġu ddeterminati b’ċertezza suffiċjenti, u meta l-qabżiet fuq il-limiti jkunu kompletament jew parzjalment dovuti għal dawn il-kontributi naturali, dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, jitnaqqsu meta tkun qed tiġi vvalutata l-konformità mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja u l-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju. Il-kontribuzzjonijiet għall-qabżiet fuq il-valuri limitu ta’ materja partikolata (PM10) attribwibbli għat-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jitnaqqsu meta tkun qed tiġi vvalutata l-konformità mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja sakemm ikunu ttieħdu miżuri raġonevoli biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet. It-tnaqqis ta’ dawk il-kontributi ma jżommux lill-Istati Membri milli jieħdu azzjoni biex inaqqsu l-impatt tagħhom fuq is-saħħa.

(35)

Huwa kruċjali li tiġi mmonitorjata b’mod sistematiku l-kwalità tal-arja f’hotspots tat-tniġġis tal-arja, inkluż fejn il-livell tat-tniġġis huwa influwenzat immens mill-emissjonijiet minn sorsi ta’ tniġġis qawwi li jistgħu jesponu lill-individwi u lill-gruppi tal-popolazzjoni għal riskji elevati ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jinstallaw punti ta’ kampjunar fil-hotspots tat-tniġġis tal-arja u jieħdu miżuri xierqa biex jimminimizzaw l-impatt tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa tal-bniedem f’dawk il-hotspots.

(36)

Għal żoni fejn il-kundizzjonijiet huma partikolarment diffiċli, jenħtieġ li, b’mod eċċezzjonali, ikun possibbli li tiġi posposta l-iskadenza għall-konformità mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja f’każijiet fejn, minkejja l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa għat-tnaqqis tat-tniġġis, jeżistu problemi kbar ta’ konformità f’żoni speċifiċi. Kwalunkwe posponiment għal żona partikolari jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja li għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni. F’tali każ, jenħtieġ li l-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja jistabbilixxi miżuri xierqa sabiex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun. Biex tiġi żgurata l-konformità, jenħtieġ li l-Istati Membri juru wkoll li l-miżuri fil-pjanijiet direzzjonali tagħhom dwar il-kwalità tal-arja ikunu ġew implimentati.

(37)

Jenħtieġ li jiġu żviluppati u aġġornati pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għal żoni jew unitajiet territorjali tal-esponiment medju li fihom il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jaqbżu l-valuri limitu rilevanti tal-kwalità tal-arja, il-valuri fil-mira jew l-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju. Jenħtieġ li jiġu żviluppati u aġġornati wkoll pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għall-qabżiet tal-valuri fil-mira għall-ożonu, ħlief jekk ma jkun hemm l-ebda potenzjal sinifikanti biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu fiċ-ċirkostanzi partikolari u l-miżuri biex jiġu indirizzati l-qabżiet ikunu jinvolvu kostijiet sproporzjonati.

(38)

Is-sustanzi niġġiesa fl-arja jiġu minn ħafna sorsi u attivitajiet differenti. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn politiki differenti, il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja jenħtieġ li jkunu konsistenti, fejn fattibbli, mal-pjanijiet u l-programmi ppreparati skont id-Direttivi 2002/49/KE (11) u 2010/75/UE (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2016/2284.

(39)

Kif stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (13), il-fatt li tfassal pjan dwar il-kwalità tal-arja ma jfissirx, fih innifsu, li Stat Membru madankollu jkun issodisfa l-obbligi tiegħu li jiżgura li l-livelli ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja ma jaqbżux l-istandards tal-kwalità tal-arja stabbiliti b’din id-Direttiva.

(40)

Il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja jenħtieġ li jitħejjew qabel l-2030 fejn ikun hemm riskju li l-Istati Membri ma jilħqux il-valuri limitu jew, meta jkun xieraq, il-valuri fil-mira sa dik id-data, sabiex jiġi żgurat li l-livelli ta’ sustanzi niġġiesa jitnaqqsu kif xieraq. Il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja jenħtieġ li jistabbilixxi politiki u miżuri sabiex jiġu rispettati dawk il-valuri limitu u, meta jkun xieraq, il-valuri fil-mira sal-iskadenza għall-kisba. Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, u minkejja t-terminoloġija speċifika użata, pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja huwa tip ta’ pjan dwar il-kwalità tal-arja kif definit f’din id-Direttiva.

(41)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir li jindikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu fuq perjodu ta’ żmien qasir fejn ikun hemm riskju li jinqabżu wieħed jew iktar mil-livelli limitu ta’ allert sabiex jitnaqqas dak ir-riskju u sabiex ikun limitat it-tul ta’ żmien tiegħu. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu, f’ċerti ċirkostanzi, joqogħdu lura milli jistabbilixxu tali pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir għall-ożonu jekk ma jkun hemm l-ebda potenzjal sinifikanti biex jitnaqqsu r-riskju, it-tul ta’ żmien jew is-severità ta’ tali qabżiet.

(42)

It-tniġġis tal-arja m’għandux limiti u huwa mifrux madwar l-Unjoni. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, sehem sinifikanti tat-tniġġis jiġi ġġenerat barra mit-territorju tagħhom. Meta jkun xieraq, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin jekk, wara tniġġis sinifikanti li joriġina fi Stat Membru ieħor, il-livell ta’ sustanza niġġiesa jaqbeż, jew x’aktarx jaqbeż, kwalunkwe valur limitu, il-valur fil-mira, l-obbligu għat-tnaqqis tal-esponiment medju jew il-livell limitu ta’ allert. In-natura transkonfini ta’ sustanzi niġġiesa speċifiċi, bħall-ożonu u l-materja partikolata (PM10 u PM2,5), tirrikjedi li l-Istati Membri kkonċernati jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jidentifikaw is-sorsi tat-tniġġis tal-arja u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġu indirizzati dawk is-sorsi u jitfasslu attivitajiet koordinati, bħall-koordinazzjoni tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir, li fihom kull Stat Membru jenħtieġ li jindirizza s-sorsi tat-tniġġis fit-territorju tiegħu, sabiex jitneħħew dawn il-qabżiet, kif ukoll biex jinfurmaw lill-pubbliku. Meta jkun xieraq, l-Istati Membri jenħtieġ li jfittxu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’enfasi partikolari fuq l-involviment bikri tal-pajjiżi kandidati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi infurmata fil-ħin dwar kwalunkwe kooperazzjoni bħal din u tiġi mistiedna biex tkun preżenti u tassisti għal din il-kooperazzjoni, u jenħtieġ li tkun tista’ tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri fuq talba meta jkun xieraq.

(43)

Jeħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġbru, jiskambjaw u jiddisseminaw l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja sabiex jifhmu aħjar l-impatti tat-tniġġis tal-arja u jiżviluppaw politiki adegwati. Jenħtieġ li wkoll tkun faċilment disponibbli għall-pubbliku informazzjoni aġġornata, meta disponibbli, dwar il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi niġġiesa rregolati kollha fl-arja ambjentali, informazzjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa, kif ukoll il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir b’mod koerenti u faċli biex jinftiehem.

(44)

Sabiex jiġi żgurat aċċess pubbliku wiesa’ għall-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja, jenħtieġ li dik l-informazzjoni ssir pubblika billi jintużaw kanali ta’ komunikazzjoni diġitali u, fejn rilevanti, mhux diġitali.

(45)

Informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u d-depożizzjoni tas-sustanzi niġġiesa li huma regolati jenħtieġ tingħadda lill-Kummissjoni biex isservi ta’ bażi għal rapporti regolari. Sabiex ikunu ffaċilitati t-trattament u l-paragun tal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja, id-data jenħtieġ li ssir disponibbli għall-Kummissjoni f’forma standardizzata.

(46)

Huwa meħtieġ li jiġu adattati proċeduri għall-forniment tad-data, il-valutazzjoni u r-rapportar tal-kwalità tal-arja sabiex jippermettu l-użu ta’ mezzi elettroniċi u l-Internet bħala l-għodod ewlenin sabiex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli, u sabiex tali proċeduri jkunu kompatibbli mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(47)

Huwa xieraq li tkun prevista l-possibbiltà li l-kriterji u l-metodi tekniċi użati għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku u li tiġi adattata għalihom l-informazzjoni li għandha tingħata.

(48)

Kif stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (15), l-Istati Membri ma għandhomx jirrestrinġu l-pożizzjoni legali għall-kontestazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ awtorità pubblika għal dawk il-membri tal-pubbliku kkonċernati li jkunu ħadu sehem fil-proċedura amministrattiva preċedenti għall-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. Barra minn hekk, kwalunkwe proċedura ta’ rieżami għandha tkun ġusta, ekwa, f’waqtha u mhux għalja b’mod projbittiv, u tipprevedi mekkaniżmi ta’ rimedju adegwati, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni kif xieraq. Barra minn hekk, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (16), l-aċċess għall-ġustizzja għandu, bħala minimu, jingħata lill-pubbliku kkonċernat.

(49)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). Fejn tkun seħħet ħsara għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-ksur tar-regoli nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 19(1) sa (5) u l-Artikolu 20(1) u (2) ta’ din id-Direttiva, u li l-ksur ikun sar b’mod intenzjonali jew negliġenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-individwi affettwati minn tali ksur ikollhom id-dritt li jitolbu u jiksbu kumpens għal dik il-ħsara mill-awtorità kompetenti rilevanti. Ir-regoli dwar il-kumpens, l-aċċess għall-ġustizzja u l-penali stipulati f’din id-Direttiva għandhom l-għan li jevitaw, jipprevjenu u jnaqqsu l-effetti ta’ ħsara mit-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, f’konformità mal-Artikolu 191(1) tat-TFUE. Dawk ir-regoli jfittxu li jintegraw fil-politiki tal-Unjoni livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent f’konformità mal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli kif stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Karta, u jpoġġu f’termini konkreti l-obbligu li jiġi protett id-dritt għall-ħajja u għall-integrità tal-persuna u d-dritt għall-kura tas-saħħa stabbilit fl-Artikoli 2, 3 u 35 tal-Karta. Din id-Direttiva tikkontribwixxi wkoll għad-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta, fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Il-pieni previsti f’din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(50)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ dettalji tekniċi ulterjuri għall-applikazzjonijiet ta’ mmudellar; għad-determinazzjoni tar-rappreżentattività spazjali tal-punti ta’ kampjunar; għad-dimostrazzjoni u t-tnaqqis ta’ qabżiet attribwibbli lil sorsi naturali; għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mir-risospensjoni ta’ partikoli wara t-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fix-xitwa; għar-rekwiżiti għall-projezzjonijiet imwettqa għall-finijiet ta’ posponiment tal-iskadenzi għall-kisba u dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapporti ta’ implimentazzjoni; u għar-rekwiżiti għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u r-rapportar dwar il-kwalità tal-arja fir-rigward ta’ (i) l-istabbiliment ta’ regoli relatati mal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja ambjentali li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni kif ukoll l-iskedi ta’ żmien li fihom dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata u (ii) is-simplifikazzjoni tal-mod kif id-data tiġi rrappurtata u l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni u data minn networks u punti individwali ta’ kampjunar li jkejlu t-tniġġis tal-arja ambjentali fl-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(51)

Sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tkompli tilħaq l-għanijiet tagħha, b’mod partikolari biex jiġu evitati, ipprevenuti u mnaqqsa l-effetti ta’ ħsara mill-kwalità tal-arja ambjentali fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Annessi III sa VII, IX u X ta’ din id-Direttiva biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali, tal-miżuri li jenħtieġ li jitqiesu biex jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir u l-informazzjoni lill-pubbliku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(52)

Jenħtieġ li l-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbel mad-Direttivi ta’ qabel. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula joħroġ mid-Direttivi ta’ qabel.

(53)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness XI ta’ din id-Direttiva.

(54)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-kwalità tal-arja bl-għan li jinkiseb għan ta’ tniġġis żero, sabiex il-kwalità tal-arja fl-Unjoni tittejjeb progressivament għal livelli li ma jibqgħux jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem, għall-ekosistemi naturali jew għall-bijodiversità, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transfruntiera tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għanijiet

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-kwalità tal-arja bl-għan li jinkiseb l-għan ta’ tniġġis żero, sabiex il-kwalità tal-arja fl-Unjoni tittejjeb progressivament għal livelli li ma jibqgħux jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem, għall-ekosistemi naturali u għall-bijodiversità, kif definit mill-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u li tkun l-iktar aġġornata, u b’hekk tikkontribwixxi għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi sa mhux iktar tard mill-2050.

2.   Din id-Direttiva tistipula valuri limitu, valuri fil-mira, obbligi ta’ tnaqqis tal-esponiment medju, għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju, livelli kritiċi, livelli limitu ta’ allert, livelli limitu ta’ informazzjoni u għanijiet fit-tul. Tali standards tal-kwalità tal-arja, li huma stabbiliti fl-Anness I, għandhom jiġu rieżaminati regolarment f’konformità mal-Artikolu 3, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-WHO.

3.   Barra minn hekk, din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni għat-tnaqqis tat-tniġġis, tal-bijodiversità u tal-ekosistemi f’konformità mat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, kif ukoll sinerġiji msaħħa bejn il-politika tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u politiki rilevanti oħra tal-Unjoni.

Artikolu 2

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ dan li ġej:

(1)

id-definizzjoni u l-istabbilment ta’ għanijiet fir-rigward tal-kwalità tal-arja ambjentali mfassla biex jevitaw, jipprevjenu jew inaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(2)

l-istabbiliment ta’ metodi u kriterji komuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali fl-Istati Membri;

(3)

il-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja ambjentali attwali u x-xejriet għal perjodu fit-tul kif ukoll tal-impatti tal-miżuri tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kwalità tal-arja ambjentali;

(4)

l-iżgurar tal-komparabbilita’ ta l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja ambjentali fl-Unjoni kollha u tat-tqegħid ta’ tali informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

(5)

iż-żamma tal-kwalità tal-arja fejn din tkun tajba u tkun qiegħda tittejjeb f’każijiet oħra;

(6)

il-promozzjoni ta’ iktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti tagħhom fit-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja.

Artikolu 3

Rieżami regolari

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2030, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, u iktar ta’ spiss jekk sejbiet xjentifiċi ġodda sostanzjali, bħal-Linji Gwida riveduti tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja, jindikaw il-ħtieġa għaliha, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-evidenza xjentifika relatata mas-sustanzi niġġiesa tal-arja u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent rilevanti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u tippreżenta rapport bis-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.   Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 għandu jivvaluta jekk l-istandards applikabbli tal-kwalità tal-arja għadhomx xierqa biex jintlaħaq l-għan li jiġu evitati, ipprevenuti jew imnaqqsa l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u jekk jenħtieġx li jiġu koperti sustanzi niġġiesa tal-arja addizzjonali.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, ir-rieżami għandu jivvaluta l-għażliet u l-iskedi ta’ żmien għall-allinjament tal-istandards tal-kwalità tal-arja mal-Linji Gwida l-iktar reċenti tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja u mal-evidenza xjentifika l-iktar aġġornata.

Ir-rieżami għandu jivvaluta wkoll id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ din id-Direttiva, inklużi dawk dwar il-posponiment tal-iskadenzi għall-kisba u dwar it-tniġġis transkonfini tal-arja, u barra minn hekk, għandu jivvaluta l-evidenza xjentifika l-iktar aġġornata, inkluż, fejn applikabbli, dwar sustanzi niġġiesa tal-arja mkejla fis-supersiti ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 10 iżda li bħalissa mhumiex inklużi fl-Anness I.

Għall-finijiet tar-rieżami, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni xjentifika l-iktar reċenti minn korpi rilevanti tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali, bħad-WHO u l-Konvenzjoni tal-UNECE dwar it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini f’Distanza Twila, u organizzazzjonijiet xjentifiċi rilevanti oħra;

(b)

bidliet fl-imġiba, politiki fiskali u żviluppi teknoloġiċi li għandhom impatt fuq il-kwalità tal-arja u l-valutazzjoni tagħha;

(c)

is-sitwazzjonijiet tal-kwalità tal-arja u l-impatti assoċjati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż l-effetti tal-ożonu fuq il-veġetazzjoni, fl-Istati Membri;

(d)

il-kostijiet diretti u indiretti tal-kura tas-saħħa u ambjentali assoċjati mat-tniġġis tal-arja;

(e)

l-impatti fuq in-natura u l-impatti soċjoekonomiċi ta’ azzjonijiet komplementari li għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu għanijiet ġodda kif ukoll analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ta’ dawn l-azzjonijiet;

(f)

il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis nazzjonali u tal-Unjoni għas-sustanzi niġġiesa u fit-titjib tal-kwalità tal-arja;

(g)

il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sorsi fil-livell tal-Unjoni għas-setturi u l-attivitajiet li jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja, inkluż il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni;

(h)

l-informazzjoni rilevanti ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għall-finijiet tar-rieżami;

(i)

l-introduzzjoni minn Stati Membri individwali ta’ standards tal-kwalità tal-arja aktar iebsa f’konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE.

3.   L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tar-rieżami.

4.   Fejn il-Kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn, b’riżultat tar-rieżami, hija għandha tippreżenta proposta biex tirrevedi l-istandards tal-kwalità tal-arja jew biex tkopri sustanzi niġġiesa oħra tal-arja. Barra minn hekk, fejn il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ, hija għandha tippreżenta proposti biex tintroduċi jew tirrevedi kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sors sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-istandards riveduti tal-kwalità tal-arja proposti fil-livell tal-Unjoni.

5.   Jekk il-Kummissjoni, matul ir-rieżami, tidentifika li huma meħtieġa iktar miżuri biex jinkisbu standards applikabbli tal-kwalità tal-arja f’żona sinifikanti tat-territorju tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tipproponi azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“l-arja ambjentali” tfisser l-arja ta’ barra fit-troposfera, minbarra l-postijiet tax-xogħol kif definiti fl-Artikolu 2 Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE (19) fejn japplikaw dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u li għalihom il-pubbliku m’għandux aċċess regolari;

(2)

“standards tal-kwalità tal-arja” tfisser valuri limitu, valuri fil-mira, obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju, għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju, livelli kritiċi, livelli limitu ta’ allert, livelli limitu ta’ informazzjoni u għanijiet fuq perjodu ta’ żmien twil;

(3)

“sustanza niġġiesa” tfisser kwalunkwe sustanza fl-arja ambjentali u li x’aktarx ikollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(4)

“livell” tfisser il-konċentrazzjoni ta’ sustanza niġġiesa fl-arja ambjentali jew id-depożizzjoni tagħha fuq l-uċuħ fi żmien partikolari;

(5)

“depożizzjoni totali” tfisser il-massa totali ta’ sustanzi niġġiesa li tiġi trasferita mill-atmosfera għal fuq l-uċuħ, bħal ħamrija, veġetazzjoni, ilma jew bini, f’żona partikolari fi żmien partikolari;

(6)

“PM10” tfisser materja partikolata li tippenetra minn bokka ta’ daqs selettiv kif definit fil-metodu ta’ referenza għall-kampjunar u għall-kejl tal-PM10, EN 12341, b’effiċjenza ta’ penetrazzjoni ta’ 50 % għal materja partikolata b’dijametru aerodinamiku ta’ 10 μm;

(7)

“PM2,5” tfisser materja partikolata li tippenetra minn bokka ta’ daqs selettiv kif definit fil-metodu ta’ referenza għall-kampjunar u għall-kejl tal-PM2,5, EN 12341, b’effiċjenza ta’ penetrazzjoni ta’ 50 % għal materja partikolata b’dijametru aerodinamiku ta’ 2,5 μm;

(8)

“ossidi tan-nitroġenu” tfisser it-total tal-proporzjon tat-taħlit f’volum (ppbv) tal-monossidu tan-nitroġenu (ossidu nitriku) u d-diossidu tan-nitroġenu mogħtija bħala unitajiet ta’ konċentrazzjoni tal-massa tad-diossidu tan-nitroġenu (μg/m3);

(9)

“arseniku”, “kadmju”, “ċomb”, “nikil” u “benżo(a)piren”tfisser il-kontenut totali ta’ dawn l-elementi u komposti fil-frazzjoni PM10;

(10)

“idrokarburi aromatiċi poliċikliċi” tfisser dawk il-komposti organiċi, magħmulin minn mill-inqas żewġ anelli aromatiċi maqgħudin u magħmulin kompletament mill-karbonju u l-idroġenu;

(11)

“merkurju gassuż totali” tfisser fwar ta’ merkurju elementali (Hg0) u merkurju gassuż reattiv, jiġifieri l-ispeċi tal-merkurju li jinħallu fl-ilma u li għandhom pressa tal-fwar għolja biżżejjed sabiex jeżistu fil-fażi gażżusa;

(12)

“komposti organiċi volatili” jew “VOC” tfisser komposti organiċi minn sorsi antropoġeniċi u bijoġeniċi, għajr għall-metan, li huma kapaċi jipproduċu ossidanti fotokimiċi permezz ta’ reazzjonijiet mal-ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx;

(13)

“sustanzi prekursuri tal-ożonu” tfisser sustanzi li jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-ożonu troposferiku;

(14)

“karbonju iswed” jew “BC” tfisser aerosols karbonjużi mkejla bl-assorbiment tad-dawl;

(15)

“partikoli ultrafini” jew “UFP” tfisser il-partikoli b’dijametru ta’ inqas minn 100 nm jew tal-istess daqs, fejn il-UFP jitkejlu bħala l-konċentrazzjonijiet tan-numru ta’ partikoli għal kull ċentimetru kubu għal firxa ta’ daqsijiet bil-limitu l-iktar baxx ta’ 10 nm u għal firxa ta’ daqsijiet mingħajr ebda restrizzjoni fuq il-limitu superjuri;

(16)

“potenzjal ossidattiv ta’ materja partikolata” tfisser kejl tal-kapaċità ta’ materja partikolata li tossida molekuli fil-mira potenzjali;

(17)

“żona” tfisser parti mit-territorju ta’ Stat Membru, delimitata minn dak l-Istat Membru għall-finijiet tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità tal-arja;

(18)

“unità territorjali tal-esponiment medju” tfisser parti mit-territorju ta’ Stat Membru deżinjata minn dak l-Istat Membru għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-indikatur tal-esponiment medju, li tikkorrispondi għal reġjun NUTS 1 jew NUTS 2 kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) jew taħlita ta’ żewġ reġjuni NUTS 1 jew NUTS 2 kontigwi jew iktar, dment li d-daqs totali kkombinat tagħhom ikun iżgħar mit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru u mhux akbar minn 85 000 km2;

(19)

“agglomerazzjoni” tfisser konurbazzjoni b’popolazzjoni li taqbeż il-250 000 abitant, jew, meta l-popolazzjoni tkun ta’ 250 000 abitant jew inqas, b’densità ta’ popolazzjoni kull km2 li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri;

(20)

“valutazzjoni” tfisser kwalunkwe metodu użat biex jitkejlu, jiġu kkalkolati, jitbassru jew jiġu stmati l-livelli;

(21)

“livell limitu ta’ valutazzjoni” tfisser il-livell li jiddetermina r-reġim ta’ valutazzjoni meħtieġ biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali;

(22)

“kejl fiss” tfisser kejl meħud f’punti ta’ kampjunar, jew kontinwament jew bil-kampjunar każwali, f’postijiet kostanti għal mill-inqas għal sena waħda kalendarja biex jiġu ddeterminati l-livelli f’konformità mal-għanijiet rilevanti tal-kwalità tad-data;

(23)

“kejl indikattiv” tfisser kejl, meħud jew f’intervalli regolari matul sena kalendarja jew permezz ta’ kampjunar aleatorju, biex jiġu ddeterminati l-livelli skont l-għanijiet tal-kwalità tad-data li jkunu inqas stretti minn dawk meħtieġa għall-kejl fiss;

(24)

“applikazzjoni ta’ mmudellar” tfisser l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ mmudellar, mifhuma bħala katina ta’ mudelli u submudelli, inkluża d-data tal-input kollha meħtieġa, u kwalunkwe postproċessar;

(25)

“stima oġġettiva” tfisser informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni jew il-livell ta’ depożizzjoni ta’ sustanza niġġiesa speċifika miksuba permezz ta’ analiżi esperta u li tista’ tinkludi l-użu ta’ għodod statistiċi;

(26)

“rappreżentattività spazjali” tfisser approċċ ta’ valutazzjoni li bih il-metrika tal-kwalità tal-arja osservata f’punt ta’ kampjunar tkun rappreżentattiva għal żona ġeografika delineata b’mod espliċitu sal-punt li l-metrika tal-kwalità tal-arja f’dik iż-żona ma tkunx differenti mill-metrika osservata fil-punt tal-kampjunar b’iktar minn livell ta’ tolleranza predefinit;

(27)

“hotspots tat-tniġġis tal-arja” tfisser postijiet f’żona bl-ogħla konċentrazzjonijiet li għalihom il-popolazzjoni x’aktarx li tkun esposta direttament jew indirettament għal perjodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perjodu tal-medja tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira, inkluż fejn il-livell ta’ tniġġis ikun influwenzat immens mill-emissjonijiet minn sorsi ta’ tniġġis qawwi, bħal toroq konġestjonati u traffikati ħafna fil-qrib, sors industrijali wieħed jew żona industrijali b’ħafna sorsi, portijiet, ajruporti, tisħin residenzjali intensiv, jew taħlita tagħhom;

(28)

“postijiet bi sfond urban” tfisser postijiet f’żoni urbani u suburbani fejn il-livelli jirrappreżentaw l-esponiment tal-popolazzjoni urbana ġenerali;

(29)

“postijiet bi sfond rurali” tfisser postijiet f’żoni rurali b’densità tal-popolazzjoni baxxa fejn il-livelli jirrappreżentaw l-esponiment tal-popolazzjoni rurali ġenerali, tal-veġetazzjoni u tal-ekosistemi naturali;

(30)

“supersit ta’ monitoraġġ” tfisser stazzjon ta’ monitoraġġ f’post bi sfond urban jew f’post bi sfond rurali li jikkombina diversi punti ta’ kampjunar biex jiġbor data fit-tul dwar diversi sustanzi niġġiesa;

