02007D0306 — MT — 01.07.2019 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ April 2007

dwar l-irtirar mis-suq ta’ ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1xRf2 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5) u l-prodotti ġejjin minnha

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1806)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(2007/306/KE)

(ĠU L 117 5.5.2007, p. 20)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/69/UE tat-3 ta’ Frar 2012

  L 34

12

7.2.2012

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2268 It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku tal-14 ta' Diċembru 2016

  L 342

34

16.12.2016

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1117 It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku tal-24 ta' Ġunju 2019

  L 176

59

1.7.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ April 2007

dwar l-irtirar mis-suq ta’ ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1xRf2 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5) u l-prodotti ġejjin minnha

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1806)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(2007/306/KE)



▼M2

Artikolu 1

Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv ta' ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinament ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5 fit-tnissil u l-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor dejta dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

Id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada sal-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 2

1.  Il-preżenza ta' materjal li fih ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinament ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5, li jikkonsisti fihom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2019, sakemm din il-preżenza:

(a) tkun aċċidentali jew teknikament inevitabbli; u

(b) tkun fi proporzjon mhux ogħla minn piż skont il-piż ta' 0,1 %.

2.  Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċertifikat għaż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4–7×ACS-BNØØ2-5 permezz tal-American Oil Chemists Society [fuq https://www.aocs.org/attain-lab-services/certified-reference-materials-(crms).

▼B

Artikolu 3

L-inklużjoni fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament, rigward l-ACS-BNØØ4-7, l-ACS-BNØØ2-5 u l-kombinazzjoni ta’ l-ibridi ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5 taż-żrieragħ tal-kolza għandha tinbidel biex jittieħed kont ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil ►M3  BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja ◄ .

▼M2 —————