|
19.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9868 — Raytheon Technologies Corporation/Saudi Arabian Oil Company/Middle East Cyber Services JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 205/11)
1.
Fit-12 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Raytheon Saudi Arabia (“Raytheon Saudi”, l-Arabja Sawdija), sussidjarja indiretta li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Raytheon Technologies Corporation (“Raytheon”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
The Saudi Aramco Development Company (“SADCO”, l-Arabja Sawdija), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ The Saudi Arabian Oil Company (“Saudi Aramco”, l-Arabja Sawdija), |
|
— |
Middle East Cyber Services Company Limited (l-Arabja Sawdija). |
Raytheon Saudi u SADCO jakkwsitaw il-kontroll bi sħab, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, tal-Middle East Cyber Services Company Limited kollha kemm hi, joint venture bil-funzjonijiet kollha li għandha tkun stabbilita fir-Renju tal-Arabja Sawdija (il-“JV”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Raytheon: kumpanija attiva fl-ajruspazju u d-difiża u li tipprovdi sistemi avvanzati u servizzi għal klijenti kummerċjali, militari u statali madwar id-dinja. |
|
— |
Saudi Aramco: kumpanija b’ishma bi sħab primarjament involuta fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u, sa ċertu punt, fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti raffinati u ta’ prodotti petrokimiċi. |
|
— |
il-JV: il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-provvista ta; prodotti u servizzi għad-difiża taċ-ċibersigurtà fir-Renju tal-Arabja Sawdija u fir-reġjun tal-Lvant Nofsani/tal-Afrika ta’ Fuq. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9868 — Raytheon Technologies Corporation/Saudi Arabian Oil Company/Middle East Cyber Services JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).