(31)

“valur limitu” tfisser livell li huwa stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif xjentifiku, bil-għan li jiġu evitati, ipprevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li għandu jintlaħaq f’perjodu ta’ ‘mien stabbilit u li ladarba jintlaħaq m’għandux jinqabeż;

(32)

“valur fil-mira” tfisser livell iffissat abbażi tal-għarfien xjentifiku, bil-għan li jkunu evitati, ipprevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, li għandu jintlaħaq meta possibbli fuq perjodu partikolari;

(33)

“indikatur tal-esponiment medju” jew “AEI” tfisser livell medju determinat abbażi tal-kejl f’postijiet bi sfond urban fl-unità territorjali tal-esponiment medju jew, jekk ma jkunx hemm żona urbana f’dik l-unità territorjali, fil-postijiet bi sfond rurali, u li jirrifletti l-esponiment tal-popolazzjoni, użat għall-verifika ta’ jekk intlaħqux l-obbligu għat-tnaqqis tal-esponiment medju u l-għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju għal dik l-unità territorjali;

(34)

“obbligu għat-tnaqqis tal-esponiment medju” tfisser tnaqqis perċentwali fl-esponiment medju tal-popolazzjoni, espress bħala indikatur tal-esponiment medju, ta’ unità territorjali tal-esponiment medju, stabbilit bil-għan li jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, li għandu jintlaħaq f’perjodu partikolari u li ma għandux jinqabeż ladarba jintlaħaq;

(35)

“għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju” tfisser livell tal-indikatur tal-esponiment medju li jrid jinkiseb, bil-għan li jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem;

(36)

“livell kritiku” tfisser livell li meta jinqabeż jistgħu jiġru effetti negattivi diretti fuq ċerti riċetturi, bħal siġar, pjanti oħra jew ekosistemi naturali, iżda mhux fuq il-bnedmin;

(37)

“livell limitu ta’ allert” tfisser livell li jekk jinqabeż ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-esponiment għal żmien qasir għall-popolazzjoni kollha u li meta jintlaħaq l-Istati Membri għandhom jieħdu passi minnufih;

(38)

“livell limitu ta’ informazzjoni” tfisser livell li jekk jinqabeż ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-esponiment għal żmien qasir għal popolazzjoni partikolarment sensittiva u gruppi vulnerabbli u li għalih ikun hemm bżonn ta’ informazzjoni immedjata u adegwata;

(39)

“għan għal perjodu twil ta’ żmien” tfisser livell li għandu jintlaħaq fuq medda twila ta’ żmien, ħlief meta ma jistax jintlaħaq b’miżuri proporzjonati, bil-għan li tingħata protezzjoni effettiva lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent;

(40)

“kontributi minn sorsi naturali” tfisser emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa li ma jkunux direttament jew indirettament ikkawżati minn attivitajiet tal-bniedem, inklużi avvenimenti naturali bħal eruzzjonijiet vulkaniċi, attivitajiet siżmiċi, attivitajiet ġeotermali, nirien fis-selvaġġ, avvenimenti ta’ riħ qawwi, raxx tal-baħar jew suspensjoni mill-ġdid jew trasport atmosferiku ta’ partikoli naturali minn reġjuni niexfa;

(41)

“pjan dwar il-kwalità tal-arja” tfisser pjan li jistabbilixxi politiki u miżuri sabiex ikun hemm konformità mal-valuri limitu, il-valuri fil-mira jew l-obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju ladarba dawn ikunu nqabżu;

(42)

“pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja” tfisser pjan dwar il-kwalità tal-arja, adottat qabel l-iskadenza għall-ilħuq tal-valuri limitu u l-valuri fil-mira, li jistabbilixxi politiki u miżuri sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-valuri limitu u l-valuri fil-mira sal-iskadenza għall-ilħuq;

(43)

“pjan ta’ azzjoni għal żmien qasir” tfisser pjan li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu fi żmien qasir biex jitnaqqas ir-riskju immedjat jew it-tul ta’ żmien tal-qabżiet tal-livelli limitu ta’ allert;

(44)

“popolazzjoni sensittiva u gruppi vulnerabbli” tfisser dawk il-gruppi tal-popolazzjoni li huma iktar sensittivi b’mod permanenti jew temporanju jew iktar vulnerabbli għall-effetti tat-tniġġis tal-arja mill-popolazzjoni medja, minħabba karatteristiċi speċifiċi li jagħmlu l-effetti tal-esponiment fuq is-saħħa iktar sinifikanti jew minħabba li għandhom sensittività ogħla jew livell limitu iktar baxx għall-effetti fuq is-saħħa jew għandhom kapaċità mnaqqsa li jipproteġu lilhom infushom;

(45)

“il-pubbliku kkonċernat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mill-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 9, 19 jew 20, jew li jkunu interessati fihom; għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont id-dritt nazzjonali għandhom jitqiesu li jkollhom interess.

Artikolu 5

Responsabbiltajiet

L-Istati Membri għandhom jaħtru fil-livelli adatti l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi responsabbli għal li ġej:

(a)

il-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali, inkluż l-iżgurar tal-funzjonament adegwat u ż-żamma tan-network ta’ monitoraġġ;

(b)

l-approvazzjoni ta’ sistemi tal-kejl (metodi, tagħmir, networks u laboratorji);

(c)

l-iżgurar tal-preċiżjoni tal-kejl u t-trasferiment u l-kondiviżjoni tad-data tal-kejl;

(d)

il-promozzjoni tal-preċiżjoni tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar;

(e)

l-analiżi ta’ metodi ta’ valutazzjoni;

(f)

il-koordinazzjoni fit-territorju tagħhom jekk ikunu organizzati mill-Kummissjoni, programmi għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-Unjoni kollha;

(g)

il-kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni, inkluż dwar it-tniġġis transkonfini tal-arja;

(h)

l-istabbiliment ta’ pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja;

(i)

l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għal perjodu qasir;

(j)

il-provvista u l-manutenzjoni ta’ indiċi tal-kwalità tal-arja u informazzjoni pubblika rilevanti oħra kif speċifikat fl-Anness X.

Artikolu 6

Stabbiliment ta’ żoni u unitajiet territorjali tal-esponiment medju

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni u unitajiet territorjali tal-esponiment medju fit-territorju kollu tagħhom, inkluż, meta jkun xieraq għall-finijiet tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità tal-arja, fil-livell tal-agglomerazzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja u l-ġestjoni tal-kwalità tal-arja għandhom isiru fiż-żoni kollha u fl-unitajiet territorjali tal-esponiment medju.

KAPITOLU II

IL-VALUTAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-ARJA AMBJENTALI U TAR-RATI TA’ DEPOŻIZZjoni

Artikolu 7

Reġim ta’ Valutazzjoni

1.   Il-livelli limitu ta’ valutazzjoni speċifikati fl-Anness II għandhom japplikaw għad-diossidu tal-kubrit, għad-diossidu tan-nitroġenu u għall-ossidi tan-nitroġenu, għall-materja partikolata (PM10 u PM2,5), għall-benżen, għall-monossidu tal-karbonju, għall-arseniku, għall-kadmju, għaċ-ċomb, għan-nikil, għall-benżo(a)piren u għall-ożonu fl-arja ambjentali.

Kull żona għandha tiġi kklassifikata fir-rigward ta’ dawk il-limiti massimi ta’ valutazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami tal-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull ħames snin skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3. Madankollu, il-klassifikazzjonijiet għandhom ikunu rieżaminati iktar spiss fil-każ ta’ tibdil sinifikanti fl-attivitajiet li jħallu impatt fuq il-konċentrazzjonijiet tal-ambjent tad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, il-partikoli (PM10, PM2,5), il-benżen, il-monossidu tal-karbonju, l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil, il-benżo(a)piren jew l-ożonu.

3.   Il-qabżiet tal-livelli limitu ta’ valutazzjoni speċifikati fl-Anness II għandhom ikunu determinati abbażi tal-konċentrazzjonijiet matul il-ħames snin ta’ qabel meta jkun hemm data suffiċjenti disponibbli. Livell limitu ta’ valutazzjoni għandu jitqies li nqabeż jekk ikun inqabeż matul mill-inqas tliet snin separati minn dawk il-ħames snin ta’ qabel.

Fejn tkun disponibbli data għal inqas minn ħames snin, l-Istati Membri jistgħu jikkombinaw kampanji ta’ kejl ta’ żmien qasir matul il-perjodu tas-sena u f’postijiet li jkunu x’aktarx tipiċi tal-ogħla livelli ta’ sustanzi niġġiesa, b’informazzjoni tal-inventarji dwar l-emissjonijiet u riżultati miksuba mill-applikazzjonijiet ta’ mmudellar sabiex jiġu determinati il-qabżiet tal-livelli limitu ta’ valutazzjoni.

Artikolu 8

Kriterji ta’ valutazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tal-arja ambjentali fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 7 fiż-żoni kollha tagħhom, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu u f’konformità mal-Anness IV.

2.   Fiż-żoni kollha kklassifikati bħala li jaqbżu l-livelli limitu ta’ valutazzjoni stabbiliti għas-sustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 7, għandu jintuża kejl fiss sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali. Dak il-kejl fiss jista’ jiġi ssupplimentat b’applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja u biex tiġi pprovduta informazzjoni adegwata dwar id-distribuzzjoni spazjali tas-sustanzi niġġiesa fl-arja u dwar ir-rappreżentattività spazjali tal-kejl fiss.

3.   Minn sentejn wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jintużaw applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv flimkien ma’ kejl fiss biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali fiż-żoni kollha fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa jaqbeż valur limitu jew valur fil-mira rilevanti stabbilit fl-Anness I.

L-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew il-kejl indikattiv imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprovdu informazzjoni dwar id-distribuzzjoni spazjali tas-sustanzi niġġiesa. Meta jintużaw applikazzjonijiet ta’ mmudellar, dawn għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dwar ir-rappreżentattività spazjali tal-kejl fiss u għandhom jitwettqu kemm-il darba jkun xieraq iżda mill-inqas kull ħames snin.

4.   Fiż-żoni kollha kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-livelli limitu ta’ valutazzjoni stabbiliti għas-sustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 7, l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, il-kejl indikattiv, l-istimi oġġettivi jew taħlita tagħhom huwa biżżejjed sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja ambjentali.

5.   Ir-riżultati tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar użati f’konformità mal-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 9(3), jew tal-kejl indikattiv għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fir-rigward tal-valuri limitu u l-valuri fil-mira.

Jekk ikun disponibbli kejl fiss b’żona ta’ rappreżentattività spazjali li tkopri ż-żona tal-qabżiet ikkalkulata mill-applikazzjoni ta’ mmudellar, Stat Membru jista’ jagħżel li ma jirrapportax il-qabża mmudellata bħala qabża tal-valuri limitu u l-valuri fil-mira rilevanti.

6.   Jekk l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar użati skont il-paragrafi 3 jew 4 juru qabża ta’ kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira f’erja taż-żona mhux koperta minn kejl fiss u ż-żona tar-rappreżentattività spazjali tagħhom, jista’ jintuża mill-inqas kejl fiss jew indikattiv addizzjonali wieħed f’hotspots addizzjonali possibbli tat-tniġġis tal-arja fiż-żona kif identifikat mill-applikazzjoni ta’ mmudellar.

Jekk l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar użati f’konformità mal-Artikolu 9(3) juru qabża ta’ kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira f’erja taż-żona li ma tkunx koperta minn kejl fiss u ż-żona tar-rappreżentattività spazjali tagħhom, għandu jintuża mill-inqas kejl fiss jew indikattiv addizzjonali wieħed f’hotspots addizzjonali possibbli tat-tniġġis tal-arja fiż-żona kif identifikat mill-applikazzjoni ta’ mmudellar.

Meta jintuża kejl fiss addizzjonali, dak il-kejl għandu jiġi stabbilit fi żmien sentejn kalendarji wara li tkun ġiet immudellata l-qabża. Meta jintuża kejl indikattiv addizzjonali, dak il-kejl għandu jiġi stabbilit fi żmien sena kalendarja waħda wara li tkun ġiet immudellata l-qabża. Il-kejl għandu jkopri mill-inqas sena kalendarja waħda f’konformità mar-rekwiżiti minimi tal-kopertura tad-data stabbiliti fil-Punt B tal-Anness V, biex jiġi vvalutat il-livell ta’ konċentrazzjoni tas-sustanza niġġiesa rilevanti.

Meta Stat Membru jagħżel li ma jwettaq ebda kejl fiss jew indikattiv addizzjonali, il-qabża murija mill-applikazzjonijiet ta’ mmudellar għandha tintuża għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja.

7.   Sal-11 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, iktar dettalji tekniċi:

(a)

għall-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, inkluż kif ir-riżultati mill-applikazzjonijiet ta’ mmudellar u l-kejl indikattiv għandhom jitqiesu meta tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja u kif il-qabżiet potenzjali identifikati minn dawk il-metodi ta’ valutazzjoni jistgħu jiġu vverifikati;

(b)

għad-determinazzjoni tar-rappreżentattività spazjali tal-punti ta’ kampjunar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

8.   L-użu ta’ bijoindikaturi għandu jkun ikkunsidrat fejn se jiġu stmati x-xejriet reġjonali tal-impatt fuq ekosistemi, inkluż f’konformità mal-monitoraġġ li jsir skont id-Direttiva (UE) 2016/2284.

Article 9

Punti ta’ kampjunar

1.   Fejn jitpoġġew il-punti ta’ kampjunar għall-kejl tad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, il-materja partikolata (PM10 u PM2,5), il-benżen, il-monossidu tal-karbonju, l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil, il-benżo(a)piren u l-ożonu fl-arja ambjentali għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Anness IV.

2.   F’kull żona fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa jaqbeż il-livell limitu ta’ valutazzjoni speċifikat fl-Anness II, in-numru ta’ punti ta’ kampjunar għal kull sustanza niġġiesa m’għandux ikun anqas min-numru minimu tal-punti ta’ kampjunar speċifikat fil-Punti A u C tal-Anness III.

3.   Għal żoni fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa jisboq il-livell limitu ta’ valutazzjoni rilevanti speċifikat fl-Anness II, iżda mhux il-valuri limitu rispettivi, il-valuri fil-mira u l-livelli kritiċi speċifikati fl-Anness I, l-għadd minimu ta’ punti ta’ kampjunar għal kejl fiss jista’ jitnaqqas sa 50 %, f’konformità mal-Punti A u C tal-Annex III, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kejl indikattiv jew l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jipprovdu informazzjoni suffiċjenti għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fir-rigward tal-valuri limitu, il-valuri fil-mira, il-livelli kritiċi, il-livelli limitu ta’ allert u l-livelli limitu ta’ informazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni adegwata għall-pubbliku, flimkien ma’ dik ipprovduta mill-punti ta’ kampjunar għal kejl fiss;

(b)

in-numru ta’ punti ta’ kampjunar li għandhom jiġu installati u r-riżoluzzjoni spazjali ta’ kejl indikattiv u applikazzjonijiet ta’ mmudellar huma suffiċjenti għall-konċentrazzjoni tas-sustanza niġġiesa rilevanti li għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-għanijiet tal-kwalità tad-data speċifikati il-Punti A u B tal-Anness V u jippermettu li r-riżultati ta’ valutazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Punt E tal-Anness V;

(c)

in-numru ta’ kejl indikattiv, jekk użat biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, huwa mill-inqas l-istess bħan-numru ta’ kejl fiss li qed jiġi ssostitwit u l-kejl indikattiv jitqassam b’mod ugwali matul is-sena kalendarja;

(d)

għall-ożonu, id-diossidu tan-nitroġenu jitkejjel fil-punti kollha ta’ kampjunar li jifdal li jkejlu l-ożonu ħlief fil-postijiet bi sfond rurali għall-valutazzjoni tal-ożonu kif imsemmi fil-Punt B tal-Anness IV.

4.   Punt wieħed jew iktar ta’ kampjunar adattati għall-għan ta’ monitoraġġ stabbilit fit-Taqsima 3, il-Punt A tal-Anness VII, għandhom jiġu installati fit-territorju ta’ Stat Membru biex jipprovdu data dwar konċentrazzjonijiet tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu elenkati fil-Punt B ta’ dik it-Taqsima f’postijiet determinati f’konformità mal-Punt C ta’ dik it-Taqsima.

5.   Id-dijossidu tan-nitroġenu għandu jitkejjel f’minimu ta’ 50 % tal-punti ta’ kampjunar tal-ożonu meħtieġa skont il-Punt A, Tabella 2, tal-Anness III. Dak il-kejl għandu jkun kontinwu, ħlief f’postijiet bi sfond rurali, kif imsemmi fil-Punt B tal-Anness IV, fejn metodi oħra ta’ kejl jistgħu jintużaw.

6.   Kull Stat Membru għandu, f’konformità mal-Anness IV, jiżgura li t-tqassim tal-punti ta’ kampjunar użati għall-kalkolu tal-indikaturi tal-esponiment medju għall-PM2,5 u d-diossidu tan-nitroġenu, jirrifletti l-esponiment tal-popolazzjoni ġenerali b’mod adegwat. In-numru ta’ punti ta’ kampjunar m’għandux ikun anqas minn dak determinat mill-applikazzjoni tal-Punt B tal-Anness III.

7.   Il-punti ta’ kampjunar li fihom il-qabżiet ta’ valur limitu jew valur fil-mira rilevanti speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I ġew irreġistrati fit-tliet snin preċedenti ma għandhomx jiġu rilokati, sakemm ma tkunx meħtieġa rilokazzjoni minħabba ċirkostanzi speċjali, inkluż l-iżvilupp spazjali. Ir-rilokazzjoni ta’ tali punti ta’ kampjunar għandha tkun appoġġata minn applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew kejl indikattiv u għandha tiżgura, fejn possibbli, il-kontinwità tal-kejl u ssir fiż-żona ta’ rappreżentattività spazjali tagħhom. Ġustifikazzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe rilokazzjoni ta’ tali punti ta’ kampjunar għandha tiġi ddokumentata bis-sħiħ f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Punt D tal-Anness IV.

8.   Sabiex tiġi stmata l-kontribuzzjoni tal-benżo(a)piren fl-arja ambjentali, kull Stat Membru għandu jagħmel monitoraġġ ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi rilevanti oħra f’numru limitat ta’ punti ta’ kampjunar. Dawk l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi għandhom jinkludu mill-inqas: benżo(a)antraċen, benżo(b)fluworanten, benżo(j)fluworanten, benżo(k)fluworanten, indeno(1,2,3-ċd)piren, u dibenż(a,h) antraċen. Il-punti ta’ kampjunar għal dawk l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi għandhom jiġu ppostjati mal-punti ta’ kampjunar tal-benżo(a)piren u għandhom jintgħażlu b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu identifikati l-varjazzjoni ġeografika u t-tendenzi fuq perjodu fit-tul.

9.   Minbarra l-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-livelli ta’ partikoli ultrafini f’konformità mal-Punt D tal-Anness III u t-Taqsima 4 tal-Anness VII. Il-monitoraġġ tal-konċentrazzjonijiet tal-karbonju iswed jista’ jsir fl-istess postijiet.

Artikolu 10

Supersiti ta’ monitoraġġ

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ għal kull 10 miljun abitant f’post bi sfond urban. L-Istati Membri li għandhom inqas minn 10 miljun abitant għandhom jistabbilixxu mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ f’post bi sfond urban.

L-Istati Membri li t-territorju tagħhom huwa inqas minn 10 000 km2 iżda mhux iktar minn 100 000 km2, għandhom jistabbilixxu mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ f’post bi sfond rurali. Kull Stat Membru li t-territorju tiegħu huwa iktar minn 100 000 km2 għandu jistabbilixxi mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ għal kull 100 000 km2 f’post bi sfond rurali.

2.   Il-post fejn jinsabu s-supersiti ta’ monitoraġġ għandu jiġi ddeterminat għal postijiet bi sfond urban u postijiet bi sfond rurali f’konformità mal-Punt B tal-Anness IV.

3.   Il-punti kollha ta’ kampjunar li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Punti B u C tal-Anness IV u li huma installati f’supersiti ta’ monitoraġġ jistgħu jitqiesu għall-finijiet li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar in-numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għas-sustanzi niġġiesa rilevanti kif speċifikat fl-Anness III.

4.   Stat Membru jista’ jistabbilixxi, flimkien ma’ Stat Membru ġar wieħed jew iktar, supersit wieħed jew iktar ta’ monitoraġġ konġunt biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Dan ma jaffettwax l-obbligu ta’ kull Stat Membru li jistabbilixxi mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ f’post bi sfond urban u l-obbigu ta’ kull Stat Membru li t-territorju tiegħu jkun iktar minn 10 000km2 li jistabbilixxi mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ f’post bi sfond rurali.

5.   Il-kejl fis-supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban u f’postijiet bi sfond rurali għandu jinkludi s-sustanzi niġġiesa elenkati fit-Taqsima 1, it-Tabelli 1 u 2, tal-Anness VII u jista’ jinkludi wkoll is-sustanzi niġġiesa elenkati fit-Tabella 3 ta’ dik it-Taqsima.

6.   Stat Membru jista’ jagħżel li ma jkejjilx il-karbonju iswed, il-partikoli ultrafini jew l-ammonijaka f’nofs is-supersiti ta’ monitoraġġ tiegħu f’postijiet bi sfond rurali jekk l-għadd ta’ supersiti ta’ monitoraġġ tiegħu f’postijiet bi sfond rurali jaqbeż l-għadd ta’ supersiti ta’ monitoraġġ tiegħu f’postijiet bi sfond urban b’mill-inqas proporzjon ta’ 2:1, sakemm l-għażla tas-supersiti ta’ monitoraġġ tiegħu tkun rappreżentattiva għal dawk is-sustanzi niġġiesa.

7.   Meta jkun xieraq, il-monitoraġġ għandu jkun ikkoordinat mal-programm tal-istrateġija ta’ monitoraġġ u ta’ kejl tal-EMEP, l-Infrastruttura ta’ Riċerka dwar l-Aerosol, is-Sħab u l-Gassijiet Traċċa (ACTRIS), u l-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja mwettaq skont id-Direttiva (UE) 2016/2284.

Artikolu 11

Metodi ta’ kejl ta’ referenza, applikazzjonijiet ta’ mmudellar u għanijiet tal-kwalità tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodi ta’ kejl ta’ referenza speċifikati fil-Punti A u C tal-Anness VI.

Madankollu, jistgħu jintużaw metodi oħra ta’ kejl soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Punti B, C u D tal-Anness VI.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw applikazzjonijiet ta’ mmudellar tal-kwalità tal-arja soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Punt E tal-Anness VI.

3.   Id-data dwar il-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja għandha tissodisfa l-għanijiet tal-kwalità tad-data stabbiliti fl-Anness V.

KAPITOLU III

ĠESTJONI TAL-KWALITÀ TAL-ARJA

Artikolu 12

Rekwiżiti fejn il-livelli jkunu anqas mill-valuri limitu, mill-valuri fil-mira u mill-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju

1.   F’żoni fejn il-livelli tad-diossidu ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jkunu taħt il-valuri limitu rispettivi speċifikati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom iżommu l-livelli ta’ dawk is-sustanzi niġġiesa taħt il-valuri limitu.

2.   F’żoni fejn il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jkunu taħt il-valuri fil-mira rispettivi speċifikati fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa li ma jinvolvux kostijiet sproporzjonati biex iżommu dawk il-livelli taħt il-valuri fil-mira.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jiksbu l-għanijiet fit-tul għall-ożonu speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Anness I, u, ladarba jintlaħqu, għandhom jagħmlu sforz biex iżommu l-livelli tal-ożonu taħt dawk l-għanijiet fit-tul sa fejn jippermettu fatturi li jinkludu n-natura transkonfini tat-tniġġis tal-ożonu, il-komposti organiċi volatili minn sorsi bijoġeniċi u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, u sakemm kwalunkwe miżura meħtieġa ma tinvolvix kostijiet sproporzjonati.

3.   F’unitajiet territorjali tal-esponiment medju fejn l-indikaturi tal-esponiment medju għall-PM2,5 u l-NO2 huma taħt il-valur rispettiv tal-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju għal dawk is-sustanzi niġġiesa kif stabbilit fit-Taqsima 5 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom iżommu l-livelli ta’ dawk is-sustanzi niġġiesa taħt l-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jiksbu u jippreżervaw l-aħjar kwalità tal-arja ambjentali u livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, bil-għan li jinkiseb l-għan ta’ tniġġis żero kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-WHO, u taħt il-livelli limitu ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness II.

Artikolu 13

Valuri limitu, valuri fil-mira u obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fiż-żoni kollha tagħhom, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali ma’ jaqbżux il-valuri limitu rispettivi stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, billi jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux kostijiet sproporzjonati, li l-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fiż-żoni kollha tagħhom ma jaqbżux il-valuri fil-mira rispettivi, kif stipulat fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju għal PM2,5 u NO2 stipulati fit-Taqsima 5, il-Punt B, tal-Anness I, jintlaħqu fl-unitajiet territorjali tal-esponiment medju tagħhom kollha, fejn jaqbżu l-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju stabbiliti fit-Taqsima 5, il-Punt C, tal-Anness I.

4.   Il-konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Anness IV.

5.   L-indikaturi tal-esponiment medju għandhom jiġu vvalutati f’konformità mat-Taqsima 5, il-Punt A, tal-Anness I.

6.   L-iskadenza biex jintlaħqu l-valuri limitu stabbiliti fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I tista’ tiġi posposta f’konformità mal-Artikolu 18.

7.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar iebsa, inklużi standards tal-kwalità tal-arja aktar iebsa minn dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali miżuri lill-Kummissjoni fi tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 14

Livelli kritiċi għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u tal-ekosistemi naturali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-livelli kritiċi speċifikati fit-Taqsima 3 tal-Anness I kif ivvalutati f’konformità mal-Punt A, il-punt 1, u l-Punt B, il-punt 3, tal-Anness IV.

Artikolu 15

Qabżiet tal-livelli limitu ta’ allert jew tal-livelli limitu ta’ informazzjoni

1.   Il-livelli limitu ta’ allert għall-konċentrazzjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-materja partikolata (PM10 u PM2,5) u tal-ożonu fl-arja ambjentali għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Taqsima 4, il-Punt A, tal-Anness I.

2.   Il-livelli limitu ta’ informazzjoni għall-konċentrazzjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tad-diossidu tan-nitroġenu, tal-materja partikolata (PM10 u PM2,5) u tal-ożonu għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Taqsima 4, il-Punt B, tal-Anness I.

3.   Meta jinqabeż kwalunkwe livell limitu ta’ allert stabbilit fit-Taqsima 4, il-Punt A, tal-Anness I jew, meta jkun xieraq, jekk ikun imbassar li se jinqabeż abbażi ta’ applikazzjonijet tal-immudellar jew għodod ta’ tbassir oħra, l-Istati Membri għandhom, meta jkun xieraq, jimplimentaw mingħajr dewmien żejjed il-miżuri ta’ emerġenza indikati fil-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir stabbiliti skont l-Artikolu 20.

4.   Fejn jinqabeż kwalunkwe livell limitu ta’ allert jew kwalunkwe livell limitu ta’ informazzjoni stabbilit fit-Taqsima 4 tal-Anness I jew, meta jkun xieraq, jekk ikun imbassar li se jinqabeż abbażi tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew għodod ta’ tbassir oħra, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jinformaw lill-pubbliku fl-inqas perjodu ta’ żmien possibbli u kemm jista’ jkun fi żmien ftit sigħat, f’konformità mal-punti 2 u 3 ta-Anness X, billi jintużaw media u kanali tal-komunikazzjoni differenti u jiġi żgurat aċċess pubbliku wiesa’.

5.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar iebsa, inklużi livelli limitu ta’ allert jew livelli limitu ta’ informazzjoni li jkunu aktar iebsa minn dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali miżuri lill-Kummissjoni fi tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 16

Kontributi minn sorsi naturali

1.   L-Istati Membri jistgħu, għal sena partikolari, jidentifikaw:

(a)

żoni fejn il-qabżiet tal-valuri limitu għal sustanza niġġiesa partikolari ikunu attribwibbli lil sorsi naturali; u

(b)

unitajiet territorjali tal-esponiment medju, fejn il-qabżiet tal-livell determinat mill-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju huma attribwibbli għal sorsi naturali.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni listi ta’ kwalunkwe tali żona u unità territorjali tal-esponiment medju, kif imsemmi fil-paragrafu 1, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u s-sorsi u l-evidenza li juru li l-qabżiet huma attribwibbli lil sorsi naturali.

3.   Meta l-Kummissjoni tiġi informata dwar qabża minn sorsi naturali f’konformità mal-paragrafu 2, dik il-qabża m’għandhiex tkun ikkunsidrata bħala qabża għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-evidenza pprovduta minn Stat Membru mhijiex biżżejjed, hija għandha tinforma lil dak l-Istat Membru li l-qabża mhijiex meqjusa bħala attribwibbli għal sorsi naturali sakemm dak l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni addizzjonali xierqa.

4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dettalji tekniċi dwar id-dimostrazzjoni u t-tnaqqis ta’ qabżiet attribwibbli għal sorsi naturali. Tali dettalji tekniċi għandhom jispeċifikaw il-kontenut tal-evidenza li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 17

Qabżiet attribwibbli lit-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa

1.   L-Istati Membri jistgħu, għal sena partikolari, jidentifikaw żoni li fihom il-valuri limitu għall-PM10 ikunu nqabżu fl-arja ambjentali minħabba r-risospensjoni ta’ partikoli wara t-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni listi ta’ kwalunkwe tali żona, kif imsemmi fil-paragrafu 1, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u s-sorsi tal-PM10 f’tali żoni.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll il-prova li turi li kull qabża hija dovuta għal partikoli risospiżi u li jkunu ttieħdu miżuri raġonevoli biex jitnaqqsu tali konċentrazzjonijiet.

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 16, fil-każ taż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jeħtieġ li jistabbilixxu l-pjan dwar il-kwalità tal-arja previst fl-Artikolu 19 fil-każ biss li dawn il-qabżiet ikunu attribwibbli lis-sorsi tal-PM10 li ma jkunux it-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa.

4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dettalji tekniċi għall-metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet mir-risospensjoni ta’ partikoli wara t-tixrid tar-ramel fix-xitwa jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa, kif ukoll l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 2, li għandha tinkludi informazzjoni dwar il-kontribut tar-risospensjoni għal-livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ kuljum fejn applikabbli.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 18

Posponiment tal-iskadenza għall-kisba tal-għan u l-eżenzjoni mill-obbligu tal-applikazzjoni ta’ ċerti valuri limitu

1.   Fejn, f’żona partikolari, il-konformità mal-valuri limitu għall-materja partikolata (PM10 u PM2,5), id-diossidu tan-nitroġenu, il-benżen jew il-benżo(a)piren ma jistgħux jinkisbu sal-iskadenza speċifikata fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I, l-Istati Membri jistgħu jipposponu dik l-iskadenza għal dik iż-żona partikolari b’perjodu ġġustifikat minn pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

sal-1 ta’ Jannar 2040, jekk iġġustifikat minn karatteristiċi ta’ dispersjoni speċifiċi għas-sit, kundizzjonijiet ta’ konfini orografiċi, kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena, kontributi transkonfini, jew fejn it-tnaqqis meħtieġ jista’ jinkiseb biss billi tiġi sostitwita frazzjoni konsiderevoli tas-sistemi tat-tisħin domestiku eżistenti li huma s-sors ta’ tniġġis li jikkawża qabżiet; jew

(b)

sal-1 ta’ Jannar 2035, jekk iġġustifikat minn projezzjonijiet li juru li anke meta jitqies l-impatt mistenni tal-miżuri effettivi tat-tniġġis tal-arja identifikati fil-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, il-valuri limitu ma jistgħux jintlaħqu sal-iskadenza għall-kisba.

Meta skadenza għall-kisba tkun ġiet posposta f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, iżda l-kisba ma tkunx tista’ tinkiseb sa dik l-iskadenza posposta, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-iskadenza għal dik iż-żona partikolari għat-tieni u l-aħħar darba b’perjodu li ma jkunx itwal minn sentejn mit-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ posponiment u li jkun iġġustifikat minn pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.   Stati Membri jistgħu jipposponu skadenza għall-kisba f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

sal-31 ta’ Diċembru 2028, ikun ġie stabbilit pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja li jissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 19(6), (7) u (8) għaż-żona li għalihom japplika l-posponiment;

(b)

il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jkun issupplimentat b’informazzjoni dwar il-miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja elenkati fil-Punt B tal-Anness VIII u juri kif il-perjodi ta’ qbiż tal-valuri limitu se jinżammu qosra kemm jista’ jkun;

(c)

il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jkun mirfud minn projezzjonijiet tal-kwalità tal-arja, inklużi dawk imwettqa għall-finijiet tal-Punt A, il-punt 5 u l-punt 7(e), tal-Anness VIII, li juru kif il-valuri limitu se jintlaħqu malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard mit-tmiem tal-iskadenza posposta għall-kisba, filwaqt li jitqiesu miżuri raġonevoli u proporzjonati;

(d)

il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jiddeskrivi kif il-pubbliku u, b’mod partikolari, il-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli se jiġu infurmati b’manjiera koerenti u li faċli tinftiehem dwar il-konsegwenzi tal-posponiment għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;

(e)

il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jiddeskrivi kif se jiġi mobilizzat finanzjament addizzjonali, inkluż permezz ta’ programmi nazzjonali rilevanti, u programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni meta dan ikun applikabbli, biex jitħaffef it-titjib tal-kwalità tal-arja fiż-żona li għaliha japplika l-posponiment;

(f)

il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jkunu ssodisfati matul il-perjodu ta’ posponiment tal-iskadenza għall-kisba;

(g)

meta skadenza għall-kisba tiġi posposta f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja msemmi f’dak is-subparagrafu juri li l-ewwel pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja jkun ġie implimentat jew li jkunu ttieħdu passi fid-dawl tal-implimentazzjoni tiegħu u jkun issupplimentat minn analiżi li turi li l-projezzjonijiet oriġinali tal-konformità magħmula f’konformità mal-punt (c) ta’ dan il-paragrafu ma mmaterjalizzawx.

3.   Matul il-perjodu ta’ posponiment ta’ skadenza għall-kisba f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżuri fil-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta applikabbli kif aġġornati f’konformità mal-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, ikunu qed jiġu implimentati, kif muri mill-Istat Membru permezz ta’ rapport ta’ implimentazzjoni, inklużi projezzjonijiet aġġornati tal-emissjonijiet u, meta jkun possibbli, tal-konċentrazzjonijiet ipprovduti lill-Kummissjoni fuq bażi ta’ kull sentejn u nofs u għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju 2031; meta jkun rilevanti, tista’ ssir referenza għall-programmi u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet l-iktar reċenti rrapportati skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u r-rapport ta’ inventarju informattiv mehmuż u, meta jkun rilevanti, ir-rapport ta’ implimentazzjoni jista’ jiġi integrat fil-pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja;

(b)

il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun aġġornat f’konformità mal-Artikolu 19(5);

(c)

mill-1 ta’ Jannar 2035, il-livelli ta’ konċentrazzjoni għas-sustanza niġġiesa rilevanti jkunu juru xejra ġenerali ta’ tnaqqis f’konformità ma’ trajettorja indikattiva lejn il-konformità stmata fi pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja stabbilit skont il-Punt A, il-punt 7(e), tal-Anness VIII;

(d)

ir-rapporti ta’ implimentazzjoni u l-pjanijiet direzzjonali aġġornati dwar il-kwalità tal-arja jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2029 meta, fil-fehma tagħhom, il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) jew (b), ikun applikabbli, u għandhom jikkomunikaw il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-raġuni invokata għall-posponiment u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu humiex issodisfati.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2034 meta, fil-fehma tagħhom, il-kisba ma tkunx possibbli sa skadenza għall-kisba posposta f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, u għandhom jikkomunikaw il-pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-raġuni invokata għat-tieni u l-aħħar posponiment u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu humiex issodisfati.

Fir-rigward tal-projezzjonijiet ipprovduti bħala raġuni għall-posponiment, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw il-metodi kif ukoll id-data użati biex jinkisbu dawk il-projezzjonijiet.

Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis il-projezzjonijiet tal-kwalità tal-arja pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, l-effetti stmati fuq il-kwalità tal-arja ambjentali f’dak l-Istat Membru tal-miżuri li jkunu ttieħdu minn dak l-Istat Membru kif ukoll l-effetti stmati tal-miżuri tal-Unjoni fuq il-kwalità tal-arja ambjentali.

Meta l-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur minn meta tiġi riċevuta dik in-notifika, il-kundizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu ssodisfati.

Jekk jitqajmu oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat jaġġusta jew jipprovdi pjan direzzjonali ġdid dwar il-kwalità tal-arja biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dettalji tekniċi ulterjuri dwar ir-rekwiżiti għall-projezzjonijiet imwettqa għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bl-għan li turi kif se jintlaħqu l-valuri limitu speċifikati fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I, filwaqt li jitqiesu miżuri raġonevoli u proporzjonati. Barra minn hekk, għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapporti ta’ implimentazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

KAPITOLU IV

PJANIJIET

Artikolu 19

Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja

1.   Meta, f’żoni partikolari, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jaqbżu kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira, stipulat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għal dawk iż-żoni li jistabbilixxu miżuri xierqa biex jinkiseb il-valur limitu jew il-valur fil-mira kkonċernat u biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ mhux iktar minn erba’ snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li fiha tkun ġiet irreġistrata l-ewwel qabża. Dawk il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha tkun ġiet irreġistrata dik il-qabża ta’ kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira.

Meta f’żona partikolari qabża ta’ valur limitu tkun diġà koperta minn pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri stabbiliti f’dak il-pjan direzzjonali jkunu xierqa biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun u, meta jkun rilevanti, jieħdu miżuri addizzjonali u iktar effettivi u jsegwu l-proċedura għall-aġġornament ta’ pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja kif stabbilit fil-paragrafu 5.

2.   Meta f’unitajiet territorjali, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jaqbżu kwalunkwe valur fil-mira għall-ożonu, stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għal dawk l-unitajiet territorjali li jistabbilixxu miżuri xierqa sabiex jinkiseb il-valur fil-mira għall-ożonu u biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun. Dawk il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha jkun ġie rreġistrat il-qbiż tal-valur fil-mira għall-ożonu.

Meta f’unità territorjali partikolari qabża ta’ valur fil-mira għall-ożonu tkun diġà koperta minn pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri stabbiliti f’dak il-pjan direzzjonali jkunu xierqa biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun u, meta jkun rilevanti, isegwu l-proċedura għall-aġġornament ta’ pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja kif stabbilit fil-paragrafu 5.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu joqogħdu lura milli jistabbilixxu tali pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja biex jindirizzaw il-qbiż tal-ożonu meta ma jkun hemm l-ebda potenzjal sinifikanti li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi u meteoroloġiċi, u meta l-miżuri jkunu jinvolvu kostijiet sproporzjonati.

Meta ma jiġix stabbilit pjan dwar il-kwalità tal-arja jew pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni dettaljata lill-pubbliku u lill-Kummissjoni dwar ir-raġuni għalfejn ma hemm l-ebda potenzjal sinifikanti li jitnaqqas il-qbiż li tirriżulta f’deċiżjoni li ma jiġix stabbilit pjan dwar il-kwalità tal-arja jew pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja.

Mill-inqas kull 5 snin, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-potenzjal li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu.

Għall-unitajiet territorjali fejn il-valur fil-mira għall-ożonu jinqabeż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programm nazzjonali rilevanti għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejji skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2284 jinkludi miżuri li jindirizzaw il-prekursuri tal-ożonu koperti minn dik id-Direttiva.

3.   Meta f’unità territorjali tal-esponiment medju partikolari, ma jinkisibx l-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju stabbilit fit-Taqsima 5 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għal dawk l-unitajiet territorjali ta’ esponiment medju li jistabbilixxu miżuri xierqa biex jinkiseb l-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju u biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun. Dawk il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha jkun ġie rreġistrat il-qbiż tal-obbligu ta’ tnaqqis tal-esponiment medju.

4.   Meta mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029 f’żona jew unità territorjali, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa jkunu ogħla minn kwalunkwe valur limitu jew valur fil-mira li għandu jinkiseb sal-1 ta’ Jannar 2030 kif stabbilit fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, tal-Anness I, u fit-Taqsima 2, il-Punt B, tal-Anness I, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għas-sustanza niġġiesa kkonċernata biex jinkisbu l-valuri limitu jew il-valuri fil-mira rispettivi sal-iskadenza għall-kisba. Dawk il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha jkun ġie rreġistrat il-qbiż.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu joqogħdu lura milli jistabbilixxu tali pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja meta x-xenarju bażi li jsegwi l-informazzjoni meħtieġa mill-Punt A, il-punt 5, tal-Anness VIII, juri li l-valur limitu jew il-valur fil-mira se jinkiseb bil-miżuri li huma diġà fis-seħħ, inkluż meta l-qbiż ikun ikkawżat minn attivitajiet temporanji li jinfluwenzaw il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa f’sena waħda. Meta pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja ma jiġix stabbilit skont dan is-subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni dettaljata lill-pubbliku u lill-Kummissjoni.

5.   Meta l-qabżiet ta’ kwalunkwe valur limitu, obbligu ta’ tnaqqis tal-esponiment medju jew valur fil-mira jippersistu matul it-tielet sena kalendarja wara l-iskadenza għall-istabbiliment ta’ pjan dwar il-kwalità tal-arja jew pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjan dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u l-miżuri fih, inkluż l-impatt tagħhom fuq l-emissjonijiet u l-konċentrazzjonijiet projettati, mhux iktar tard minn ħames snin wara l-iskadenza għall-istabbiliment tal-pjan preċedenti dwar il-kwalità tal-arja jew tal-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u jieħdu miżuri addizzjonali u iktar effettivi biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun.

6.   Il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għandu jkun fihom tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni elenkata fil-Punt A, il-punti 1 sa 7, tal-Anness VIII;

(b)

meta jkun applikabbli, l-informazzjoni elenkata fil-Punt A, il-punti 8, 9 u 10, tal-Anness VIII;

(c)

informazzjoni dwar il-miżuri ta’ tnaqqis rilevanti elenkati fil-Punt B, il-punt 2, tal-Anness VIII.

L-Istati Membri għandhom jinkludu, meta jkun xieraq, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 20(2) u miżuri speċifiċi li jkollhom il-ħsieb li jipproteġu l-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal, fil-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, ir-riskju li jinqabżu l-livelli limitu ta’ allert rispettivi għas-sustanzi niġġiesa kkonċernati. Dik l-analiżi għandha tintuża biex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir meta dan ikun applikabbli.

Meta jkollhom jiġu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja fir-rigward ta’ diversi sustanzi niġġiesa jew standards tal-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom, meta jkun xieraq, jistabbilixxu pjanijiet integrati dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali integrati dwar il-kwalità tal-arja li jkopru s-sustanzi niġġiesa u l-istandards tal-kwalità tal-arja kkonċernati kollha.

L-Istati Membri għandhom, safejn ikun fattibbli, jiżguraw il-konsistenza tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja tagħhom ma’ pjanijiet oħra li għandhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-arja, inklużi dawk meħtieġa skont id-Direttivi 2002/49/KE, 2010/75/UE u (UE) 2016/2284 u skont il-leġiżlazzjoni dwar il-klima, il-bijodiversità, l-enerġija, it-trasport u l-agrikultura.

7.   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-pubbliku, f’konformità mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), u lill-awtoritajiet kompetenti, li, minħabba r-responsabbiltajiet tagħhom fil-qasam tat-tniġġis tal-arja u l-kwalità tal-arja, x’iktarx li jkunu kkonċernati mill-implimentazzjoni tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, dwar l-abbozzi ta’ pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-abbozzi ta’ pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u dwar kwalunkwe aġġornament sinifikanti tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja qabel ma jiġu ffinalizzati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku, meta jiġi kkonsultat, ikollu aċċess għall-abbozz tal-pjan dwar il-kwalità tal-arja jew l-abbozz tal-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja li jkun fih l-informazzjoni minima meħtieġa skont l-Anness VIII ta’ din id-Direttiva u, meta jkun possibbli, sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni msemmija f’dan is-subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja. Meta jkunu qed jitħejjew il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għas-sitwazzjoni ta’ qbiż jiġu mħeġġa jipproponu miżuri li jkunu kapaċi jieħdu biex jgħinu biex jintemmu l-qabżiet u li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, bħall-organizzazzjonijiet tal-ambjent u tas-saħħa, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, korpi rilevanti oħra tal-kura tas-saħħa, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti jiġu mħeġġa jieħdu sehem f’dawk il-konsultazzjonijiet.

8.   Il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 20

Pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir

1.   Meta, f’żona partikolari, ikun hemm ir-riskju li l-livell ta’ sustanzi niġġiesa jaqbeż wieħed jew iktar mil-livelli limitu ta’ allert speċifikati fit-Taqsima 4 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir li jindikaw il-miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu għal perjodu qasir sabiex jitnaqqsu r-riskju jew id-durata ta’ tali qabża.

Madankollu, meta jkun hemm riskju li l-livell limitu ta’ allert fir-rigward tal-ożonu se jinqabeż, l-Istati Membri jistgħu joqgħodu lura milli jistabbilixxu tali pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir meta ma jkun hemm l-ebda potenzjal sinifikanti, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi, meteoroloġiċi u ekonomiċi nazzjonali, li jitnaqqsu r-riskju, id-durata jew il-gravità ta’ tali qabża.

Meta, għall-materja partikolata (PM10 u PM2,5), il-potenzjal li jitnaqqas ir-riskju ta’ tali qbiż ikun limitat ħafna, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi u meteoroloġiċi lokali u l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tat-tisħin domestiku, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni għal żmien qasir li jiffoka biss fuq azzjonijiet speċifiċi li jkollhom l-għan li jipproteġu kemm il-pubbliku ġenerali kif ukoll il-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, kif ukoll informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar l-imġiba rakkomandata biex jitnaqqas l-esponiment għall-qbiż imkejjel jew previst.

2.   Meta jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, skont il-każ individwali, jipprevedu miżuri effettivi biex jikkontrollaw u, meta jkun meħtieġ, jissospendu temporanjament l-attivitajiet li jikkontribwixxu għar-riskju li jinqabżu l-valuri limitu jew il-valuri fil-mira jew il-livell limitu ta’ allert rispettivi. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll il-lista ta’ miżuri stabbilita fl-Anness IX għall-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom għal żmien qasir, u skont is-sehem tas-sorsi tat-tniġġis ewlenin għall-qabżiet li għandhom jiġu indirizzati, għandhom jikkunsidraw li jinkludu, meta jkun xieraq, f’dawk il-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir miżuri fir-rigward ta’ attivitajiet bħalma huma t-trasport, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, l-installazzjonijiet industrijali, l-agrikoltura u l-użu ta’ prodotti u t-tisħin domestiku. Fil-qafas ta’ dawk il-pjanijiet għandhom jitqiesu wkoll azzjonijiet speċifiċi li jkollhom fil-mira l-protezzjoni tal-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-pubbliku f’konformità mad-Direttiva 2003/35/KE, u lill-awtoritajiet kompetenti, li, minħabba r-responsabbiltajiet tagħhom fil-qasam tat-tniġġis tal-arja u l-kwalità tal-arja, x’iktarx li jkunu kkonċernati mill-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir, dwar l-abbozzi ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir u kwalunkwe aġġornament sinifikanti tagħhom qabel ma jiġu ffinalizzati.

4.   Meta l-Istati Membri jkunu stabbilew pjan ta’ azzjoni għal żmien qasir, huma għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u ta’ organizzazzjonijiet xierqa bħalma huma l-organizzazzjonijiet tal-ambjent u tas-saħħa, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u korpi rilevanti oħra tal-kura tas-saħħa u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti kemm ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom dwar il-fattibbiltà u l-kontenut ta’ pjanijiet ta’ azzjoni speċifiċi għal żmien qasir kif ukoll l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet.

5.   Il-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien sena mill-adozzjoni tagħhom fil-qafas tar-rapportar annwali skont l-Artikolu 23.

6.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom għal żmien qasir li jindikaw il-miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju tal-aħjar prattiki sabiex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta’ Stati Membri oħra.

Artikolu 21

Tniġġis transkonfini tal-arja

1.   Meta t-trasport transkonfini tat-tniġġis tal-arja minn Stat Membru wieħed jew iktar jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-qabża ta’ kwalunkwe valur limitu, valur fil-mira għall-ożonu, obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju jew livell limitu ta’ allert fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jinnotifika lill-Istati Membri li minnhom ikun oriġina t-tniġġis u lill-Kummissjoni dwar dan.

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, inkluż billi jistabbilixxu timijiet konġunti ta’ esperti u bl-appoġġ tekniku mill-Kummissjoni, biex jidentifikaw is-sorsi tat-tniġġis tal-arja, il-kontributi ta’ dawk is-sorsi għall-qabżiet fi Stat Membru ieħor u l-miżuri li għandhom jittieħdu individwalment u f’koordinazzjoni ma’ Stati Membri oħra biex jindirizzaw dawk is-sorsi, u jfasslu attivitajiet koordinati, bħall-koordinazzjoni tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja skont l-Artikolu 19, li fihom kull Stat Membru għandu jindirizza s-sorsi tat-tniġġis li jinsabu fit-territorju tiegħu, sabiex jitneħħew tali qabżiet.

L-Istati Membri għandhom iwieġbu lil xulxin fil-ħin, u jinfurmaw lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn tliet xhur wara li jkunu ġew notifikati minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-ewwel subparagrafu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata u mistiedna biex tkun preżenti jew tassisti fi kwalunkwe kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri kkonċernati jipprovdu aġġornament dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe attività koordinata stabbilita skont dak il-paragrafu. Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis ir-rapporti stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/2284, tikkunsidra jekk għandhiex tittieħed azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Unjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet prekursuri responsabbli għat-tniġġis transkonfini.

4.   L-Istati Membri għandhom, meta dan ikun xieraq skont l-Artikolu 20, iħejju u jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni kkoordinati għal żmien qasir, li jkopru żoni ġirien fi Stati Membri oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żoni ġirien fi Stati Membri oħra jirċievu l-informazzjoni adegwata kollha dwar dawk il-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir mingħajr dewmien bla bżonn.

5.   Meta l-livelli limitu ta’ allert jew il-livelli limitu ta’ informazzjoni jinqabżu f’żoni qrib il-fruntieri nazzjonali, l-informazzjoni dwar dawn il-qabżiet għandha tiġi pprovduta mill-iktar fis lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ġirien ikkonċernati. Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

6.   Fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, għas-sena rilevanti, jidentifikaw:

(a)

żoni li fihom it-trasport transkonfini tat-tniġġis tal-arja minn Stat Membru wieħed jew iktar jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-qabżiet tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira f’dawk iż-żoni;

(b)

unitajiet territorjali ta’ esponiment medju, li fihom it-trasport transkonfini tat-tniġġis tal-arja minn Stat Membru wieħed jew iktar jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-qabżiet tal-livell iddeterminat mill-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju f’dawk l-unitajiet.

Stat Membru jista’ wkoll jipprovdi lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni l-listi ta’ kwalunkwe tali żona u unità territorjali tal-esponiment medju flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u l-evidenza li turi li t-tniġġis tal-arja minn sorsi transkonfini, inkluż minn pajjiżi terzi, li fuqhom dak l-Istat Membru ma għandu l-ebda kontroll dirett, jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-qabżiet. Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra dik l-informazzjoni, meta dan ikun rilevanti, għall-finijiet tal-Artikolu 18.

7.   Meta jistabbilixxu l-pjanijiet kif previst fil-paragrafi 2 u 4 u meta jgħarrfu lill-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom, meta jkun xieraq, jagħmlu sforz sabiex ifittxu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u partikolarment mal-pajjiżi kandidati. L-Istati Membri jistgħu, meta jkun xieraq, jitolbu appoġġ tekniku mill-Kummissjoni.

KAPITOLU V

INFORMAZZJONI U RAPPORTAR

Artikolu 22

Informazzjoni pubblika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku kif ukoll organizzazzjonijiet adatti bħal organizzazzjonijiet tal-ambjent u tas-saħħa, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ popolazzjonijiet sensittivi u gruppi vulnerabbli, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u korpi oħra rilevanti għall-kura tas-saħħa u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti jkunu mgħarrfa, b’mod adegwat u fil-ħin, dwar dan li ġej:

(a)

il-kwalità tal-arja f’konformità mal-Anness X;

(b)

il-post tal-punti ta’ kampjunar għas-sustanzi kollha niġġiesa tal-arja, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni fil-konformità mar-rekwiżiti ta’ kopertura tad-data għal kull punt ta’ kampjunar u għal kull sustanza niġġiesa;

(c)

kwalunkwe deċiżjoni ta’ posponiment skont l-Artikolu 18;

(d)

pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja kif previsti fl-Artikolu 19;

(e)

pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir stabbiliti skont l-Artikolu 20;

(f)

l-effetti tal-qabżiet tal-valuri limitu, tal-valuri fil-mira, tal-obbligi għat-tnaqqis tal-esponiment medju, tal-għanijiet għall-konċentrazzjoni tal-esponiment medju, tal-livelli limitu ta’ allert u tal-livelli limitu ta’ informazzjoni f’valutazzjoni sommarju; il-valutazzjoni sommarju għandha tinkludi, meta jkun xieraq, iktar informazzjoni u valutazzjonijiet dwar l-ambjent kif ukoll informazzjoni dwar sustanzi niġġiesa koperti mill-Artikolu 10 u l-Anness VII.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli permezz ta’ sors pubbliku, b’mod li jinftiehem faċilment, indiċi tal-kwalità tal-arja li jkopri aġġornamenti ta’ kull siegħa dwar mill-inqas id-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu, il-materja partikolata (PM10 u PM2,5) u l-ożonu, dment li jkun hemm obbligu li dawk is-sustanzi niġġiesa jiġu mmonitorjati skont din id-Direttiva. Dak l-indiċi jista’ jinkludi sustanzi niġġiesa addizzjonali, meta dan ikun rilevanti. Sa fejn ikun possibbli, l-indiċi tal-kwalità tal-arja għandu jkun komparabbli madwar l-Istati Membri kollha u jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-WHO. L-indiċi tal-kwalità tal-arja għandu jibni fuq l-indiċijiet tal-kwalità tal-arja fuq skala Ewropea pprovduti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u jinkludi informazzjoni rigward l-impatti fuq is-saħħa, inkluża informazzjoni mfassla apposta għall-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-indiċi tal-kwalità tal-arja pprovdut mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jużax l-indiċi pprovdut mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha ssir disponibbli referenza għal dak l-indiċi fil-livell nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar is-sintomi assoċjati mal-ogħla livelli ta’ tniġġis tal-arja u dwar it-tnaqqis tal-esponiment għat-tniġġis tal-arja u l-imġiba ta’ protezzjoni, u għandhom iħeġġu l-wiri tagħha lill-pubbliku f’postijiet iffrekwentati minn popolazzjoni sensittiva u gruppi vulnerabbli, bħall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa.

4.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-pubbliku rigward l-awtorità jew il-korp kompetenti maħtur għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 5.

5.   L-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bla ħlas b’mezzi tal-media u kanali ta’ komunikazzjoni aċċessibbli faċilment b’mod koerenti u li jinftiehem faċilment f’konformità mad-Direttiva 2007/2/KE u d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), filwaqt li jiġi żgurat aċċess pubbliku wiesa’ għal dik l-informazzjoni.

Artikolu 23

Trażmissjoni ta’ informazzjoni u rapportar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja ambjentali titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fil-perjodu ta’ żmien meħtieġ f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, u irrispettivament mill-konformità mal-għanijiet tal-kwalità tad-data għall-kopertura tad-data stipulati fil-Punt B tal-Anness V.

2.   Bl-iskop speċifiku li tiġi vvalutata l-konformità mal-valuri limitu, mal-valuri fil-mira, mal-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju u mal-livelli kritiċi, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, mhux iktar tard minn disa’ xhur wara l-aħħar ta’ kull sena, u għandha tinkludi:

(a)

il-bidliet li saru f’dik is-sena għal-lista u d-delimitazzjoni ta’ żoni jew unitajiet territorjali tal-esponiment medju stabbiliti skont l-Artikolu 6;

(b)

il-lista ta’ żoni u l-unitajiet territorjali ta’ esponiment medju u l-livelli ta’ sustanzi niġġiesa vvalutati.

(c)

għal żoni li fihom il-livelli ta’ sustanza niġġiesa waħda jew iżjed ikunu ogħla mill-valuri limitu, mill-valuri fil-mira jew mill-valuri kritiċi, kif ukoll għal unitajiet territorjali ta’ esponiment medju meta l-livelli ta’ sustanza niġġiesa waħda jew iżjed ikunu ogħla mil-livell determinat mill-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju:

(i)

id-dati u l-perjodi meta tali livelli ġew osservati;

(ii)

jekk ikun xieraq, valutazzjoni dwar kontributi minn sorsi naturali u mir-risospensjoni ta’ partikoli wara t-tqegħid tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq matul ix-xitwa għal-livelli vvalutati, kif ipprovduti lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 16 u 17.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1 informazzjoni dwar il-livelli rreġistrati u d-durata tal-perjodi li matulhom inqabeż il-livell limitu ta’ allert jew il-livell limitu ta’ informazzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-Punt D tal-Anness IV lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur minn meta jintalbu jagħmlu dan.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri biex:

(a)

tispeċifika l-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri skont dan l-Artikolu kif ukoll l-iskedi ta’ żmien li fihom tali informazzjoni għandha tiġi kkomunikata.

(b)

tidentifika l-modi ta’ simplifikazzjoni tal-mod kif tiġi rrappurtata d-data u l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni u data minn networks u punti ta’ kampjunar individwali li jkejlu t-tniġġis tal-arja ambjentali fl-Istati Membri.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

KAPITOLU VI

ATTI DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 24

Emendi lill-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 li jemenda l-Annessi III sa VII, IX u X sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali, il-miżuri li għandhom jitqiesu biex jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir u l-informazzjoni pubblika.

Madankollu, l-emendi ma jistax ikollhom l-effett li jimmodifikaw direttament jew indirettament dan li ġej:

(a)

il-valuri limitu, il-valuri fil-mira, l-għan fit-tul għall-ożonu, il-livelli kritiċi, il-livell limitu ta’ allert u l-livelli limitu ta’ informazzjoni, l-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju u l-għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju speċifikati fl-Anness I;

(b)

id-dati għal konformità ma’ kwalunkwe parametru msemmi fil-punt (a).

Artikolu 25

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 24 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-10 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 24 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Att delegat adottat skont l-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 26

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VII

AĊĊESS GĦALL-ĠUSTIZZJA, KUMPENS U PENALI

Artikolu 27

Aċċess għall-ġustizzja

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet kollha mill-Istati Membri dwar il-post u n-numru ta’ punti ta’ kampjunar skont l-Artikolu 9 f’konformità mal-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Annessi III u IV, il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmija fl-Artikolu 19, u l-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir imsemmija fl-Artikolu 20, tal-Istat Membru, dment li tkun issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikollhom interess suffiċjenti;

(b)

iżommu l-indeboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala prekundizzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x’jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt b’mod konsistenti mal-għan li l-pubbliku kkonċernat jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja.

Għal dak l-għan, l-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies suffiċjenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a). Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li kapaċi jiġu indeboliti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b).

2.   Il-proċedura ta’ rieżami għandha tkun ġusta, ekwa, f’waqtha u mhux għalja b’mod projbittiv, u għandha tipprovdi għal mekkaniżmi ta’ rimedju adegwati u effettivi, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni kif xieraq.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-istadju li fih id-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet jistgħu jiġu kkontestati, b’tali mod li l-aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi, ma jsirx impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

4.   Dan l-Artikolu ma jżommx lill-Istati Membri milli jirrikjedu proċedura ta’ rieżami preliminari quddiem awtorità amministrattiva u ma jaffettwax ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri ta’ rieżami amministrattiv qabel ir-rikors għall-proċeduri ta’ rieżami ġudizzjarju, meta jeżisti dan ir-rekwiżit skont id-dritt nazzjonali.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni prattika tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri ta’ rieżami amministrattivi u ġudizzjarji msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 28

Kumpens għal ħsara lis-saħħa tal-bniedem

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jsofru ħsara lis-saħħa tal-bniedem ikkawżata minn ksur tar-regoli nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 19(1) sa (5) u l-Artikolu 20(1) u (2) ta’ din id-Direttiva li jkun twettaq intenzjonalment jew b’negliġenza mill-awtoritajiet kompetenti jkollhom id-dritt li jitolbu u jiksbu kumpens għal dik il-ħsara.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli u l-proċeduri nazzjonali relatati mat-talbiet għal kumpens jitfasslu u jiġu applikati b’tali mod li ma jagħmlux impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-dritt għal kumpens għal ħsara kkawżata minn ksur skont il-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodi ta’ preskrizzjoni biex jitressqu l-azzjonijiet għal kumpens kif imsemmi fil-paragrafu 1. Tali perjodi ma għandhomx jibdew qabel ma l-ksur ikun waqaf u l-persuna li titlob il-kumpens tkun taf, jew raġonevolment tista’ tkun mistennija li tkun taf li hija ġarrbet ħsara minn ksur kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 29

Penali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont il-paragrafu 1 iqisu kif xieraq dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin, skont kif ikun applikabbli:

(a)

in-natura, il-gravità, il-firxa u d-durata tal-ksur;

(b)

l-impatt fuq il-popolazzjoni, inklużi l-popolazzjoni sensittiva u l-grupp vulnerabbli, jew l-ambjent affettwat mill-ksur, filwaqt li jitqies l-għan li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

(c)

il-karattru ripetittiv jew singulari tal-ksur, inkluża kwalunkwe riċevuta preċedenti ta’ penali ta’ twissija, jew kwalunkwe penali amministrattiva jew kriminali;

(d)

il-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur għall-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, sa fejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 30

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 u 3, l-Artikolu 4, il-punti (2), (7), (9), (14), (15), (16), (18), (21) sa (30), (33), (34) u (41) sa (45), l-Artikoli 5 sa 8, l-Artikolu 9(1), (2), (3) u (5) sa (9), l-Artikoli 10, 11 u 12, l-Artikolu 13(1), (2), (3), (5), (6) u (7), l-Artikolu 15, l-Artikolu 16(1), (2) u (4), l-Artikolu 17(4), l-Artikoli 18 sa 21, l-Artikolu 22(1), (2) (3) u (5), l-Artikoli 23 sa 29 u l-Annessi I sa X sal-11 ta’ Diċembru 2026. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li fiha jingħad li kull meta fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti jkun hemm referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva dawk għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 31

Tħassir

1.   Id-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE, kif emendati bl-atti elenkati fil-Parti A tal-Anness XI ta’ din id-Direttiva, huma mħassra b’effett mit-12 ta’ Diċembru 2026, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness XI ta’ din id-Direttiva.

2.   Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XII ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2, l-Artikolu 4, il-punti (1), (3) sa (6), (8), (10) sa (13), (17), (19), (20), (31), (32) u (35) sa (40), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14, l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(1), (2) u (3) u l-Artikolu 22(4) għandhom japplikaw mit-12 ta’ Diċembru 2026.

Artikolu 33

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

ZSIGMOND B. P.


(1)   ĠU C 146, 27.4.2023, p. 46.

(2)   ĠU C, C/2023/251, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/251/oj.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ottubru 2024.

(4)  Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).

(5)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/462/KEE tal-11 ta’ Ġunju 1981 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar it-tniġġiż transkonfini tal-arja f’distanza twila (ĠU L 171, 27.6.1981, p. 11).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

(12)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali u l-emissjonijiet mit-trobbija tal-bhejjem (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(13)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2014, ClientEarth vs The Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs, C-404/13, ECLI:EU:C:2014:2382, il-paragrafu 49, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana, C-644/18, ECLI:EU:C:2020:895, il-paragrafu 154.

(14)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(15)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Jannar 2021, LB vs College van burgemeester en wethouders van de gemeente Echt-Susteren, C-826/18, ECLI:EU:C:2021:7, il-paragrafi 58 u 59.

(16)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2008, Dieter Janecek vs Freistaat Bayern, C-237/07, ECLI:EU:C:2012:447, il-paragrafu 42; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2014, Client Earth vs The Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs, C-404/13, ECLI:EU:C:2014:2382, il-paragrafu 56; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ġunju 2019, Lies Craeynest et vs Brussels Hoofdstedelijk Gewest and Brussels Instituut voor Milieubeheer, C-723/17, ECLI:EU:C:2019:533, il-paragrafu 56; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe eV vs Freistaat Bayern, C-752/18, ECLI:EU:C:2019:1114, il-paragrafu 56.

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(18)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol (l-ewwel direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), (ĠU L 393, 30.12.1989, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(21)  Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).

(22)  Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

(23)  Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).


ANNESS I

Standards tal-kwalità tal-arja

Taqsima 1 – Valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

Tabella 1 – Valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem li għandhom jinkisbu sal-1 ta’ Jannar 2030

Perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Valur limitu

 

PM2,5

 

 

Ġurnata

25 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn 18-il darba f’sena kalendarja

Sena kalendarja

10 μg/m3

 

PM10

 

 

Ġurnata

45 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn 18-il darba f’sena kalendarja

Sena kalendarja

20 μg/m3

 

Diossidu tan-nitroġenu (NO2)

Siegħa

200 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn tliet darbiet f’sena kalendarja

Ġurnata

50 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn 18-il darba f’sena kalendarja

Sena kalendarja

20 μg/m3

 

Diossidu tal-kubrit (SO2)

Siegħa

350 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn tliet darbiet f’sena kalendarja

Ġurnata

50 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn 18-il darba f’sena kalendarja

Sena kalendarja

20 μg/m3

 

Benżen

 

 

Sena kalendarja

3,4 μg/m3

 

Monossidu tal-karbonju (CO)

Medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat (1)

10 mg/m3

 

Ġurnata

4 mg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn 18-il darba f’sena kalendarja

Ċomb (Pb)

 

 

Sena kalendarja

0,5 μg/m3

 

Arseniku (As)

 

 

Sena kalendarja

6,0  ng/m3

 

Kadmju (Cd)

 

 

Sena kalendarja

5,0  ng/m3

 

Nikil (Ni)

 

 

Sena kalendarja

20 ng/m3

 

Benżo[a]piren

 

 

Sena kalendarja

1,0  ng/m3

 


Tabella 2 – Valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem li għandhom jinkisbu sal-11 ta’ Diċembru 2026

Perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Valur limitu

 

PM2,5

Sena kalendarja

25 μg/m3

 

PM10

Ġurnata

50 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn 35 darba f’sena kalendarja

Sena kalendarja

40 μg/m3

 

Diossidu tan-nitroġenu (NO2)

Siegħa

200 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn 18-il darba f’sena kalendarja

Sena kalendarja

40 μg/m3

 

Diossidu tal-kubrit (SO2)

Siegħa

350 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn 24 darba f’sena kalendarja

Ġurnata

125 μg/m3

ma għandux jinqabeż iktar minn tliet darbiet f’sena kalendarja

Benżen

Sena kalendarja

5 μg/m3

 

Monossidu tal-karbonju (CO)

Medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat (2)

10 mg/m3

 

Ċomb (Pb)

Sena kalendarja

0,5 μg/m3

 


Tabella 3 – Valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem li għandhom jinkisbu sal-11 ta’ Diċembru 2026

Arseniku (As)

Sena kalendarja

6,0  ng/m3

 

Kadmju (Cd)

Sena kalendarja

5,0  ng/m3

 

Nikil (Ni)

Sena kalendarja

20 ng/m3

 

Benżo[a]piren

Sena kalendarja

1,0  ng/m3

 

Taqsima 2 – Valuri fil-mira għall-ożonu u għanijiet fit-tul għall-ożonu

A.   Definizzjonijiet u kriterji

L-“esponiment għall-Ożonu Akkumulat fuq Livell limitu ta’ 40 parti fil-biljun” (AOT40), espress f’“(μg/m3) × sigħat” tfisser is-somma tad-differenza bejn il-konċentrazzjonijiet fis-siegħa ogħla minn 80 μg/m3 (= 40 parti fil-biljun) u 80 μg/m3 fuq perjodu partikolari, bl-użu biss tal-valuri fis-siegħa mkejla bejn it-8:00 u t-20:00, Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET) kuljum.

B.   Valuri fil-mira għall-ożonu

Għan

Perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Valur fil-mira

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

Medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat (3)

120 μg/m3

ma għandux jinqabeż f’iktar minn 18-il ġurnata f’sena kalendarja fuq medja ta’ (4)  (5) snin

Protezzjoni tal-veġetazzjoni

Minn Mejju sa Lulju

AOT40 (ikkalkolat mill-valuri fis-siegħa)

18 000 μg/m3 × h fuq medja ta’ 5 snin (4)

C.   Għanijiet fit-tul għall-ożonu (O3) li għandhom jinkisbu sal-1 ta’ Jannar 2050

Għan

Perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Għan fit-tul

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

Medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat f’sena kalendarja

100 μg/m3 li ma għandux jinqabeż f’aktar minn tliet ijiem f’sena kalendarja (id-99 perċentil)

 

Protezzjoni tal-veġetazzjoni

Minn Mejju sa Lulju

AOT40 (ikkalkolat mill-valuri fis-siegħa)

6 000 μg/m3 × h

Taqsima 3 – Livelli kritiċi għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u tal-ekosistemi naturali

Perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Livell kritiku

Diossidu tal-kubrit (SO2)

Sena kalendarja u x-xitwa (mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu)

20 μg/m3

Ossidi tan-nitroġenu (NOx)

Sena kalendarja

30 μg/m3

Taqsima 4 – Livelli limitu ta’ allert u livelli limitu ta’ informazzjoni

A.   Livell limitu ta’ allert

Għandhom jitkejlu bħala medja fis-siegħa fuq medda ta’ tliet sigħat konsekuttivi fil-każ tad-diossidu tal-kubrit u tad-diossidu tan-nitroġenu, u bħala medja fis-siegħa fuq tlett ijiem konsekuttivi jew inqas għall-PM10 u l-PM2,5, fil-postijiet rappreżentattivi tal-kwalità tal-arja fuq tal-inqas 100 km2 jew żona sħiħa, skont liem tkun l-iżgħar.

Għandhom jitkejlu fuq siegħa għall-ożonu; għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 20, il-qbiż tal-livell limitu għandu jitkejjel jew jiġi previst għal tlett sigħat konsekuttivi.

Sustanza niġġiesa

Perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Livell limitu ta’ allert

Diossidu tal-kubrit (SO2)

Siegħa

350 μg/m3

Diossidu tan-nitroġenu (NO2)

Siegħa

200 μg/m3

PM2,5

Ġurnata

50 μg/m3

PM10

Ġurnata

90 μg/m3

Ożonu

Siegħa

240 μg/m3

B.   Livelli limitu ta’ informazzjoni

Għandhom jitkejlu fuq medda ta’ siegħa fil-każ tad-diossidu tal-kubrit u tad-diossidu tan-nitroġenu u fuq medda ta’ ġurnata fil-każ tal-PM10 u l-PM2,5, f’postijiet rappreżentattivi tal-kwalità tal-arja fuq tal-inqas 100 km2 jew żona sħiħa, skont liem tkun l-iżgħar.

Għandhom jitkejlu fuq siegħa għall-ożonu.

Sustanza niġġiesa

Perjodu li fuqu tinħadem il-medja

Livell limitu ta’ informazzjoni

Diossidu tal-kubrit (SO2)

Siegħa

275 μg/m3

Diossidu tan-nitroġenu (NO2)

Siegħa

150 μg/m3

PM2,5

Ġurnata

50 μg/m3

PM10

Ġurnata

90 μg/m3

Ożonu

Siegħa

180 μg/m3

Taqsima 5 – Obbligu tat-Tnaqqis tal-Esponiment Medju għall-PM2,5 u l-NO2

A.   Indikatur tal-esponiment medju

L-indikatur tal-esponiment medju (AEI) espress f’μg/m3 għandu jkun ibbażat fuq il-kejl meħud fil-punti kollha ta’ kampjunar f’postijiet bi sfond urban f’unitajiet territorjali ta’ esponiment medju madwar it-territorju ta’ Stat Membru. Dan għandu jiġi vvalutat bħala medja kontinwa tal-konċentrazzjoni annwali fuq medda ta’ tliet snin kalendarji maħduma fuq il-punti ta’ kampjunar kollha tas-sustanza niġġiesa rilevanti stabbilita skont il-Punt B tal-Anness III f’kull unità territorjali tal-esponiment medju. L-AEI għal sena partikolari għandu jkun il-konċentrazzjoni medja ta’ dik l-istess sena u s-sentejn preċedenti.

Meta l-Istati Membri jidentifikaw qabżiet attribwibbli għal sorsi naturali, il-kontributi mis-sorsi naturali għandhom jitnaqqsu qabel ma jiġi kkalkulat l-AEI.

L-AEI jintuża biex jiġi eżaminat jekk jintlaħaqx l-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju nazzjonali.

B.   Obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju

Mill-2030, l-AEI ma għandux jaqbeż livell li jkun:

1.

għall-PM2,5:

(a)

meta 10 snin qabel l-AEI kien < 10,0 μg/m3: 10 % iktar baxx milli kien l-AEI 10 snin qabel jew 8,5 μg/m3, skont liema jkun l-inqas, sakemm l-AEI ma jkunx diġà ogħla mill-għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju għall-PM2,5 stabbilit fil-Punt C;

(b)

meta 10 snin qabel l-AEI kien < 12,0 μg/m3 u ≥ 10,0 μg/m3: 15 % iktar baxx milli kien l-AEI 10 snin qabel jew 9,0 μg/m3, skont liema jkun l-inqas;

(c)

meta 10 snin qabel l-AEI kien ≥ 12,0 μg/m3: 25 % inqas iktar baxx milli kien l-AEI 10 snin qabel;

2.

għall-NO2:

(a)

meta 10 snin qabel l-AEI kien < 20,0 μg/m3: 15 % iktar baxx milli kien l-AEI 10 snin qabel jew 15,0 μg/m3, skont liema jkun l-inqas, dment li l-AEI ma jkunx diġà daqs jew iktar baxx mill-għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju għall-NO2 stabbilit fil-Punt C;

(b)

meta 10 snin qabel l-AEI kien ≥ 20,0 μg/m3: 25 % iktar baxxa milli kien l-AEI 10 snin qabel.

Meta jikkalkulaw il-livelli għas-snin 2030, 2031 u 2032, l-Istati Membri jistgħu jeskludu s-sena 2020 mill-kalkolu tal-AEI għas-sena bażi.

C.   Għanijiet tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju

L-għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju għandu jkun il-livell ta’ AEI li ġej.

Sustanza niġġiesa

Għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju

PM2,5

AEI = 5 μg/m3

NO2

AEI = 10 μg/m3


(1)  Il-konċentrazzjoni medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat għandha tintgħażel billi jiġu eżaminati l-medji kontinwi matul it-8 sigħat, ikkalkolati minn data ta’ kull siegħa u aġġornati kull siegħa. Kull medja ta’ 8 sigħat ikkalkulata b’dan il-mod għandha tkun assenjata lil dik il-ġurnata li fiha tispiċċa, jiġifieri l-ewwel perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu bejn il-17:00 tal-ġurnata ta’ qabel u s-01:00 ta’ dik il-ġurnata; l-aħħar perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu mill-16:00 sa 24:00 ta’ dik il-ġurnata.

(2)  Il-konċentrazzjoni medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat għandha tintgħażel billi jiġu eżaminati l-medji kontinwi matul it-8 sigħat, ikkalkolati minn data ta’ kull siegħa u aġġornati kull siegħa. Kull medja ta’ 8 sigħat ikkalkulata b’dan il-mod għandha tkun assenjata lil dik il-ġurnata li fiha tispiċċa, jiġifieri l-ewwel perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu bejn il-17:00 tal-ġurnata ta’ qabel u s-1:00 ta’ dik il-ġurnata; l-aħħar perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu mill-16:00 sa 24:00 ta’ dik il-ġurnata.

(3)  Il-konċentrazzjoni medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat għandha tintgħażel billi jiġu eżaminati l-medji kontinwi matul it-8 sigħat, ikkalkolati minn data ta’ kull siegħa u aġġornati kull siegħa. Kull medja ta’ 8 sigħat ikkalkulata b’dan il-mod għandha tkun assenjata lil dik il-ġurnata li fiha tispiċċa, jiġifieri l-ewwel perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu bejn il-17:00 tal-ġurnata ta’ qabel u s-1:00 ta’ dik il-ġurnata; l-aħħar perjodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe ġurnata għandu jkun il-perjodu mill-16:00 sa 24:00 f’dik il-ġurnata.

(4)  Jekk il-medji fuq tlieta jew ħames snin ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta’ sett sħiħ u konsekuttiv ta’ data annwali, id-data annwali minima meħtieġa għall-verifika tal-konformità mal-valuri fil-mira għall-ożonu għandha tkun kif ġej:

—

fir-rigward tal-valur fil-mira għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem: data valida għal sena,

—

fir-rigward tal-valur fil-mira għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni: data valida għal tliet snin.

(5)  Sal-1 ta’ Jannar 2030, 120 μg/m3 ma għandux jinqabeż f’iktar minn 25 jum f’sena kalendarja fuq medja ta’ tliet snin.


ANNESS II

Livelli limitu ta’ valutazzjoni

Taqsima 1 – livelli limitu ta’ valutazzjoni għall-protezzjoni tas-saħħa

Sustanza niġġiesa

Livell limitu ta’ valutazzjoni (medja annwali, dment li ma jkunx speċifikat)

PM2,5

5 μg/m3

PM10

15 μg/m3

Diossidu tan-nitroġenu (NO2)

10 μg/m3

Diossidu tal-kubrit (SO2)

40 μg/m3 (medja ta’ 24 siegħa)(1)

Benżen

1,7  μg/m3

Monossidu tal-karbonju (CO)

4 mg/m3 (medja ta’ 24 siegħa)(1)

Ċomb (Pb)

0,25  μg/m3

Arseniku (As)

3,0  ng/m3

Kadmju (Cd)

2,5  ng/m3

Nikil (Ni)

10 ng/m3

Benżo[a]piren

0,30  ng/m3

Ożonu (O3)

100 μg/m3 (medja massima ta’ 8 sigħat) (1)

Taqsima 2 – Livelli limitu ta’ valutazzjoni għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u tal-ekosistemi naturali

Sustanza niġġiesa

Livell limitu ta’ valutazzjoni (medja annwali, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor)

Diossidu tal-kubrit (SO2)

8 μg/m3 (medja bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Marzu)

Ossidi tan-nitroġenu (NOx)

19,5 μg/m3


(1)  id-99 perċentil, jiġifieri tlett ijiem fejn ikun hemm qbiż fis-sena.


ANNESS III

Numri minimi ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss

A.   Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss biex tiġi vvalutata l-konformità mal-valuri limitu u l-valuri fil-mira għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, il-valuri fil-mira għall-ożonu, l-għanijiet fit-tul, il-livelli limitu ta’ allert u ta’ informazzjoni

1.   Sorsi mxerrda

Tabella 1 – Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss biex tiġi vvalutata l-konformità mal-valuri limitu u l-valuri fil-mira għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, u l-livelli limitu ta’ allert u ta’ informazzjoni (għas-sustanzi niġġiesa kollha minbarra l-ożonu)

Popolazzjoni taż-żona

(eluf)

Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar

jekk il-konċentrazzjonijiet jaqbżu l-livell limitu ta’ valutazzjoni

NO2, SO2, CO, benżen

 

PM10

PM2,5

Pb, Cd, As, Ni

fil-PM10

Benżo[a]piren fil-PM10

0 - 249

2

 

2

2

1

1

250 - 499

2

 

2

2

1

1

500 - 749

2

 

2

2

1

1

750 - 999

3

 

2

2

2

2

1 000  - 1 499

4

 

3

3

2

2

1 500  - 1 999

5

 

3

4

2

2

2 000  - 2 749

6

 

4

4

2

3

2 750  - 3 749

7

 

5

5

2

3

3 750  - 4 749

8

 

5

6

3

4

4 750  - 5 999

9

 

6

7

4

5

6 000 +

10

 

7

8

5

5


Tabella 2 – Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss biex tiġi vvalutata l-konformità mal-valuri fil-mira għall-ożonu, l-għanijiet fit-tul u l-livelli limitu ta’ allert u l-livelli limitu ta’ informazzjoni (għall-ożonu biss)

Popolazzjoni taż-żona

(eluf)

Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar (1)

< 250

1

< 500

2

< 1 000

2

< 1 500

3

< 2 000

4

< 2 750

5

< 3 750

6

≥ 3 750

Punt ta’ kampjunar addizzjonali għal kull żewġ miljun abitant


Tabella 3 - Numru minimu ta’ postijiet ta’ kampjunar għall-kejl fiss biex tiġi vvalutata l-konformità mal-valuri limitu u l-valuri fil-mira għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, u l-livelli limitu ta’ allert u l-livelli limitu ta’ informazzjoni f’żoni fejn japplika tnaqqis ta’ 50 % ta’ tali kejl (għas-sustanzi niġġiesa kollha minbarra l-ożonu)

Popolazzjoni taż-żona

(eluf)

Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar jekk in-numru ta’ punti

ta’ kampjunar jitnaqqas sa 50 %

NO2, SO2, CO, benżen

 

PM10

PM2,5

Pb, Cd, As, Ni

fil-PM10

Benżo[a]piren fil-PM10

0 - 249

1

 

1

1

1

1

250 - 499

1

 

1

1

1

1

500 - 749

1

 

1

1

1

1

750 - 999

2

 

1

1

1

1

1 000  - 1 499

2

 

1

2

1

1

1 500  - 1 999

3

 

2

2

1

1

2 000  - 2 749

3

 

2

2

1

2

2 750  - 3 749

4

 

2

3

1

2

3 750  - 4 749

4

 

3

3

2

2

4 750  - 5 999

5

 

3

4

2

3

6 000 +

5

 

4

4

3

3


Tabella 4 - Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss biex tiġi vvalutata l-konformità mal-valuri fil-mira għall-ożonu, l-għanijiet fit-tul u l-livelli limitu ta’ allert u l-livelli limitu ta’ informazzjoni f’żoni fejn japplika tnaqqis ta’ 50 % ta’ tali kejl (għall-ożonu biss)

Popolazzjoni taż-żona

(eluf)

Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar jekk in-numru ta’ punti ta’ kampjunar jitnaqqas sa 50 % (2)

< 250

1

< 500

1

< 1 000

1

< 1 500

2

< 2 000

2

< 2 750

3

< 3 750

3

≥ 3 750

Punt ta’ kampjunar addizzjonali għal kull erba’ miljun abitant

Għal kull żona, in-numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss stabbilit fit-Tabelli 1-4 ‘dan il-Punt għandu jinkludi mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed ta’ post fl-isfond u punt ta’ kampjunar wieħed f’hotspot tat-tniġġis tal-arja skont il-Punt B tal-Anness IV sakemm dan ma jżidx in-numru ta’ punti ta’ kampjunar. Għad-diossidu tan-nitroġenu, il-materja partikolata, il-benżen u l-monossidu tal-karbonju, dan għandu jinkludi mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed iffukat fuq il-kejl tal-kontribut mill-emissjonijiet tat-trasport. Madankollu, fil-każijiet fejn ikun meħtieġ punt ta’ kampjunar wieħed biss, dan għandu jkun f’hotspot tat-tniġġis tal-arja.

Għal kull żona, fir-rigward tad-diossidu tan-nitroġenu, il-materja partikolata, il-benżen u l-monossidu tal-karbonju, in-numru totali ta’ punti ta’ kampjunar bi sfond urban u n-numru totali ta’ punti ta’ kampjunar meħtieġa f’hotspots tat-tniġġis tal-arja ma għandhomx ivarjaw b’iktar minn fattur ta’ 2. In-numru ta’ punti ta’ kampjunar tal-PM2,5 u d-diossidu tan-nitroġenu fil-postijiet bi sfond urban għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Punt B.

2.   Sorsi lokalizzati

Għall-valutazzjoni tat-tniġġis fil-viċinat ta’ sorsi lokalizzati, in-numru ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss għandu jiġi kkalkolat filwaqt li jitqiesu d-densitajiet tal-emissjonijiet, ix-xejriet probabbli ta’ distribuzzjoni tat-tniġġis tal-arja tal-ambjent u tal-esponiment potenzjali tal-popolazzjoni. Is-sit ta’ tali punti ta’ kampjunar jista’ jintgħażel b’tali mod li l-applikazzjoni tal-BAT (l-Aqwa Tekniki Disponibbli) kif definit fid-Direttiva 2010/75/UE tkun tista’ tiġi mmonitorjata.

B.   Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss biex tiġi vvalutata l-konformità mal-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju tal-PM2,5 u l-NO2 għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

Għal kull PM2,5 u NO2, mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed għal kull unità territorjali tal-esponiment medju, u mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed għal kull miljun abitant ikkalkolat fiż-żoni urbani ta’ iktar minn 100 000 abitant għandu jkun imħaddem għal dan l-iskop. Dawk il-punti ta’ kampjunar jistgħu jikkoinċidu mal-punti ta’ kampjunar skont il-Punt A.

C.   Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss biex tiġi vvalutata l-konformità ma’ livelli kritiċi għall-SO2 u l-NOx, u mal-għanijiet fit-tul għall-ożonu

1.   Livelli kritiċi għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u tal-ekosistemi naturali

Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jaqbżu l-livelli kritiċi

punt ta’ kampjunar wieħed għal kull 20 000  km2

Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jaqbżu l-livell limitu ta’ valutazzjoni

punt ta’ kampjunar wieħed għal kull 40 000  km2

F’żoni li huma gżejjer, in-numru tal-punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss għandu jiġi kalkolat filwaqt li jitqiesu x-xejriet probabbli ta’ distribuzzjoni tat-tniġġis tal-arja ambjentali u l-esponiment potenzjali tal-veġetazzjoni.

2.   Għan fit-tul għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni għall-ożonu

Għall-kejl bi sfond rurali l-Istati Membri għandhom jiżguraw mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed għal kull 50 000 km2 bħala densità medja fuq iż-żoni kollha għal kull pajjiż. Għat-terren kumpless, huwa rrakkomandat punt ta’ kampjunar wieħed għal kull 25 000 km2.

D.   Numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għall-kejl fiss tal-partikoli ultrafini fejn x’iktarx iseħħu konċentrazzjonijiet għolja

Il-partikoli ultrafini għandhom jitkejlu f’postijiet magħżula flimkien ma’ sustanzi oħra niġġiesa tal-arja. Il-punti ta’ kampjunar biex jitkejlu l-partikoli ultrafini għandhom jikkoinċidu, meta dan ikun xieraq, mal-punti ta’ kampjunar għall-materja partikolata jew għad-diossidu tan-nitroġenu msemmija fil-Punt A ta’ dan l-Anness, u jitqiegħdu f’sit f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness VII. Għal dak l-iskop, għandu jiġi stabbilit mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed għal kull ħames miljun abitant f’post fejn x’iktarx iseħħu konċentrazzjonijiet għolja ta’ UFP. L-Istati Membri li għandhom inqas minn ħames miljun abitant għandhom jistabbilixxu mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed għall-kejl fiss f’post fejn x’iktarx iseħħu konċentrazzjonijiet għolja ta’ UFP.

Għall-Istati Membri b’iktar minn żewġ miljun abitant, is-supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban jew bi sfond rurali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 10 ma għandhomx jiġu inklużi għall-fini li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar in-numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għall-UFP stabbiliti hawnhekk.


(1)  Mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed f’żoni fejn ikun probabbli li jseħħ l-esponiment tal-popolazzjoni għall-ogħla konċentrazzjonijiet tal-ożonu. Fl-agglomerazzjonijiet, mill-inqas 50 % tal-punti ta’ kampjunar għandhom ikunu fiż-żoni suburbani.

(2)  Mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed f’żoni fejn ikun probabbli li jseħħ l-esponiment tal-popolazzjoni għall-ogħla konċentrazzjonijiet tal-ożonu. Fl-agglomerazzjonijiet, mill-inqas 50 % tal-punti ta’ kampjunar għandhom ikunu fiż-żoni suburbani.


ANNESS IV

Valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali u tal-post tal-punti ta’ kampjunar

A.   Ġenerali

Il-kwalità tal-arja ambjentali għandha tiġi vvalutata fiż-żoni kollha kif ġej:

1.

Il-kwalità tal-arja ambjentali għandha tiġi vvalutata fil-postijiet kollha minbarra dawk elenkati fil-punt 2.

Il-Punti B u C għandhom japplikaw għall-post tal-punti ta’ kampjunar. Il-prinċipji stabbiliti bil-Punti B u C għandhom japplikaw ukoll sakemm dawn ikunu rilevanti fl-identifikazzjoni tal-postijiet speċifiċi li fihom il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi niġġiesa rilevanti jiġu stabbiliti meta l-kwalità tal-arja ambjentali tiġi vvalutata permezz ta’ kejl indikattiv jew applikazzjonijiet ta’ mmudellar.

2.

Il-konformità mal-valuri limitu u l-valuri fil-mira diretti lejn il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem ma għandhiex tiġi vvalutata fil-postijiet li ġejjin:

(a)

kwalunkwe post li jinsab f’żoni fejn il-membri tal-pubbliku ma jkollhomx aċċess u fejn ma hemmx abitazzjoni fissa;

(b)

f’konformità mal-Artikolu 4, il-punt (1), fil-bini tal-fabbriki jew f’siti industrijali li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha rigward is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

(c)

fuq il-karreġġjata tat-toroq; u fuq ir-riżervi ċentrali tat-toroq ħlief fejn normalment ikun hemm aċċess għar-riżerva ċentrali għall-persuni bil-mixi jew għaċ-ċikliżmu.

B.   Għażla tas-sit fuq skala makro tal-punti ta’ kampjunar

1.   Informazzjoni

L-għażla tas-sit tal-punti ta’ kampjunar għandha tqis id-data nazzjonali f’forma ta’ grilja tal-emissjonijiet irrapportati skont id-Direttiva (UE) 2016/2284, id-data dwar l-emissjonijiet irrapportata skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u, meta jkunu disponibbli, l-inventarji tal-emissjonijiet lokali.

2.   Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

(a)

L-għażla tas-sit tal-punti ta’ kampjunar maħsuba għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem għandha ssir b’tali mod li tiġi provduta data affidabbli dwar dan kollu li ġej:

(i)

il-livelli ta’ konċentrazzjoni fil-hotspots tat-tniġġis tal-arja fiż-żoni;

(ii)

il-livelli ta’ konċentrazzjoni f’partijiet oħra fiż-żoni li jkunu rappreżentattivi tal-esponiment tal-popolazzjoni ġenerali, kemm f’postijiet bi sfond urban kif ukoll f’postijiet bi sfond rurali;

(iii)

għall-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, ir-rati ta’ depożizzjoni li jirrappreżentaw l-esponiment indirett tal-popolazzjoni tul il-katina alimentari;

(b)

l-għażla tas-sit tal-punti ta’ kampjunar ġeneralment għandha ssir b’mod li jiġi evitat il-kejl ta’ mikroambjenti fil-viċinat immedjat tal-punt ta’ kampjunar, li jfisser li l-għażla tas-sit tal-punt ta’ kampjunar għandha ssir, meta dan ikun fattibbli, b’tali mod li l-arja li tagħha jittieħdu l-kampjuni tkun rappreżentattiva tal-kwalità tal-arja f’segment ta’ triq ta’ mhux inqas minn 100 m fit-tul f’postijiet fejn jitkejjel il-kontribut mit-traffiku tat-triq, tal-inqas 25 m × 25 m f’postijiet fejn jitkejjel il-kontribut mit-tisħin domestiku u tal-inqas 250 m × 250 m f’postijiet fejn jitkejjel il-kontribut mis-siti industrijali jew minn sorsi oħra bħal portijiet jew ajruporti;

(c)

meta l-għan ikun li tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja f’hotspots tat-tniġġis tal-arja, il-punti ta’ kampjunar għandhom jiġu installati f’partijiet fiż-żoni bl-ogħla konċentrazzjonijiet li għalihom il-popolazzjoni iktarx tiġi esposta direttament jew indirettament għal perjodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perjodu tal-medja tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira; tali punti ta’ kampjunar għandhom ikunu jinsabu, meta dan ikun rilevanti u sa fejn ikun possibbli, f’żoni fejn il-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli x’iktarx li jkunu esposti direttament jew indirettament għal perjodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perjodu tal-medja tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira, inklużi iżda mhux biss żoni residenzjali, skejjel, sptarijiet, faċilitajiet ta’ għajxien assistit u żoni ta’ uffiċċji;

(d)

is-siti tal-punti ta’ kampjunar fil-postijiet bi sfond urban għandhom jintgħażlu b’mod li l-livell ta’ tniġġis tagħhom ikun influwenzat mill-kontribut integrat tas-sorsi rilevanti kollha. Il-livell ta’ tniġġis ma għandux ikun iddominat minn sors wieħed sakemm din is-sitwazzjoni ma tkunx tipika ta’ żona urbana akbar; dawk il-punti ta’ kampjunar għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu rappreżentattivi għal bosta kilometri kwadri;

(e)

il-punti ta’ kampjunar f’postijiet bi sfond rurali għandhom jintgħażlu b’tali mod li l-livell ta’ tniġġis tagħhom ikun influwenzat mill-kontribut integrat minn sorsi rilevanti iżda mhux minn żoni urbani, toroq ewlenin jew siti industrijali fil-viċinanza tagħhom, jiġifieri eqreb minn 5 km;

(f)

meta l-għan ikun li jiġi vvalutat il-kontribut tat-traffiku tat-triq, il-punti ta’ kampjunar għandhom jintgħażlu b’tali mod li jipprovdu data dwar it-toroq fejn iseħħu l-ogħla konċentrazzjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-volum tat-traffiku (li jirrappreżenta l-akbar densità tat-traffiku fiż-żona), il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni lokali u l-użu tal-art spazjali (pereżempju f’toroq tat-tip canyon);

(g)

meta l-għan ikun li jiġi vvalutat il-kontribut tat-tisħin domestiku, il-punti ta’ kampjunar għandhom jiġu installati favur ir-riħ tas-sorsi ewlenin fid-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ ta’ dawk is-sorsi;

(h)

meta l-għan ikun li jiġu vvalutati l-kontributi tas-sorsi industrijali, tal-portijiet jew tal-ajruporti, għandu jiġi installat mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed fid-direzzjoni favur ir-riħ tas-sors ewlieni fid-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ fl-eqreb żona residenzjali; meta l-konċentrazzjoni tal-isfond ma tkunx magħrufa, għandu jiġi stabbilit punt ta’ kampjunar addizzjonali fid-direzzjoni kontra r-riħ mis-sors ewlieni, b’mod relattiv għad-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ; il-punti ta’ kampjunar jistgħu jitqiegħdu f’sit b’tali mod li l-applikazzjoni tal-BAT tkun tista’ tiġi mmonitorjata;

(i)

il-punti ta’ kampjunar għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu rappreżentattivi wkoll ta’ postijiet simili mhux fil-viċinat immedjat tal-punti ta’ kampjunar; fiż-żoni fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja jkun ogħla mil-livell limitu ta’ valutazzjoni, iż-żona li kull punt ta’ kampjunar ikun rappreżentattiv tagħha, għandha tkun definita b’mod ċar. iż-żona kollha għandha, meta dan ikun possibbli, tkun koperta mill-punti differenti ta’ rappreżentattività definiti għal dawk il-punti ta’ kampjunar; il-konċentrazzjonijiet f’partijiet f’żona li mhumiex koperti mill-punti ta’ kampjunar ta’ dik iż-żona għandhom jiġu vvalutati b’metodi xierqa;

(j)

għandu jittieħed kont tal-ħtieġa li jinstabu punti ta’ kampjunar fuq gżejjer meta dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

(k)

il-punti ta’ kampjunar li jkejlu l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi għandhom, meta jkun possibbli, jitqiegħdu fl-istess sit mal-punti ta’ kampjunar għall-PM10.

3.   Protezzjoni ta’ veġetazzjoni u ta’ ekosistemi naturali

Il-punti ta’ kampjunar maħsuba għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u tal-ekosistemi naturali għandhom jitqiegħdu f’sit iktar minn 20 km ’il bogħod miż-żoni urbani jew iktar minn 5 km ’il bogħod minn żoni mibnija oħra, siti industrijali jew awtostradi jew toroq prinċipali b’għadd ta’ traffiku ta’ iktar minn 50 000 vettura kuljum, li jfisser li punt ta’ kampjunar għandu jitqiegħed f’sit b’tali mod li l-arja li tagħha jittieħdu kampjuni tkun rappreżentattiva tal-kwalità tal-arja f’żona tal-madwar ta’ mill-inqas 1 000 km2. Stat Membru jista’ jipprevedi li punt ta’ kampjunar jitqiegħed f’sit f’distanza iqsar jew li jkun rappreżentattiv tal-kwalità tal-arja f’żona inqas mifruxa, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi jew l-opportunitajiet biex jiġu protetti żoni partikolarment vulnerabbli.

Għandha titqies il-ħtieġa li tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja fuq il-gżejjer.

4.   Kriterji addizzjonali għall-punti ta’ kampjunar tal-ożonu

Dan li ġej japplika għall-kejl fiss u indikattiv:

Tip ta’ punt ta’ kampjunar

Għanijiet tal-kejl

Rappreżentattività (1)

Għażla tas-sit fuq skala makro

Postijiet bi sfond urban għall-valutazzjonijiet tal-ożonu

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem:

biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-popolazzjoni urbana għall-ożonu, jiġifieri meta d-densità tal-popolazzjoni u l-konċentrazzjoni tal-ożonu jkunu relattivament għolja u jirrappreżentaw l-esponiment tal-popolazzjoni ġenerali.

1 sa 10 km2

Lil hinn mill-influwenza tal-emissjonijiet lokali bħalma huma t-traffiku, il-pompi tal-petrol, eċċ.;

postijiet arjużi fejn jistgħu jitkejlu livelli mħallta sew; meta jkun rilevanti u safejn ikun possibbli, il-postijiet iffrekwentati minn popolazzjoni sensittiva u gruppi vulnerabbli, bħal skejjel, playgrounds, sptarijiet u djar għall-anzjani;

postijiet bħalma huma żoni residenzjali u kummerċjali tal-bliet, parks (lil hinn mis-siġar), toroq wesgħin jew pjazez bi ftit li xejn jew xejn traffiku, żoni miftuħa karatteristiċi tal-faċilitajiet edukattivi, sportivi jew rikreattivi.

Postijiet suburbani għall-valutazzjonijiet tal-ożonu

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:

biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-popolazzjoni u tal-veġetazzjoni li jinsabu fil-periferija taż-żona urbana, bl-ogħla livelli ta’ ożonu li għalihom huma mistennija li jkunu esposti l-iktar il-popolazzjoni u l-veġetazzjoni, direttament jew indirettament.

10 sa 100 km2

F’ċerta distanza miż-żona ta’ emissjonijiet massimi, fid-direzzjoni favur ir-riħ skont id-direzzjoni(jiet) ewlenija/ewlenin tar-riħ waqt kundizzjonijiet li jiffavorixxu l-formazzjoni tal-ożonu;

fejn il-popolazzjoni, l-għelejjel sensittivi jew l-ekosistemi naturali li jinsabu fil-periferija ta’ barra ta’ żona urbana jkunu esposti għal livelli għolja ta’ ożonu;

meta jkun xieraq, xi punti ta’ kampjunar suburbani wkoll fid-direzzjoni kontra r-riħ taż-żona tal-emissjonijiet massimi, sabiex jiġu determinati l-livelli ta’ ożonu fl-isfond tar-reġjun.

Postijiet rurali għall-valutazzjonijiet tal-ożonu

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:

biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-popolazzjoni, tal-għelejjel u tal-ekosistemi naturali għal konċentrazzjonijiet ta’ ożonu fuq skala subreġjonali.

Livelli subreġjonali

(100 sa 1 000  km2)

Il-punti ta’ kampjunar jistgħu jkunu f’irħula żgħar/jew żoni b’ekosistemi naturali, foresti jew għelejjel;

rappreżentattivi tal-ożonu lil hinn mill-influwenza ta’ emissjonijiet lokali immedjati bħalma huma dawk minn siti industrijali u toroq;

f’siti miftuħa.

Postijiet bi sfond rurali għall-valutazzjonijiet tal-ożonu

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:

biex jiġu vvalutati l-esponiment ta’ uċuħ tar-raba u ekosistemi naturali għal konċentrazzjonijiet ta’ ożonu fuq skala reġjonali kif ukoll l-esponiment tal-popolazzjoni.

Livelli reġjonali/nazzjonali/kontinentali

(1 000 sa 10 000  km2)

Il-punti ta’ kampjunar li jinsabu f’żoni b’densità tal-popolazzjoni iktar baxxa, eż. b’ekosistemi naturali, foresti, f’distanza ta’ mill-inqas 20 km minn żoni urbani u industrijali u lil hinn minn emissjonijiet lokali;

għandhom jiġu evitati postijiet li huma soġġetti għall-formazzjoni lokali ogħla tal-kundizzjonijiet ta’ inverżjoni qrib l-art;

mhumiex rakkomandati siti mal-kosta b’ċikli tal-irjieħ matul il-jum ta’ karattru lokali.

Il-postijiet tal-punti ta’ kampjunar għaż-żoni rurali u l-postijiet bi sfond rurali għall-valutazzjonijiet tal-ożonu għandhom, meta dan ikun xieraq, jiġu kkoordinati mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/2006 (2).

5.   Il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-punti ta’ kampjunar taż-żona ta’ rappreżentattività spazjali

Meta tiġi ddeterminata ż-żona ta’ rappreżentattività spazjali, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

iż-żona ġeografika tista’ tinkludi dominji mhux kontigwi iżda għandha tkun limitata fl-estensjoni tagħha mill-fruntieri taż-żona li tkun qed tiġi kkunsidrata;

(b)

jekk tiġi vvalutata permezz tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, għandha tintuża sistema ta’ mmudellar adegwata għall-użu u għandhom jintużaw konċentrazzjonijiet immudellati fil-post tal-punt tal-kampjunar biex jiġi evitat li l-preġudizzji sistematiċi tal-kejl tal-mudell ifixklu l-valutazzjoni;

(c)

jistgħu jiġu kkunsidrati metriċi oħra minbarra l-konċentrazzjonijiet assoluti, pereżempju l-perċentili;

(d)

il-limiti ta’ tolleranza u l-limiti possibbli għas-sustanzi niġġiesa differenti jistgħu jvarjaw skont il-karatteristiċi tal-punt ta’ kampjunar;

(e)

il-medja annwali tal-konċentrazzjoni tas-sustanza niġġiesa osservata għandha tintuża bħala l-metrika tal-kwalità tal-arja għal sena speċifika.

C.   Għażla tas-siti fuq skala mikro tal-punti ta’ kampjunar

Safejn ikun prattikabbli, għandu japplika dan li ġej:

(a)

il-fluss madwar il-bokka tal-punt ta’ kampjunar ma għandux ikun ristrett (b’mod ġenerali jkun ħieles f’ark ta’ mill-inqas 270o, jew, ta’ mill-anqas 180 għall-punti ta’ kampjunar fil-linja tal-bini) mingħajr ebda ostaklu għall-fluss tal-arja qrib il-bokka (mill-anqas 1,5 m ’il bogħod mill-bini, mill-gallariji, mis-siġar u minn ostakli oħra u mill-anqas 0,5 m ’il bogħod mill-eqreb bini fil-każ ta’ punti ta’ kampjunar li jirrappreżentaw il-kwalità tal-arja fil-linja tal-bini);

(b)

b’mod ġenerali, il-bokka tal-punt ta’ kampjunar għandha tkun bejn 0,5 m (iż-żona li fiha jittieħed in-nifs) u 4 m ’il fuq mill-art; għażla tas-siti ogħla tista’ wkoll tkun xierqa jekk il-punt ta’ kampjunar ikun jinstab f’post bi sfond; id-deċiżjoni li tiġi applikata tali għażla tas-siti ogħla għandha tiġi ddokumentata bis-sħiħ;

(c)

is-sonda tal-bokka ma għandhiex titqiegħed fil-qrib immedjat tas-sorsi biex jiġi evitat id-dħul dirett ta’ emissjonijiet mhux imħallta mal-arja ambjentali, li l-membri tal-pubbliku x’iktarx li ma jkunux esposti għalihom;

(d)

l-iżbokk tal-egżost tal-apparat li jieħu l-kampjuni għandha tkun f’pożizzjoni b’mod li tiġi evitata ċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-arja tal-egżost għal ġol-bokka tal-apparat li jieħu l-kampjuni;

(e)

għas-sustanzi niġġiesa kollha, is-sondi tal-kampjunar iffukati fuq il-kejl tal-kontribut tat-traffiku tat-triq għandhom ikunu mill-inqas 25 m ’il bogħod mit-tarf tal-punti prinċipali fejn jiltaqgħu t-toroq u mhux iktar minn 10 m mill-bankina; għall-finijiet ta’ dan il-punt, “bankina” tfisser il-linja li tissepara t-traffiku motorizzat minn żoni oħra; “punt prinċipali fejn jiltaqgħu t-toroq” tfisser punt fejn jiltaqgħu t-toroq li jinterrompi l-fluss tat-traffiku u jikkawża emissjonijiet differenti (ta’ waqfien u startjar) mill-bqija tat-triq;

(f)

għall-kejl ta’ depożizzjoni f’postijiet bi sfond, il-linji gwida u l-kriterji tal-EMEP għandhom japplikaw;

(g)

għall-kejl tal-ożonu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punt ta’ kampjunar ikun ippożizzjonat ’il bogħod sew minn sorsi bħal fran u ċmieni ta’ inċinerazzjoni u iktar minn 10 m mill-eqreb triq, b’distanza li tiżdied bħala funzjoni tal-ntensità tat-traffiku;

(h)

il-fatturi li ġejjin jistgħu jitqiesu wkoll:

(i)

is-sorsi ta’ interferenza;

(ii)

is-sigurtà;

(iii)

l-aċċess;

(iv)

id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika u l-komunikazzjonijiet bit-telefon;

(v)

il-viżibbiltà tas-sit f’relazzjoni mal-ambjent tal-madwar;

(vi)

is-sigurtà tal-pubbliku u tal-operaturi;

(vii)

l-interess tal-kolokazzjoni tal-punti ta’ kampjunar għal sustanzi niġġiesa differenti;

(viii)

ir-rekwiżiti tal-ippjanar.

D.   L-għażla tas-sit, ir-rieżami u d-dokumentazzjoni tagħha

1.

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fiż-żoni kollha għandhom jiddokumentaw bis-sħiħ il-proċeduri għall-għażla tas-sit u jirreġistraw l-informazzjoni biex jappoġġaw it-tfassil tan-network u l-għażla tal-post għas-siti ta’ monitoraġġ kollha. It-tfassil tan-network ta’ monitoraġġ għandu mill-inqas ikun appoġġat jew permezz ta’ applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew permezz ta’ kejl indikattiv.

2.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi l-post tal-punti ta’ kampjunar permezz ta’ koordinati spazjali, ritratti u mapep dettaljati u ritratti taż-żona ta’ madwar is-siti ta’ monitoraġġ skont il-punti tal-kumpass, u għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-rappreżentattività spazjali tal-punti ta’ kampjunar kollha.

3.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi evidenza rigward ir-raġunijiet għat-tfassil tan-network u turi konformità mal-Punti B u C, b’mod partikolari:

(a)

ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ postijiet rappreżentattivi tal-ogħla livelli ta’ tniġġis fiż-żona jew l-agglomerazzjoni għal kull sustanza niġġiesa;

(b)

raġunijiet għal għażla ta’ postijiet rappreżentattivi tal-esponiment ġenerali tal-popolazzjoni; u;

(c)

kwalunkwe devjazzjoni mill-kriterji tal-għażla tas-siti fuq skala mikro, ir-raġunijiet sottostanti tagħha u l-impatt probabbli fuq il-livelli mkejla.

4.

Meta f’żona jintuża l-kejl indikattiv, l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew l-istima oġġettiva jew taħlita tagħhom, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta’ dawk il-metodi u l-informazzjoni dwar kif jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3).

5.

Meta jintuża l-kejl indikattiv, l-applikazzjonjiet ta’ mmudellar jew l-istima oġġettiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw id-data f’forma ta’ grilja rrapportata skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet irrapportata skont id-Direttiva 2010/75/UE u, meta disponibbli, l-inventarji tal-emmissjonijiet lokali.

6.

Għall-kejl tal-ożonu, l-Istati Membri għandhom japplikaw skrinjar u interpretazzjoni xierqa tad-data tal-monitoraġġ fil-kuntest tal-proċessi meteoroloġiċi u fotokimiċi li jaffettwaw il-konċentrazzjonijiet tal-ożonu mkejla fis-siti rispettivi.

7.

Meta applikabbli, il-lista ta’ sustanzi prekursuri tal-ożonu, l-għan mixtieq għall-kejl tagħhom u l-metodi użati għall-kampjunar u l-kejl tagħhom għandhom ikunu parti mid-dokumentazzjoni.

8.

Meta applikabbli, l-informazzjoni tal-metodi tal-kejl użati għall-kejl tal-kompożizzjoni kimika tal-PM2,5 wkoll għandha tkun parti mid-dokumentazzjoni.

9.

Mill-inqas kull ħames snin, il-kriterji tal-għażla, it-tfassil tan-network u l-postijiet tas-siti ta’ monitoraġġ, definiti mill-awtoritajiet kompetenti fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, għandhom jiġu rieżaminati biex jiġi żgurat li jibqgħu validi u ottimali maż-żmien. Dan ir-rieżami għandu jkun appoġġat mill-inqas jew permezz tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew tal-kejl indikattiv. Meta permezz tat-tali rieżami jiġi kkonstatat li d-disinn tan-network u l-postijiet tas-sit ta’ monitoraġġ ma għadhomx validi, l-awtorità kompetenti għandha taġġornahom mill-iktar fis possibbli.

10.

Id-dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata wara kull rieżami u bidliet rilevanti oħra fin-network tal-monitoraġġ, u għandha ssir pubblika permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni xierqa.

(1)  Il-punti ta’ kampjunar għandhom, meta dan ikun possibbli, ikunu rappreżentattivi ta’ postijiet simili mhux fil-viċinat immedjat tal-punti ta’ kampjunar.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/2006 tas-7 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2152/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-foresti u l-interazzjonijiet ambjentali fil-Komunità (ĠU L 334, 30.11.2006, p. 1).


ANNESS V

Għanijiet tal-kwalità tad-data

A.   Inċertezza tal-kejl u l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali

Tabella 1 - Inċertezza għall-kejl u l-immudellar tal-konċentrazzjonijiet medji għal żmien twil (annwali)

Sustanza niġġiesa fl-arja

Inċertezza massima tal-kejl fiss

Inċertezza massima tal-kejl indikattiv (1)

Proporzjon massimu tal-inċertezza tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar u l-istima oġġettiva fir-rigward tal-inċertezza tal-kejl fiss

Valur assolut

Valur relattiv

Valur assolut

Valur relattiv

Proporzjon massimu

PM2,5

3,0  μg/m3

30 %

4,0  μg/m3

40 %

1,7

PM10

4,0  μg/m3

20 %

6,0  μg/m3

30 %

1,3

SO2 / NO2 / NOx

6,0  μg/m3

30 %

8,0  μg/m3

40 %

1,4

Benżen

0,85  μg/m3

25 %

1,2  μg/m3

35 %

1,7

Ċomb

0,125  μg/m3

25 %

0,175  μg/m3

35 %

1,7

Arseniku

2,4  ng/m3

40 %

3,0  ng/m3

50 %

1,1

Kadmju

2,0  ng/m3

40 %

2,5  ng/m3

50 %

1,1

Nikil

8,0  ng/m3

40 %

10,0  ng/m3

50 %

1,1

Benżo[a]piren

0,5  ng/m3

50 %

0,6  ng/m3

60 %

1,1


Tabella 2 - Inċertezza għall-kejl u l-immudellar tal-konċentrazzjonijiet medji għal żmien qasir (24-siegħa, 8-sigħat u kull siegħa)

Sustanza niġġiesa fl-arja

Inċertezza massima tal-kejl fiss

Inċertezza massima tal-kejl indikattiv (2)

Proporzjon massimu tal-inċertezza tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar u l-istima oġġettiva fir-rigward tal-inċertezza tal-kejl fiss

Valur assolut

Valur relattiv

Valur assolut

Valur relattiv

Proporzjon massimu

PM2,5 (24-siegħa)

6,3  μg/m3

25 %

8,8  μg/m3

35 %

2,5

PM10 (24-siegħa)

11,3  μg/m3

25 %

22,5  μg/m3

50 %

2,2

NO2 (24-siegħa))

7,5  μg/m3

15 %

12,5  μg/m3

25 %

3,2

NO2 (kull siegħa)

30 μg/m3

15 %

50 μg/m3

25 %

3,2

SO2 (24-siegħa))

7,5  μg/m3

15 %

12,5  μg/m3

25 %

3,2

SO2 (kull siegħa)

52,5  μg/m3

15 %

87,5  μg/m3

25 %

3,2

CO (24 siegħa)

0,6  mg/m3

15 %

1,0  mg/m3

25 %

3,2

CO (8 sigħat)

1,0  mg/m3

10 %

2,0  mg/m3

20 %

4,9

Ożonu (medda fuq 8-sigħat)

18 μg/m3

15 %

30 μg/m3

25 %

2,2

Meta tiġi vvalutata l-konformità tal-għanijiet tal-kwalità tad-data fit-Tabelli 1 u 2 ta’ dan il-Punt, l-inċertezza għall-kejl (espressa f’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %) tal-metodi tal-valutazzjoni għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-istandard EN rispettiv ta’ kull sustanza niġġiesa. Għall-metodi fejn ma jkun disponibbli l-ebda standard, l-inċertezza tal-metodu ta’ valutazzjoni għandha tiġi evalwata f’konformità mal-prinċipji tal-Kumitat Konġunt għall-Gwida fil-Metroloġija (JCGM) 100:2008 “Evaluation of measurement data - Guide to the Expression of Uncertainty in Measurement” u l-metodoloġija fil-Parti 5 tal-ISO 5725:1998. Għall-kejl indikattiv, fin-nuqqas ta’ istandard EN rilevanti, l-inċertezza għandha tiġi kkalkolata skont il-gwida dwar il-prova ta’ ekwivalenza msemmija fil-Punt B, tal-Anness VI.

Il-persentaġġi għall-inċertezza fit-Tabelli 1 u 2 ta’ dan il-Punt japplikaw għall-valuri limitu kollha u l-valuri fil-mira li huma kkalkulati b’medja sempliċi tal-kejl individwali bħall-medja fis-siegħa, il-medja ta’ kuljum jew il-valuri medji annwali mingħajr ma titqies l-inċertezza addizzjonali għall-kalkolu tan-numru ta’ qabżiet. L-inċertezza għandha tiġi interpretata li tapplika fir-reġjun tal-valuri limitu xierqa jew il-valuri fil-mira. Il-kalkolu tal-inċertezza ma japplikax għal AOT40 u valuri li jinkludu iktar minn sena, iktar minn punt ta’ kampjunar wieħed (eż. l-AEI) jew iktar minn komponent wieħed. Lanqas ma huma applikabbli għal-livelli limiti ta’ allert, għal-livelli limiti ta’ informazzjoni u għal-livelli kritiċi għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u tal-ekosistemi naturali.

Qabel l-2030, il-valur relattiv għall-inċertezzi massimi fit-Tabelli 1 u 2 għandhom japplikaw għas-sustanzi niġġiesa kollha, ħlief il-PM2,5 u NO2/NOx fit-Tabella 1, għal-liema l-inċertezzi massimi tal-kejl fiss għandhom ikunu ta’ 25 % u 15 %, rispettivament. Mill-2030, l-inċertezza tad-data tal-kejl użata għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali ma għandhiex taqbeż il-valur assolut jew il-valur relattiv, skont liema jkun l-ogħla, espressa f’dan il-Punt.

L-inċertezza massima tal-applikazzjonijet ta’ mmudellar hija stabbilita għall-inċertezza għall-kejl fiss immultiplikata bil-proporzjon massimu applikabbli. L-għan tal-kwalità tal-immudellar (jiġifieri indikatur tal-kwalità tal-immudellar ta’ 1 jew inqas) għandu jiġi vverifikat mill-inqas f’90 % tal-punti ta’ kampjunar disponibbli, fuq iż-żona ta’ valutazzjoni u l-perjodu kkunsidrat. F’punt ta’ kampjunar partikolari, l-indikatur tal-kwalità tal-immudellar għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon tal-għerq tal-medja tal-kwadrati tal-errur(i) bejn ir-riżultati tal-immudellar u l-kejl mal-għerq kwadrat tas-somma/somom kwadratika/ċi tal-inċertezzi tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar u tal-kejl, matul perjodu sħiħ ta’ valutazzjoni. Għandu jkun innotat li s-somma tonqos għal valur uniku meta jitqiesu l-medji annwali. Il-kejl fiss kollu li jissodisfa l-għanijiet tal-kwalità tad-data (jiġifieri l-inċertezza tal-kejl u l-kopertura tad-data tal-kejl kif speċifikat f’dan il-Punt u l-Punt B, rispettivament) li jinsab fiż-żona tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ mmudellar għandu jintuża għall-evalwazzjoni tal-inċertezza tal-applikazzjoni ta’ mmudellar. Għandu jkun innotat li l-proporzjon massimu għandu jiġi interpretat bħala applikabbli fuq il-firxa tal-konċentrazzjoni totali.

Għall-konċentrazzjonijiet medji għal żmien qasir, l-inċertezza massima tad-data tal-kejl użata biex jiġi vvalutat l-għan tal-kwalità tal-immudellar għandha tkun l-inċertezza assoluta kkalkolata bl-użu tal-valur relattiv espress f’dan il-Punt, ogħla mill-valur limitu u għandha tonqos b’mod lineari mill-valur assolut fil-valur limitu, għal livell limitu ta’ konċentrazzjoni żero (3). Kemm l-għanijiet tal-kwalità tal-immudellar għal żmien qasir kif ukoll dawk fit-tul għandhom jiġu ssodisfati.

Għall-immudellar tal-konċentrazzjonijiet medji annwali tal-benżen, tal-arseniku, tal-kadmju, taċ-ċomb, tan-nikil u tal-benżo[a]piren, l-inċertezza massima tad-data tal-kejl użata għall-valutazzjoni tal-għan tal-kwalità tal-immudellar ma għandhiex taqbeż il-valur relattiv espress f’dan il-Punt.

Għall-immudellar tal-konċentrazzjonijiet medji annwali tal-PM10, PM2,5, u tad-diossidu tan-nitroġenu, l-inċertezza massima tad-data tal-kejl użata għall-valutazzjoni tal-għan tal-kwalità tal-immudellar ma għandha taqbeż la l-valur assolut u lanqas il-valur relattiv espress f’dan il-Punt.

Meta jintuża mudell tal-kwalità tal-arja għal skop ta’ valutazzjoni, għandhom jiġu kkumpilati r-referenzi għad-deskrizzjonijiet tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar u l-informazzjoni dwar il-kalkolu tal-għan tal-kwalità tal-immudellar.

L-inċertezza tal-istima oġġettiva ma għandhiex taqbeż l-inċertezza għall-kejl indikattiv b’iktar mill-proporzjon massimu applikabbli u ma għandhiex taqbeż il-85 %. L-inċertezza fir-rigward tal-istima oġġettiva hija definita bħala d-devjazzjoni massima tal-livelli tal-konċentrazzjoni mkejlin u kkalkolati, matul il-perjodu kkunsidrat, bil-valur limitu jew il-valur fil-mira, mingħajr ma jittieħed kont tat-twaqqit tal-avvenimenti.

B.   Kopertura tad-data tal-kejl għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali

“Kopertura tad-data ” tirreferi għall-proporzjon tas-sena kalendarja li għalih tkun disponibbli data valida tal-kejl, espressa bħala persentaġġ.

Sustanza niġġiesa fl-arja

Kopertura minima ta’ data

Kejl fiss (4)

Kejl indikattiv (5)

Medji annwali

medji ta’ siegħa, ta’ 8 sigħat jew ta’ 24 siegħa

Medji annwali

medji ta’ siegħa, ta’ 8 sigħat jew ta’ 24 siegħa

SO2, NO2, NOx, CO

85 %

85 %

13 %

50 %

L-O3 u NO u NO2 relatati

85 %

85 %

13 %

50 %

PM10, PM2,5

85 %

85 %

13 %

50 %

Benżen

85 %

—

13 %

—

Benżo[a]piren, idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH), merkurju gassuż totali, merkurju divalenti partikolat u gassuż

30 %

—

13 %

—

As, Cd, Ni, Pb

45 %

—

13 %

—

BC, ammonijaka, UFP, id-distribuzzjoni tad-daqs tal-UFP

80 %

—

13 %

—

Aċidu nitriku, levoglukosan, karbonju organiku (OC), karbonju elementari (EC), kompożizzjoni kimika tal-PM2,5, potenzjal ossidativ tal-PM

45 %

—

13 %

—

Depożizzjoni Totali

—

—

30 %

—

Il-kejl fiss tal-SO2, l-NO2, is-CO, l-O3, il-PM10, il-PM2,5 u tal-benżen għandu jitwettaq kontinwament tul is-sena kalendarja sħiħa.

Għall-każijiet l-oħra, il-kejl għandu jitqassam b’mod ugwali matul is-sena kalendarja sħiħa (jew matul il-perjodu minn April sa Settembru għall-kejl indikattiv tal-O3). Sabiex ikun hemm konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti u biex jiġi żgurat li kwalunkwe telf potenzjali ta’ data ma jgħawwiġx ir-riżultati, ir-rekwiżiti minimi tal-kopertura tad-data għandhom jiġu ssodisfati għal perjodi speċifiċi (trimestru, xahar, ġurnata ta’ matul il-ġimgħa) tas-sena kollha skont is-sustanza niġġiesa u l-metodu tal-kejl jew il-frekwenza tal-kejl.

Għall-valutazzjoni tal-valuri medji annwali permezz ta’ kejl indikattiv u, permezz ta’ kejl fiss għas-sustanzi niġġiesa b’kopertura minima tad-data taħt it-80 %, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kejl aleatorju minflok kejl kontinwu jekk ikunu jistgħu juru li l-inċertezza, inkluż l-inċertezza dovuta għall-kampjunar aleatorju, tissodisfa l-għanijiet tal-kwalità tad-data u l-kopertura minima tad-data meħtieġa għall-kejl indikattiv. Tali kampjunar aleatorju għandu jitqassam b’mod indaqs matul is-sena biex ikun evitat it-tagħwiġ tar-riżultati. L-inċertezza dovuta għall-kampjunar aleatorju tista’ tiġi determinata bil-proċedura stipulata fl-ISO 11222 (2002) “Air Quality — Determination of the Uncertainty of the Time Average of Air Quality Measurements”.

Manutenzjoni normali tal-instrumentazzjoni ma għandhiex isseħħ matul il-perjodi l-iktar intensivi tat-tniġġis.

Kampjunar minimu ta’ 24 siegħa hu meħtieġ għall-kejl tal-benżo[a]piren u idrokarburi aromatiċi poliċikliċi oħra. Kampjuni individwali meħuda matul perjodu ta’ mhux iktar minn xahar jistgħu jiġu abbinati u analizzati bħala kampjun kompost, sakemm il-metodu jkun jiżgura li l-kampjuni għal dak il-perjodu jkunu stabbli. Jista’ jkun diffiċli li jkun hemm riżoluzzjoni analitika tat-tliet konġeneri benżo[b]fluworanten, benżo[j]fluworanten, benżo[k]fluworanten. F’tali każijiet, jistgħu jiġu rrappurtati bħala s-somma. Il-kampjunar għandu jinfirex b’mod ugwali matul il-ġranet ta’ matul il-ġimgħa u tul is-sena. Għall-kejl tar-rati ta’ depożizzjoni, hu rakkomandat il-ġbir ta’ kampjuni kull xahar jew kull ġimgħa matul is-sena kollha.

Barra minn hekk, dawk id-dispożizzjonijiet dwar il-kampjuni individwali għandhom japplikaw ukoll għall-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil u l-merkurju gassuż totali. Barra minn hekk, huwa permess is-sottokampjunar ta’ filtri tal-PM10 għall-metalli għal analiżi sussegwenti, sakemm ikun hemm evidenza li s-sottokampjun ikun rappreżentattiv tal-kampjun totali u li ma tiġix kompromessa s-sensittività tad-detezzjoni meta mqabbla mal-għanijiet rilevanti tal-kwalità tad-data. Bħala alternattiva għall-kampjunar ta’ kuljum, il-kampjunar ta’ kull ġimgħa għall-metalli fil-PM10 huwa permess, sakemm il-karatteristiċi ta’ ġbir ma jiġux kompromessi.

Għal depożizzjoni totali, l-Istati Membri jistgħu jużaw kampjuni umdi, minflok dak ta’ kampjuni aggregati, jekk ikunu jistgħu juru li d-differenza bejniethom tibqa’ fil-limitu ta’ 10 %. Ir-rati ta’ depożizzjoni għandhom ġeneralment jingħataw bħala μg/m2 kuljum.

C.   Kriterji għall-aggregazzjoni tad-data għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali

Il-kriterji li ġejjin għandhom jintużaw sabiex tiġi vverifikata l-validità meta d-data tiġi aggregata sabiex jiġu kalkolati l-parametri statistiċi:

Parametru

Proporzjon ta’ data valida meħtieġ

medji ta’ siegħa

75 % (i.e. 45 minuta)

medji ta’ 8 sigħat

75 % tal-valuri (i.e. 6 sigħat)

medji ta’ 24 siegħa

75 % tal-medji ta’ siegħa (jiġifieri mill-inqas 18-il valur fis-siegħa matul il-jum)

Medja massima ta’ kuljum fuq 8 sigħat

75 % tal-medji kontinwi ta’ kull siegħa fuq 8 sigħat (jiġifieri mill-inqas 18-il valur ta’ tmien sigħat matul il-jum)

D.   Metodi għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-istima tal-parametri statistiċi biex titqies il-kopertura baxxa tad-data jew it-telf sinifikanti tad-data

Għandha titwettaq valutazzjoni tal-konformità mal-limitu rilevanti u mal-valuri fil-mira, irrispettivament minn jekk jintlaħqux l-għanijiet tal-kwalità tad-data għall-kopertura tad-data, sakemm id-data disponibbli tippermetti valutazzjoni konklużiva. F’każijiet relatati mal-valuri limitu għal żmien qasir u l-valuri fil-mira, il-kejl li jkopri biss frazzjoni tas-sena kalendarja, u li ma jkunx ipprovda biżżejjed data valida kif meħtieġ mill-Punt B, jista’ xorta jikkostitwixxi nuqqas ta’ konformità. Meta dan ikun il-każ, u ma jkun hemm l-ebda raġuni ċara biex tiġi ddubitata l-kwalità tad-data valida miksuba, dan għandu jitqies bħala qbiż tal-valur limitu jew tal-valur fil-mira u jiġi rrappurtat bħala tali.

E.   Riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja

L-informazzjoni li ġejja għandha tinġabar għal żoni fejn jintużaw l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar tal-kwalità tal-arja jew l-istima oġġettiva:

(a)

deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni li jitwettqu;

(b)

il-metodi speċifiċi li jintużaw, b’referenzi għad-deskrizzjonijiet tal-metodu;

(c)

is-sorsi tad-data u tal-informazzjoni;

(d)

deskrizzjoni tar-riżultati, inkluż l-inċertezzi u, b’mod partikolari, il-kobor ta’ kwalunkwe żona jew, jekk ikun rilevanti, it-tul tat-triq fiż-żona li fir-rigward tagħha l-konċentrazzjonijiet jaqbżu kwalunkwe valur limitu, valur fil-mira jew għan fit-tul, u ta’ kwalunkwe żona fejn il-konċentrazzjonijiet jaqbżu l-livelli limiti ta’ valutazzjoni;

(e)

il-popolazzjoni potenzjalment esposta għal livelli li jaqbżu kwalunkwe valur limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

F.   Assigurazzjoni tal-kwalità għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali; validazzjoni tad-data

1.

Sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni tal-kejl u l-konformità mal-għanijiet tal-kwalità tad-data stipulati fil-Punt A ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti xierqa u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 5 għandhom jiżguraw li:

(a)

il-kejl kollu li jsir fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali skont l-Artikolu 8 jkun traċċabbli f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat għal-laboratorji ta’ ttestjar u kkalibrar;

(b)

l-istituzzjonijiet li jħaddmu n-networks u l-punti ta’ kampjunar individwali jkollhom sistema stabbilita ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità li taħseb għal manutenzjoni regolari u kontrolli tekniċi biex tiżgura l-preċiżjoni kontinwa tal-apparat ta’ kejl u li jibqgħu operazzjonali. is-sistema tal-kwalità għandha tiġi riveduta kif meħtieġ u għall-inqas kull ħames snin mil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali rilevanti;

(c)

ikun stabbilit proċess ta’ assigurazzjoni tal-kwalità/kontroll tal-kwalità fir-rigward tal-proċess tal-ġbir u r-rapportar tad-data u li l-organizzazzjonijiet maħtura għal dan il-kompitu jipparteċipaw b’mod attiv fil-programmi rispettivi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni kollha;

(d)

il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza jiġu maħtura mill-awtorità kompetenti xierqa jew minn korp maħtur skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva u jkunu akkreditati għall-metodi ta’ referenza msemmija fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva, għall-inqas għal dawk is-sustanzi niġġiesa li għalihom il-konċentrazzjonijiet huma ogħla mil-livell limitu ta’ valutazzjoni, skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-ikkalibrar, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 2, il-punt 9, tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq. dawn il-laboratorji għandhom ikunu responsabbli wkoll mill-koordinazzjoni fit-territorju tal-Istati Membri tal-programmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni kollha li għandhom ikunu organizzati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni (JRC) u għandhom ikunu wkoll responsabbli biex jikkoordinaw, fil-livell nazzjonali, l-użu adegwat tal-metodi ta’ referenza u t-turija tal-ekwivalenza tal-metodi li mhumiex ta’ referenza; il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali li jorganizzaw paragun bejn il-laboratorji fil-livell nazzjonali għandhom ukoll ikunu akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-ittestjar tal-profiċjenza;

(e)

il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali jieħdu sehem, mill-inqas kull 3 snin, fil-programmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni kollha organizzati mill-JRC għal mill-inqas dawk is-sustanzi niġġiesa li għalihom il-konċentrazzjonijiet ikunu ogħla mil-livell limitu ta’ valutazzjoni; hija rrakkomandata l-parteċipazzjoni għal sustanzi niġġiesa oħra; jekk din il-parteċipazzjoni tipproduċi riżultati mhux sodisfaċenti, il-laboratorju nazzjonali għandu juri, meta jieħu sehem fil-paragun bejn il-laboratorji li jkun imiss, miżuri ta’ rimedju sodisfaċenti, u jipprovdi rapport lill-JRC dwar dawn il-miżuri;

(f)

il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza jappoġġaw ix-xogħol magħmul min-Network Ewropew ta’ Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza stabbiliti mill-JRC;

(g)

in-network Ewropew tal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali jkun responsabbli għar-rieżami perjodiku, mill-inqas kull 5 snin, tal-inċertezzi tal-kejl tal-kejl fiss u tal-kejl indikattiv elenkati fil-Punt A, it-Tabelli 1 u 2, ta’ dan l-Anness u l-proposta sussegwenti ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa lill-Kummissjoni.

2.

Id-data kollha rrappurtata skont l-Artikolu 23 għandha titqies bħala valida minbarra data mmarkata bħala proviżorja.

G.   Promozzjoni ta’ approċċi armonizzati ta’ mmudellar tal-kwalità

Biex jippromwovu u jappoġġaw l-użu armonizzat ta’ approċċi ta’ mmudellar tal-kwalità tal-arja xjentifikament tajbin mill-awtoritajiet kompetenti b’enfasi fuq l-applikazzjoni tal-mudell, l-awtoritajiet kompetenti xierqa u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 5 għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)

li l-istituzzjonijiet ta’ referenza maħtura jipparteċipaw fin-network Ewropew tal-immudellar tal-kwalità tal-arja stabbilit mill-JRC;

(b)

li l-aħjar prattiki fl-immudellar tal-kwalità tal-arja identifikati min-network permezz ta’ kunsens xjentifiku jiġu adottati f’applikazzjonijiet rilevanti tal-immudellar tal-kwalità tal-arja għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti legali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-adattamenti tal-mudell meħtieġa minħabba ċirkostanzi uniċi;

(c)

li l-kwalità tal-applikazzjonijiet rilevanti tal-immudellar tal-kwalità tal-arja tiġi ċċekkjata u mtejba perjodikament permezz ta’ eżerċizzji ta’ paragun bejn il-laboratorji organizzati mill-JRC;

(d)

li n-network Ewropew tal-immudellar tal-kwalità tal-arja jkun responsabbli għar-rieżami perjodiku, mill-inqas kull 5 snin, tal-proporzjon massimu tal-inċertezzi tal-kejl elenkati fil-Punt A, it-Tabelli 1 u 2, ta’ dan l-Anness u l-proposta sussegwenti ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa lill-Kummissjoni.


(1)  Meta jintuża kejl indikattiv għal skopijiet għajr għall-valutazzjoni tal-konformità, bħal, iżda mhux biss: it-tfassil jew ir-rieżami tan-network ta’ monitoraġġ, il-kalibrar u l-validazzjoni tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, l-inċertezza tista’ tkun dik stabbilita għall-applikazzjonijiet ta’ mmudellar.

(2)  Meta jintuża kejl indikattiv għal skopijiet għajr għall-valutazzjoni tal-konformità, bħal, iżda mhux biss: it-tfassil jew ir-rieżami tan-network ta’ monitoraġġ, il-kalibrar u l-validazzjoni tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, l-inċertezza tista’ tkun dik stabbilita għall-applikazzjonijiet ta’ mmudellar.

(3)  Il-livell limitu għandu jkun stabbilit għal 4, 3, 10, 3 u 5 μg/m3 għall-PM10, il-PM2,5, l-O3, l-NO2 u l-SO2, rispettivament, u 0,5 mg/m3 għas-CO. Dawn il-valuri jirrappreżentaw l-istat tal-għarfien u għandhom jiġu aġġornati regolarment mill-inqas kull 5 snin, biex jirriflettu l-iktar żviluppi avvanzati.

(4)  Għall-O3, ir-rekwiżiti minimi ta’ kopertura tad-data għandhom jiġu ssodisfati kemm għas-sena kalendarja sħiħa, kif ukoll għall-perjodi minn April sa Settembru, u minn Ottubru sa Marzu, rispettivament.

Il-valutazzjoni tal-AOT40 għar-rekwiżiti minimi tal-kopertura tad-data dwar l-ożonu għandhom jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta’ żmien definit għall-kalkolu tal-valur tal-AOT40.

(5)  Għall-O3, il-kopertura minima tad-data tapplika għall-perjodu minn April sa Settembru (l-ebda kriterju ta’ kopertura minima tad-data ma huwa meħtieġ matul il-perjodu tax-xitwa).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).


ANNESS VI

Il-metodi ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u r-rati ta’ depożizzjoni

A.   Metodi ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tad-diossidu tan-nitroġenu u tal-ossidi tan-nitroġenu, tal-materja partikolata (PM10 u PM2,5), tal-benżen, tal-monossidu tal-karbonju, tal-arseniku, tal-kadmju, taċ-ċomb, tal-merkurju, tan-nikil, tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, tal-ożonu u ta’ sustanzi niġġiesa oħra fl-arja ambjentali u tar-rati ta’ depożizzjoni

1.

Metodu ta’ referenza għall-kejl tad-diossidu tal-kubrit fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kejl tad-diossidu tal-kubrit fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 14212:2012 “Il-kwalità tal-arja ambjentali — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tad-diossidu tal-kubrit bil-fluworexxenza ultravjola”.

2.

Metodu ta’ referenza għall-kejl tad-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kejl tad-diossidu tan-nitroġenu u tal-ossidi tan-nitroġenu fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 14211:2012 “L-arja ambjentali – Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tad-diossidu tan-nitroġenu u tal-monossidu tan-nitroġenu bil-kimiluminixxenza”.

3.

Metodi ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-PM10 fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-PM10 fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN12341:2023 “L-arja ambjentali – Il-metodu standard ta’ kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa PM10 jew PM2,5 tal-materja partikolata sospiża”.

4.

Metodi ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-PM2,5 fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-PM2,5 fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN12341:2023 “L-arja ambjentali – Il-metodu standard ta’ kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa PM10 jew PM2,5 tal-materja partikolata sospiża”.

5.

Metodu ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb u n-nikil fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kampjunar tal-arseniku, tal-kadmju, taċ-ċomb u tan-nikil fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 12341:2023 “L-arja ambjentali – Il-metodu standard ta’ kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa PM10 jew PM2,5 tal-materja partikolata sospiża”. Il-metodu ta’ referenza għall-kejl tal-arseniku, tal-kadmju, taċ-ċomb u tan-nikil fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 14902:2005 “Il-kwalità tal-arja ambjentali — “Il-metodu standard għall-kejl tal-Pb,Cd,As u Ni fil-frazzjoni tal-PM10 mill-materja partikolata sospiża”.

6.

Metodu ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-benżen fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-benżen fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 14662, il-partijiet 1 (2005), 2 (2005) u 3 (2016) “Il-kwalità tal-arja ambjentali – Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet tal-benżen”.

7.

Metodu ta’ referenza għall-kejl tal-monossidu tal-karbonju fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kejl tal-monossidu tal-karbonju fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 14626:2012 “Il-kwalità tal-arja ambjentali – Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-monossidu tal-karbonju bl-ispettroskopija mhux dispersiva tal-infraaħmar”.

8.

Metodu ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kampjunar tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN12341:2023 “L-arja ambjentali – Il-metodu standard ta’ kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa PM10 jew PM2,5 tal-materja partikolata sospiża”. Il-metodu ta’ referenza għall-kejl tal-benżo[a]piren fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 15549:2008 “Il-kwalità tal-arja – Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-benżo[a]piren fl-arja ambjentali”. Fin-nuqqas ta’ metodu standardizzat EN għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 9(8), l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi standard nazzjonali jew metodi tal-ISO bħall-istandard tal-ISO 12884.

9.

Metodi ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-merkurju gassuż totali fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet tal-merkurju gassuż totali fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 15852:2010 “Il-kwalità tal-arja ambjentali – Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-merkurju gassuż totali”.

10.

Metodu ta’ referenza għall-kampjunar u l-analiżi tad-depożizzjoni tal-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil, il-merkurju u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

Il-metodu ta’ referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-arseniku, tal-kadmju, iċ-ċomb, u tan-nikil huwa dak deskritt f’EN 15841:2009 “Il-kwalità tal-arja ambjentali – Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-arseniku, tal-kadmju, taċ-ċomb u tan-nikil fid-depożizzjoni atmosferika”.

Il-metodu ta’ referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju huwa dak deskritt f’EN 15853:2010 “Il-kwalità tal-arja ambjentali – Il-metodu standard għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju”.

Il-metodu ta’ referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-benżo[a]piren u tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 9(8) huwa dak deskritt f’EN 15980:2011, “Il-kwalità tal-arja – Determinazzjoni tad-depożizzjoni ta’ benż[a]antraċen, benżo[b]fluworanten, benżo[j]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, dibenż[a,h]antraċen u indeno[1,2,3-cd]piren”.

11.

Metodu ta’ referenza għall-kejl tal-ożonu fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kejl tal-ożonu fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 14625:2012 “L-arja ambjentali – Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-ożonu bil-fotometrija ultravjola”.

12.

Metodu ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-karbonju elementali u l-karbonju organiku fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kampjunar tal-karbonju elementali u tal-karbonju organiku fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 12341:2023 “L-arja ambjentali – Il-metodu standard ta’ kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa PM10 jew PM2,5 tal-materja partikolata sospiża”. Il-metodi ta’ referenza għall-kejl tal-karbonju elementali u tal-karbonju organiku fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 16909:2017 “L-arja ambjentali – Il-kejl tal-karbonju elementali (EC) u tal-karbonju organiku (OC) miġbur fil-filtri”.

13.

Metodu ta’ referenza għall-kampjunar u l-kejl tal-NO3 -, tal-SO4 2-, tas-Cl-, tal-NH4 +, tal-Na+, tal-K+, tal-Mg2+, tas-Ca2+ fil-PM2,5 fl-arja ambjentali

Il-metodu ta’ referenza għall-kampjunar tal-NO3-, tal-SO4 2-, tas-Cl-, tal-NH4 +, tal-Na+, tal-K+, tal-Mg2+, tas-Ca2+ fil-PM2,5 fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 12341:2023 “L-arja ambjentali – Il-metodu standard ta’ kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa PM10 jew PM2,5 tal-materja partikolata sospiża”. Il-metodu ta’ referenza għall-kejl tal-NO3 -, tal-SO4 2-, tas-Cl-, tal-NH4 +, tal-Na+, tal-K+, tal-Mg2+, tas-Ca2+ fil-PM2,5 fl-arja ambjentali huwa dak deskritt f’EN 16913:2017 “L-arja ambjentali – Il-metodu standard għall-kejl tal-NO3 -, tal-SO4 2-, tas-Cl-, tal-NH4 +, tal-Na+, tal-K+, tal-Mg2+, tas-Ca2+ fil-PM2,5 kif depożitati fil-filtri”.

14.

Metodi għall-kampjunar u għall-kejl ta’ komposti organiċi volatili li huma sustanzi prekursuri tal-ożonu, il-metan, l-UFP, il-BC, id-distribuzzjoni tad-daqs ta’ partikoli ultrafini, l-ammonijaka, il-merkurju divalenti partikulat u gassuż, l-aċidu nitriku, il-levoglukosan u l-potenzjal ossidattiv tal-materja partikolata

Fin-nuqqas ta’ metodu standard EN għall-kampjunar u għall-kejl ta’ komposti organiċi volatili li huma sustanzi prekursuri tal-ożonu, il-metan, l-UFP, il-BC, id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli ultrafini, l-ammonijaka, il-merkurju divalenti partikulat u gassuż, l-aċidu nitriku, il-levoglukosan u l-potenzjal ossidattiv tal-materja partikolata, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-metodi tal-kampjunar u tal-kejl li jużaw, f’konformità mal-Anness V u filwaqt li jqisu l-għanijiet tal-kejl, inklużi dawk stabbiliti fit-Taqsima 3, il-Punt A, u fit-Taqsima 4, il-Punt A, tal-Anness VII kif applikabbli. Fejn ikunu disponibbli metodi ta’ kejl ta’ referenza standard internazzjonali, EN jew nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi CEN, dawn jistgħu jintużaw.

B.   Prova tal-ekwivalenza

1.

Stat Membru jista’ juża kwalunkwe metodu ieħor li jista’ juri, li jagħti riżultati ekwivalenti għal kwalunkwe wieħed mill-metodi ta’ referenza msemmi fil-Punt A ta’ dan l-Anness jew, fil-każ tal-materja partikolata, kull metodu ieħor li l-Istat Membru kkonċernat jista’ juri li jimmanifesta relazzjoni konsistenti mal-metodu ta’ referenza, bħal metodu ta’ kejl awtomatiku li jissodisfa r-rekwiżiti tal-istandard EN 16450:2017 “L-arja ambjentali – Sistemi ta’ kejl awtomatiku għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-materja partikolata (PM10; PM2,5)”. F’dak il-każ ir-riżultati miksuba b’tali metodu ieħor għandhom jiġu kkoreġuti biex jinkisbu riżultati ekwivalenti għal dawk li kienu jinkisbu bl-użu tal-metodu ta’ referenza.

2.

Il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi lill-Istati Membri jħejju u jissottomettu rapport dwar il-prova ta’ ekwivalenza f’konformità mal-punt 1.

3.

Fil-valutazzjoni tal-aċċettabbiltà tar-rapport imsemmi fil-punt 2, il-Kummissjoni għandha tirreferi għall-gwida tagħha dwar il-prova tal-ekwivalenza. Meta l-Istati Membri jkunu qed jużaw fatturi interim biex japprossimaw l-ekwivalenza, l-ekwivalenza approssimata għandha tiġi kkonfermata jew emendata b’referenza għal dik il-gwida.

4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull meta jkun jixraq, il-korrezzjoni għandha tiġi applikata wkoll retroattivament għad-data tal-kejl tal-imgħoddi biex id-data tkun tista’ titqabbel aħjar.

C.   Standardizzazzjoni

Għas-sustanzi niġġiesa gassużi, il-volum għandu jkun standardizzat għal temperatura ta’ 293 K u pressjoni atmosferika ta’ 101,3 kPa. Għall-materja partikolata u s-sustanzi li għandhom jiġu analizzati fil-materja partikolata (inkluż l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil u l-benżo[a]piren), il-volum tal-kampjunar jirreferi għall-kundizzjonijiet ambjentali f’termini tat-temperatura u l-pressjoni atmosferika fid-data tal-kejl.

D.   Rikonoxximent reċiproku ta’ data

Huma u juru li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni tal-metodi ta’ referenza elenkati fil-Punt A ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 5 għandhom jaċċettaw rapporti ta’ testijiet maħruġa fi Stati Membri oħra dment li l-laboratorji tat-testijiet ikunu akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni.

Ir-rapporti tat-testijiet dettaljati u r-riżultati kollha tat-testijiet għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra jew il-korpi maħtura tagħhom. Ir-rapporti tat-testijiet għandhom juru li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-prestazzjoni anke meta xi kundizzjonijiet ambjentali u tas-sit ikunu speċifiċi għal Stat Membru u jmorru lil hinn mill-kundizzjonijiet li għalihom it-tagħmir ikun diġà ġie ttestjat u approvat għat-tip fi Stat Membru ieħor.

E.   L-applikazzjonijiet ta’ referenza tal-immudellar tal-kwalità tal-arja

Fin-nuqqas ta’ standard EN dwar l-għanijiet tal-kwalità tal-immudellar, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar li jużaw, f’konformità mal-Punt F tal-Anness V.


ANNESS VII

Kejl f’supersiti ta’ monitoraġġ u tal-konċentrazzjoni tal-massa, il-kompożizzjoni kimika tal-PM2,5, tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu u tal-partikoli ultrafini

Taqsima 1 – Kejl ta’ sustanzi niġġiesa fis-supersiti ta’ monitoraġġ

Il-kejl fis-supersiti kollha ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban u f’postijiet bi sfond rurali għandu jinkludi is-sustanza niġġiesa elenkati fit-Tabelli 1 u 2, rispettivament.

Tabella 1 - Sustanzi niġġiesa li għandhom jitkejlu fis-supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban

Sustanza niġġiesa

Tip ta’ kejl

PM10, PM2,5, UFP, BC

Kejl fiss

NO2, O3

Kejl fiss

SO2, CO

Kejl fiss jew indikattiv

Distribuzzjoni tad-daqs tal-UFP

Kejl fiss jew indikattiv

Benżo[a]piren, idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) oħra, kif rilevanti (1)

Kejl fiss jew indikattiv

Depożizzjoni totali (2) ta’ benżo[a]piren, u idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) oħra, kif rilevanti

Kejl fiss jew indikattiv

Arseniku, kadmju, ċomb u nikil

Kejl fiss jew indikattiv

Depożizzjoni totali (2) ta’ arseniku, kadmju, ċomb, nikil u merkurju

Kejl fiss jew indikattiv

Benżen

Kejl fiss jew indikattiv

Kompożizzjoni kimika tal-PM2,5 f’konformità mat-Taqsima 2

Kejl fiss jew indikattiv


Tabella 2 - Sustanzi niġġiesa li għandhom jitkejlu fis-supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond rurali

Sustanza niġġiesa

Tip ta’ kejl

PM10, PM2,5, UFP, BC

Kejl fiss

NO2, O3 u ammonijaka)

Kejl fiss

SO2, CO

Kejl fiss jew indikattiv

Depożizzjoni totali ta’ benżo[a]piren u idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) oħra, kif rilevanti

Kejl fiss jew indikattiv

Depożizzjoni totali ta’ arseniku, kadmju, ċomb, nikil u merkurju

Kejl fiss jew indikattiv

Benżo[a]piren, idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) oħra, kif rilevanti (3)

Kejl fiss jew indikattiv

Arseniku, kadmju, ċomb u nikil

Kejl fiss jew indikattiv

Kompożizzjoni kimika tal-PM2,5 f’konformità mat-Taqsima 2

Kejl fiss jew indikattiv

Merkurju gassuż totali

Kejl fiss jew indikattiv


Tabella 3 - Sustanzi niġġiesa rakkomandati li jitkejlu f’supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban u f’postijiet bi sfond rurali jekk mhux koperti mir-rekwiżiti tat-Tabelli 1 u 2

Sustanza niġġiesa

Tip ta’ kejl

Distribuzzjoni tad-daqs tal-UFP

Kejl fiss jew indikattiv

Potenzjal ossidattiv ta’ materja partikolata

Kejl fiss jew indikattiv

Ammonijaka

Kejl fiss jew indikattiv

Levoglukosan li għandu jitkejjel bħala parti mill-kompożizzjoni kimika tal-PM2,5

Kejl fiss jew indikattiv

Merkurju gassuż totali

Kejl fiss jew indikattiv

Merkurju divalenti partikolat u gassuż

Kejl fiss jew indikattiv

Aċidu nitriku

Kejl fiss jew indikattiv

Taqsima 2 - Kejl tal-konċentrazzjoni tal-massa u tal-kompożizzjoni kimika tal-pm2,5

A.   Għanijiet

L-għanijiet ewlenin ta’ tali kejl huma li jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli informazzjoni adegwata dwar il-livelli fil-postijiet bi sfond urban u dawk bi sfond rurali. Din l-informazzjoni hija essenzjali biex jiġu ġġudikati l-livelli mtejba f’żoni aktar imniġġsa (bħalma huma postijiet bi sfond urban, hotspots tat-tniġġis tal-arja, il-postijiet marbuta mal-industrija jew il-postijiet marbuta mat-traffiku), biex jiġi vvalutat il-kontribut possibbli mit-trasport fuq medda twila ta’ sustanzi niġġiesa, biex tiġi appoġġata l-analiżi tat-tqassim tas-sorsi u għall-apprezzament ta’ sustanzi niġġiesa speċifiċi bħall-materja partikolata. Hija wkoll essenzjali għal aktar użu ta’ applikazzjonijiet ta’ mmudellar f’żoni urbani wkoll.

B.   Sustanzi

Il-kejl tal-PM2,5 għandu jinkludi tal-anqas il-konċentrazzjoni tal-massa totali u l-konċentrazzjonijiet tal-komposti xierqa biex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni kimika tagħha. Tal-anqas, għandha tiġi inkluża l-lista tal-ispeċijiet kimiċi mogħtija hawn taħt.

SO4 2–

Na+

NH4 +

Ca2+

karbonju elementari (EC)

NO3–

K+

Cl–

Mg2+

karbonju organiku (OC)

C.   Għażla tas-sit

Il-kejl għandu jittieħed f’postijiet bi sfond urban u bi sfond rurali f’konformità mal-Anness IV.

Taqsima 3- Kejl ta’ sustanzi prekursuri tal-ożonu

A.   Għanijiet

L-għanijiet ewlenin tal-kejl tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu huma li tiġi analizzata kwalunkwe xejra tal-prekursuri tal-ożonu, li tiġi vverifikata l-effiċjenza tal-istrateġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, li tiġi vverifikata l-konsistenza tal-inventarji tal-emissjonijiet, li jiġi appoġġat il-fehim dwar il-formazzjoni tal-ożonu u dwar il-proċessi ta’ dispersjoni tal-prekursuri, kif ukoll dwar l-applikazzjoni ta’ mudelli fotokimiċi, u li jgħin biex jiġu attribwiti s-sorsi tal-emissjonijiet għall-konċentrazzjonijiet osservati ta’ tniġġis.

B.   Sustanzi

Il-kejl tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu għandu jinkludi tal-anqas l-ossidi tan-nitroġenu (NO u NO2), u, kif xieraq, l-il-metanu (CH4) u l-komposti organiċi volatili (VOC). L-għażla tal-komposti speċifiċi li għandhom jitkejlu għandha tiddependi fuq l-għan mixtieq u tista’ tiġi kkomplementata minn komposti oħra ta’ interess. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-metodu li jqisu bħala xieraq għall-għan mixtieq. Il-metodu ta’ referenza kif speċifikat fl-Anness VI japplika għad-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu.

Lista ta’ VOC li l-kejl tagħhom huwa rakkomandat tingħata hawn taħt:

Familja kimika

Sustanza

Isem trivjali

Isem IUPAC

Formola

Nru CAS

Alkoħols

Metanol

Metanol

CH4O

67-56-1

Etanol

Etanol

C2H6O

64-17-5

Aldeid

Formaldeid

Metanal

CH2O

50-00-0

Aċetaldeid

Etanal

C2H4O

75-07-0

Metakroleina

2-Metilprop-2-enal

C4H6O

78-85-3

Alkini

Aċetilen

Etin

C2H2

74-86-2

Alkani

Etan

Etan

C2H6

74-84-0

Propan

Propan

C3H8

74-98-6

n-Butan

Butan

C4H10

106-97-8

i-Butan

2-Metilpropan

C4H10

75-28-5

n-Pentan

Pentan

C5H12

109-66-0

i-Pentan

2-Metilbutan

C5H12

78-78-4

n-Eżan

Eżan

C6H14

110-54-3

i-Eżan

2-Metilpentan

C6H14

107-83-5

n-Ettan

Ettan

C7H16

142-82-5

n-Ottan

Ottan

C8H18

111-65-9

i-Ottan

2,2,4-Trimetilpentan

C8H18

540-84-1

Alkeni

Etilen

Eten

C2H4

75-21-8

Propen / Propilen

Propen

C3H6

115-07-1

1,3-Butadien

Buta-1,3-dien

C4H6

106-99-0

1-Buten

But-1-en

C4H8

106-98-9

Trans-2-Buten

(E)-but-2-en

C4H8

624-64-6

cis-2-Buten

(Z)-but-2-en

C4H8

590-18-1

1-Penten

Pent-1-en

C5H10

109-67-1

2-Penten

(Z)-Pent-2-en

C5H10

627-20-3 (cis-2 penten)

(E)-Pent-2-en

646-04-8 (trans-2 penten)

Idrokarburi aromatiċi

Benżen

Benżen

C6H6

71-43-2

Toluwen / Metilbenżen

Toluwen

C7H8

108-88-3

Etil benżen

Etilbenżen

C8H10

100-41-4

m + p-Ksilen

1,3-Dimetilbenżen (m-Ksilen)

C8H10

108-38-3 (m-Ksilen)

1,4-Dimetilbenżen (p-Ksilen)

106-42-3 (p-Ksilen)

o-Ksilen

1,2-Dimetilbenżen (o-Ksilen)

C8H10

95-47-6

1,2,4-Trimetilbenżen

1,2,4-Trimetilbenżen

C9H12

95-63-6

1,2,3-Trimetilbenżen

1,2,3-Trimetilbenżen

C9H12

526-73-8

1,3,5-Trimetilbenżen

1,3,5-Trimetilbenżen

C9H12

108-67-8

Ketoni

Aċeton

Propan-2-on

C3H6O

67-64-1

Metil etil keton

Butan-2-on

C4H8O

78-93-3

Metil vinil keton

3-Buten-2-on

C4H6O

78-94-4

Terpeni

Isopren

2-Metilbut-1,3-dien

C5H8

78-79-5

p-Ċimen

1-Metil-4-(1-metiletil)benżen

C10H14

99-87-6

Limonen

1-metil-4-(1-metiletenil)-ċikloeżen

C10H16

138-86-3

β-Mirċen

7-Metil-3-metilen-1,6-ottadien

C10H16

123-35-3

α-Pinen

2,6,6-Trimetil-biċiklo[3.1.1]ett-2-en

C10H16

80-56-8

β-Pinen

6,6-Dimetil-2-metil-enbiċiklo[3.1.1]ettan

C10H16

127-91-3

Kamfen

2,2-dimetil-3-metil-enbiċiklo[2.2.1]ettan

C10H16

79-92-5

Δ3-Karen

3,7,7-Trimetil-biċiklo[4.1.0]ett-3-en

C10H16

13466-78-9

1,8-Ċineol

1,3,3 trimetil 2 ossabiċiklo [2,2,2]ottan

C10H18O

470-82-6

C.   Għażla tas-sit

Il-kejl għandu jittieħed f’punti ta’ kampjunar stabbiliti f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u li jitqiesu xierqa fir-rigward tal-għanijiet tal-monitoraġġ imsemmija fil-Punt A ta’ din it-Taqsima.

Taqsima 4- Kejl ta’ partikoli ultrafini (UFP)

A.   Għanijiet

L-għan ta’ tali kejl huwa li jiġi żgurat li tkun disponibbli informazzjoni adegwata f’postijiet fejn iseħħu konċentrazzjonijiet għoljin ta’ UFP li huma influwenzati prinċipalment minn sorsi mit-trasport bl-ajru, bl-ilma jew bit-triq (bħal ajruporti, portijiet jew toroq), siti industrijali jew tisħin domestiku. L-informazzjoni għandha tkun xierqa biex tiġġudika fuq livelli msaħħa ta’ konċentrazzjonijiet ta’ UFP minn dawk is-sorsi.

B.   Sustanzi

UFP.

C.   Għażla tas-sit

Il-punti ta’ kampjunar għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Annessi IV u V f’post fejn x’aktarx ikun hemm konċentrazzjonijiet għoljin ta’ UFP u fuq in-naħa favur ir-riħ tas-sorsi ewlenin fid-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ ta’ dawk is-sorsi.


(1)  Benżo[a]piren u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) l-oħra msemmija fl-Artikolu 9(8).

(2)  Meta l-post fejn jinsab supersit ta’ monitoraġġ f’post bi sfond urban ma jippermettix li l-linji gwida u l-kriterji tal-EMEP japplikaw f’konformità mal-Punt C, il-punt (f), tal-Anness IV, il-kejl tad-depożizzjoni korrispondenti jista’ jitwettaq f’post bi sfond urban separat fi ħdan iż-żona ta’ rappreżentattività.

(3)  Benżo[a]piren u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) l-oħra msemmija fl-Artikolu 9(8).


ANNESS VIII

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja għal titjib fil-kwalità tal-arja ambjentali

A.   Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 19(6)

1.   Lokalizzazzjoni ta’ tniġġis żejjed

(a)

reġjun;

(b)

belt/bliet (mapep);

(c)

punt(i) ta’ kampjunar (mappa, koordinati ġeografiċi).

2.   Informazzjoni ġenerali

(a)

tip ta’ żona (urbana, industrijali jew rurali) jew il-karatteristiċi tal-unità territorjali tal-esponiment medju jew l-unità territorjali msemmija fl-Aetikolu 19(2) (inkluż żoni urbani, industrijali jew rurali);

(b)

stima taż-żona mniġġsa (f’km2) u tal-popolazzjoni esposta għat-tniġġis;

(c)

konċentrazzjonijiet jew indikatur tal-esponiment medju tas-sustanza niġġiesa rilevanti osservati mill-inqas 5 snin qabel il-qbiż sad-data l-aktar riċenti, inkluż it-tqabbil tagħhom mal-valuri limitu jew l-obbligu għat-tnaqqis tal-esponiment medju u l-għan tal-konċentrazzjoni tal-esponiment medju.

3.   Awtoritajiet responsabbli

Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja.

4.   Oriġini tat-tniġġis filwaqt li jitqies ir-rappurtar skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u l-informazzjoni pprovduta fil-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja

(a)

lista tas-sorsi ewlenin ta’ emissjonijiet responsabbli għat-tniġġis;

(b)

kwantità totali ta’ emissjonijiet minn dawn is-sorsi (f’tunnellati metriċi/sena);

(c)

valutazzjoni tal-livell ta’ emissjonijiet (eż. fil-livell tal-belt, reġjonali, nazzjonali, u kontributi transkonfini);

(d)

tqassim tas-sors skont is-setturi rilevanti li jikkontribwixxu għall-qbiż fil-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.

5.   Deskrizzjoni tax-xenarju bażi użat bħala bażi għall-pjan dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja sabiex jintwerew l-effetti tan-nuqqas ta’ azzjoni, inkluża evoluzzjoni proġettata kemm tal-emissjonijiet kif ukoll tal-konċentrazzjonijiet.

6.   Identifikazzjoni u dettalji tal-miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja li jistgħu jiġu kkunsidrati għall-għażla:

(a)

l-elenkar u d-deskrizzjoni tal-miżuri kollha kkunsidrati fil-pjan dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, inkluż l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti inkarigata mill-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

il-kwantifikazzjoni jew l-istima tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (f’tunnellati metriċi/sena) u, meta applikabbli, it-tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet ta’ kull miżura msemmija fil-punt (a).

7.   Miżuri magħżula u l-impatt mistenni tagħhom biex tintlaħaq il-konformità fl-iskedi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 19:

(a)

l-elenkar tal-miżuri magħżula, inkluża lista ta’ informazzjoni (inkluż ir-riżultati tal-immudellar u tal-valutazzjoni tal-miżuri) biex jintlaħaq l-istandard tal-kwalità tal-arja kkonċernat f’konformità mal-Anness I; jekk rilevanti, fejn il-lista ta’ miżuri skont il-punt 6 (a) ta’ dan il-Punt tinkludi miżuri b’potenzjal għoli possibbli biex itejbu l-kwalità tal-arja, iżda ma jkunux intgħażlu għall-adozzjoni, spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-miżuri ma ntgħażlux għall-adozzjoni;

(b)

l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni ta’ kull miżura u l-atturi responsabbli;

(c)

il-kwantifikazzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (f’tunnellati metriċi/sena) tal-kombinazzjoni ta’ miżuri msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-punt;

(d)

it-tnaqqis kwantifikat mistenni tal-konċentrazzjoni (f’μg/m3) f’kull punt ta’ kampjunar li jaqbeż il-valuri limitu, il-valuri fil-mira jew l-indikatur tal-esponiment medju f’każ ta’ qbiż tal-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju, mis-sett ta’ miżuri msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-punt;

(e)

trajettorja indikattiva lejn il-konformità u sena stmata tal-konformità għal kull sustanza niġġiesa fl-arja koperta mill-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja jew mill-pjan dwar il-kwalità tal-arja filwaqt li jitqies is-sett ta’ miżuri msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-punt;

(f)

għall-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, raġunijiet biex jiġi spjegat kif tali pjanijiet jew pjanijiet direzzjonali jistabbilixxu miżuri li jiżguraw li l-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun, inkluż fit-tabella tal-implimentazzjoni.

8.   Anness 1 għall-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja: Aktar informazzjoni ta’ sfond

(a)

id-data klimatika;

(b)

id-data dwar it-topografija;

(c)

l-informazzjoni dwar ix-xorta ta’ miri li jeħtieġu protezzjoni fiż-żona, meta applikabbli;

(d)

l-elenkar u d-deskrizzjoni tal-miżuri addizzjonali kollha, li jiżvolġu l-impatt totali tagħhom fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali fi 3 snin jew aktar.

(e)

informazzjoni soċjoekonomika dwar iż-żona relatata, sabiex jiġu promossi kwistjonijiet ta’ ekwità ambjentali u l-protezzjoni ta’ popolazzjoni sensittiva u ta’ gruppi vulnerabbli;

(f)

deskrizzjoni tal-metodu użat u s-suppożizzjonijiet magħmula jew id-data użata għall-projezzjonijiet tal-evoluzzjoni tal-kwalità tal-arja inkluż, fejn possibbli, il-marġini ta’ inċertezza tal-projezzjonijiet u x-xenarji ta’ sensittività biex jitqiesu l-aħjar xenarji possibbli, ix-xenarji l-aktar probabbli u tal-agħar xenarji possibbli;

(g)

dokumenti ta’ sfond u informazzjoni użati għall-valutazzjoni.

9.   Anness 2 għall-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja: Sommarju tal-informazzjoni pubblika u l-miżuri ta’ konsultazzjoni meħuda skont l-Artikolu 19(7), ir-riżultati tagħhom u spjegazzjoni ta’ kif dawn ir-riżultati tqiesu fil-pjan finali dwar il-kwalità tal-arja jew fil-pjan direzzjonali finali dwar il-kwalità tal-arja.

10.   Anness 3 għall-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja: Evalwazzjoni tal-miżuri (fil-każ ta’ aġġornament tal-pjan dwar il-kwalità tal-arja)

(a)

valutazzjoni tal-iskeda ta’ żmien tal-miżuri mill-pjan preċedenti dwar il-kwalità tal-arja;

(b)

stima tal-impatt fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi niġġiesa tal-miżuri mill-pjan preċedenti dwar il-kwalità tal-arja.

B.   Lista indikattiva ta’ miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja

1.   Informazzjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tad-Direttivi msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2016/2284.

2.   Informazzjoni dwar il-miżuri kollha għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja li kienu kunsidrati fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali għall-implimentazzjoni f’konnessjoni mal-kisba tal-għanijiet tal-kwalità tal-arja, bħal:

(a)

tnaqqis tal-emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji billi jiġi żgurat li s-sorsi ta’ kombustjoni stazzjonarji li jiniġġsu ta’ daqs żgħir jew medju (inkluż għall-bijomassa) jitwaħħlilhom tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet jew jinbidlu; u li l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini tittejjeb;

(b)

tnaqqis tal-emissjonijiet mill-vetturi billi ssirilhom modifika retroattiva b’sistema tal-motopropulsjoni b’emissjonijiet ta’ livell żero u b’tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet; għandu jiġi kkunsidrat l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni;

(c)

akkwist mill-awtoritajiet pubbliċi, f’konformità mal-manwal dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku, ta’ fjuwils,tagħmir tal-kombustjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u vetturi b’emissjonijiet ta’ livell żero kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(d)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz tal-użu ta’ vetturi tat-trasport kollettiv u pubbliku b’emissjonijiet ta’ livell żero u baxx jew vetturi mgħammra b’soluzzjonijiet diġitali moderni li jaffettwaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet;

(e)

miżuri biex jittejbu l-kwalità, l-effiċjenza, l-affordabbiltà u l-konnettività tat-trasport kollettiv u pubbliku;

(f)

miżuri relatati mal-użu u l-implimentazzjoni tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi;

(g)

miżuri biex jiġu llimitati l-emissjonijiet mit-trasport permezz tal-ippjanar urban u l-ġestjoni tat-traffiku, inkluż:

(i)

tariffi marbuta mal-konġestjoni, bħall-pedaġġ tat-triq u tariffi tal-utenti bbażati fuq il-kilometraġġ;

(ii)

għażla tal-materjali tat-triq;

(iii)

ħlasijiet għall-ipparkjar fuq art pubblika jew inċentivi ekonomiċi oħra u b’tariffi differenti għal vetturi li jniġġsu u dawk b’emissjonijiet ta’ livell żero;

(iv)

l-istabbiliment ta’ skemi ta’ restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi urbani, inklużi żoni b’emissjonijiet baxxi u żoni b’emissjonijiet ta’ livell żero;

(v)

l-istabbiliment ta’ viċinati b’ammont baxx ta’ traffiku, superblokki u viċinati mingħajr karozzi;

(vi)

l-istabbiliment ta’ toroq bla karozzi;

(vii)

arranġamenti ta’ konsenja b’emissjonijiet (tal-egżost) żero “tal-aħħar mil”;

(viii)

il-promozzjoni tal-car-sharing u l-car-pooling;

(ix)

l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti;

(x)

il-ħolqien ta’ ċentri multimodali li jgħaqqdu diversi soluzzjonijiet ta’ trasport sostenibbli u faċilitajiet ta’ parkeġġ;

(xi)

l-inċentivar taċ-ċikliżmu u l-mixi, pereżempju billi jiġi estiż l-ispazju għaċ-ċiklisti u għall-persuni bil-mixi, tingħata prijorità liċ-ċikliżmu u l-mixi fl-ippjanar tal-infrastruttura, u jiġi estiż in-network tar-rotot taċ-ċikliżmu;

(xii)

l-ippjanar għal bliet kompatti;

(h)

miżuri li jinkoraġġixxu bidla modali lejn mobilità attiva u forom ta’ trasport li jniġġsu inqas (eż. il-mixi, iċ-ċikliżmu, it-trasport pubbliku jew il-ferrovija), inkluż:

(i)

l-elettrifikazzjoni tat-trasport pubbliku, it-tisħiħ tan-network tat-trasport pubbliku, u s-simplifikazzjoni tal-aċċess u l-użu, pereżempju permezz ta’ prenotazzjoni diġitali u interkonnessa u informazzjoni dwar it-tranżitu f’ħin reali;

(ii)

l-iżgurar ta’ intermodalità bla xkiel għall-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura bejn żoni rurali u urbani, pereżempju bejn il-ferroviji u ċ-ċikliżmu, u bejn il-karozzi u t-trasport pubbliku (bħal skemi ta’ park and ride);

(iii)

ir-ridirezzjonar tal-inċentivi fiskali u ekonomiċi lejn mobbiltà attiva u kondiviża, inklużi inċentivi għaċ-ċikliżmu u l-mixi lejn ix-xogħol;

(iv)

skemi ta’ skrappjar għall-vetturi li jniġġsu l-aktar;

(i)

miżuri li jinkoraġġixxu bidla lejn vetturi b’emissjonijiet ta’ livell żero u makkinarju mhux tat-triq kemm għal applikazzjonijiet privati kif ukoll kummerċjali;

(j)

miżuri biex jiġi żgurat li l-fjuwils b’emissjonijiet baxxi jingħataw preferenza f’sorsi stazzjonarji ta’ skala żgħira, medja u kbira u f’sorsi mobbli;

(k)

miżuri biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja minn sorsi industrijali skont id-Direttiva 2010/75/UE, u permezz tal-użu ta’ strumenti ekonomiċi bħalma huma t-taxxi, l-imposti jew l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs;

(l)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu u bl-ajru permezz tal-użu ta’ fjuwils alternattivi u l-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, kif ukoll l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi biex jiġi aċċellerat l-użu tagħhom, u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-vapuri u d-dgħajjes irmiġġati u t-traffiku fil-portijiet, filwaqt li titħaffef il-provvista tal-enerġija fuq l-art u l-elettrifikazzjoni tal-bastimenti u tal-makkinarju tax-xogħol fil-portijiet;

(m)

miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-agrikoltura;

(n)

miżuri li jipproteġu s-saħħa tat-tfal jew ta’ gruppi tal-popolazzjoni sensittivi oħra u gruppi vulnerabbli;

(o)

miżuri li jħeġġu tibdil fl-imġiba.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).


ANNESS IX

Miżuri ta’ emerġenza li għandhom jitqiesu għall-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir meħtieġa skont l-artikolu 20

Miżuri li għandhom jitqiesu għal żmien qasir immirati biex jindirizzaw is-sorsi li jikkontribwixxu għar-riskju li jinqabeż il-livell limitu ta’ allert, skont iċ-ċirkostanzi lokali u liema sustanza niġġiesa tkun qed tiġi kkunsidrata:

(a)

ir-restrizzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi, speċifikament madwar postijiet iffrekwentati minn popolazzjoni sensittiva u gruppi vulnerabbli;

(b)

trasport pubbliku bi prezz baxx jew bla ħlas;

(c)

is-sospensjoni ta’ operazzjonijiet f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni;

(d)

it-tindif tat-toroq;

(e)

arranġamenti ta’ xogħol flessibbli.


ANNESS X

Informazzjoni pubblika

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

data aġġornata ta’ kull siegħa għal kull punt ta’ kampjunar tad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu, il-materja partikolata, (PM10 u PM2,5), il-monossidu tal-karbonju u l-ożonu; dan għandu japplika għall-informazzjoni mill-punti ta’ kampjunar kollha meta tkun disponibbli informazzjoni aġġornata, u tal-inqas għall-informazzjoni mill-għadd minimu ta’ punti ta’ kampjunar meħtieġa skont l-Anness III jekk il-metodu ta’ kejl ikun xieraq għal data aġġornata (UTD), minkejja li l-Istati Membri jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni aġġornata kemm jista’ jkun u jadattaw progressivament il-metodi tal-kejl tagħhom għal dan il-għan; meta tkun disponibbli, għandha tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni aġġornata li tirriżulta mill-applikazzjonijiet ta’ mmudellar;

(b)

konċentrazzjonijiet imkejla tas-sustanzi niġġiesa kollha u, meta possibbli, imqabbla mal-valuri ta’ gwida l-aktar riċenti rrakkomandati mil-WHO, ippreżentati skont il-perjodi xierqa kif stabbilit fl-Anness I;

(c)

l-informazzjoni dwar il-qabża/iet osservata/i ta’ kwalunkwe valur limitu, il-valur fil-mira, u l-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju, inkluż mill-inqas:

(i)

il-post jew iż-żona tal-qbiż,

(ii)

meta beda l-qbiż u kemm dam,

(iii)

il-konċentrazzjoni mkejla meta mqabbla mal-istandards tal-kwalità tal-arja applikabbli, jew mal-indikatur tal-esponiment medju f’każ li jinqabeż l-obbligu għat-tnaqqis tal-esponiment medju;

(d)

informazzjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa, inkluż mill-inqas:

(i)

l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa fil-popolazzjoni ġenerali, u, sa fejn ikun possibbli, ta’ kull sustanza niġġiesa koperta minn din id-Direttiva;

(ii)

l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa fil-popolazzjoni sensittiva u fil-gruppi vulnerabbli, u, sa fejn ikun possibbli, ta’ kull sustanza niġġiesa koperta minn din id-Direttiva;

(iii)

deskrizzjoni tas-sintomi li jista’ jkun hemm,

(iv)

prekawzjonijiet rakkomandati li għandhom jittieħdu, maqsuma fi prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-popolazzjoni ġenerali u mill-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli;

(v)

fejn tista’ tinstab aktar informazzjoni;

(e)

informazzjoni rigward l-impatti fuq il-veġetazzjoni;

(f)

informazzjoni dwar azzjonijiet preventivi biex jitnaqqas it-tniġġis u l-esponiment għalih: indikazzjoni tas-setturi tas-sorsi ewlenin; rakkomandazzjonijiet għall-azzjonijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet;

(g)

informazzjoni dwar il-kampanji ta’ kejl jew attivitajiet simili u r-riżultati tagħhom f’każ li jkunu twettqu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata lill-pubbliku informazzjoni f’waqtha dwar qabżiet attwali jew imbassra tal-livelli limiti ta’ allert, u ta’ kwalunkwe livell limitu ta’ informazzjoni; id-dettalji mogħtija għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar il-qabża/iet osservata/i:

(i)

il-post jew iż-żona tal-qbiż,

(ii)

it-tip ta’ livell limitu maqbuż (ta’ allert jew ta’ informazzjoni),

(iii)

meta beda l-qbiż u kemm dam,

(iv)

l-ogħla konċentrazzjoni f’siegħa u, barra minn hekk, l-ogħla medja tal-konċentrazzjoni fuq medda ta’ tmien sigħat fil-każ tal-ożonu;

(b)

tbassir għal waranofsinhar jew il-jum/jiem li ġej(jin):

(i)

iż-żona ġeografika tal-qabżiet mistennija tal-livell limitu ta’ allert jew ta’ informazzjoni,

(ii)

il-bidla mistennija fit-tniġġis (jiġifieri titjib, stabbilizzazzjoni jew deterjorazzjoni), flimkien mar-raġunijiet għal dawn il-bidliet;

(c)

informazzjoni dwar it-tip ta’ popolazzjoni konċernata, l-effetti li jista’ jkun hemm fuq is-saħħa u l-imġiba rakkomandata:

(i)

informazzjoni dwar il-gruppi mill-popolazzjoni f’riskju,

(ii)

deskrizzjoni tas-sintomi li jista’ jkun hemm,

(iii)

prekawzjonijiet rakkomandati li għandhom jittieħdu mill-popolazzjoni konċernata,

(iv)

fejn tista’ tinstab aktar informazzjoni;

(d)

informazzjoni dwar pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir u azzjonijiet preventivi biex jitnaqqas it-tniġġis jew l-esponiment għalih: indikazzjoni tas-setturi tas-sorsi ewlenin; rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn sorsi antropoġeniċi;

(e)

rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni biex jitnaqqas l-esponiment;

(f)

fil-każ ta’ qabżiet imbassra, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li tali dettalji jingħataw sal-punt prattikabbli.

3.   Meta jseħħ qbiż jew meta jkun hemm riskju li jinqabeż kwalunkwe valur limitu, il-valur fil-mira, l-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju, il-livelli limiti ta’ allert jew ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija f’dan l-Anness tiġi promossa wkoll għall-pubbliku.


ANNESS XI

PARTI A

Id-Direttivi Mħassra flimkien ma’ listi tal-emendi suċċessivi għalihom (imsemmija fl-Artikolu 30)

Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3)

 

 

Ir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109)

il-punt 3.8 tal-Anness biss

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480

(ĠU L 226, 29.8.2015, p. 4)

l-Artikoli 1 u 2

Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1)

 

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 30)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

2004/107/KE

fil-15 ta’ Frar 2007.

2008/50/KE

fil-11 ta’ Ġunju 2010.

(UE) 2015/1480

fil-31 ta’ Diċembru 2016.


ANNESS XII

Tabella ta’ korrelazzjoni

Din id-Direttiva

Id-Direttiva 2008/50/KE

Id-Direttiva 2004/107/KE

L-Artikolu 1

—

—

L-Artikolu 2

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 3

L-Artikolu 32

L-Artikolu 8

L-Artikolu 4

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 5

L-Artikolu 3

—

L-Artikolu 6

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 7

L-Artikolu 5 u l-Artikolu 9(2)

L-Anness II, it-Taqsima B

L-Artikolu 4(2), (3) u (6)

L-Anness II, it-Taqsima II

L-Artikolu 8

L-Artikolu 6 u l-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 4(1) sa (5) u (10)

L-Artikolu 9

L-Artikoli 7 u 10

L-Anness V, it-Taqsima A, il-punt 1, in-nota 1 f’qiegħ il-paġna

L-Artikolu 4(7), (8) u (11)

L-Artikolu 10

—

L-Artikolu 4(9)

L-Artikolu 11

L-Artikoli 8 u 11

L-Artikolu 4(12) u (13)

L-Artikolu 12

L-Artikolu 12, l-Artikolu 17(1) u (3) u l-Artikolu 18

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 13

L-Artikoli 13 u 15, l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 17(1)

L-Artikolu 3(1) u (3)

L-Artikolu 14

L-Artikolu 14

—

L-Artikolu 15

L-Artikolu 19, l-ewwel paragrafu

—

L-Artikolu 16

L-Artikolu 20

—

L-Artikolu 17

L-Artikolu 21

—

L-Artikolu 18

L-Artikolu 22

—

L-Artikolu 19

L-Artikolu 17(2) u (23)

L-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 20

L-Artikolu 24

—

L-Artikolu 21

L-Artikolu 25

—

L-Artikolu 22

L-Artikolu 26

L-Artikolu 7

L-Artikolu 23

L-Artikoli 19, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 27

L-Anness III, it-Taqsima D

L-Artikolu 5(1) u (4)

L-Artikolu 24

L-Artikolu 28

L-Artikolu 4(15)

L-Artikolu 25

—

—

L-Artikolu 26

L-Artikolu 29

L-Artikolu 6

L-Artikolu 27

—

—

L-Artikolu 28

—

—

L-Artikolu 29

L-Artikolu 30

L-Artikolu 9

L-Artikolu 30

L-Artikolu 33

L-Artikolu 10

L-Artikolu 31

L-Artikolu 31—

—

L-Artikolu 32

L-Artikolu 34

L-Artikolu 11

L-Artikolu 33

L-Artikolu 35

L-Artikolu 12

L-Anness I

L-Annessi VII, XI, XII, XIII u XIV

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II, it-Taqsima B

L-Anness II, it-Taqsima I

L-Anness III

L-Annessi V u IX

L-Anness III, it-Taqsima IV

L-Anness IV

L-Annessi III u VIII

L-Anness III, it-Taqsimiet I, II u III

L-Anness V

L-Anness I

L-Anness IV

L-Anness VI

L-Anness VI

L-Anness V

L-Anness VII

L-Annessi IV u X

—

L-Anness VIII

L-Anness XV

—

L-Anness IX

—

—

L-Anness X

L-Anness XVI

—

L-Anness XI

—

—

L-Anness XII

L-Anness XVII

—


ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2881/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)