|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1902 |
26.9.2025 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations
Ir-Regolament tan-NU Nru 39 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tal-ispidometru u l-odometru inkluża l-installazzjoni tiegħu [2025/1902]
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Serje ta’ emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: is-26 ta’ Settembru 2025
Dan id-dokument sar bil-ħsieb li jintuża purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2025/18/Rev.1
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp tal-Applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-Approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet |
|
6. |
Modifikazzjonijiet tat-Tip ta’ Vettura |
|
7. |
Konformità tal-Produzzjoni |
|
8. |
Penali għan-Nuqqas ta’ Konformità tal-Produzzjoni |
|
9. |
Ismijiet u Indirizzi tas-Servizzi Tekniċi Responsabbli mit-Twettiq tat-Testijiet tal-Approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
|
10. |
Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali |
ANNESSI
|
1 |
Komunikazzjoni |
|
2 |
Arranġamenti tal-Marki tal-Approvazzjoni |
|
3 |
Test ta’ Akkuratezza tal-Ispidometru għall-Konformità tal-Produzzjoni |
|
4 |
Test ta’ Akkuratezza tat-Tagħmir tal-Odometru |
|
5 |
Dokument ta’ Informazzjoni |
1. Kamp tal-Applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji L, M u N (1)
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tal-ispidometru u l-odometru inkluża l-installazzjoni tiegħu. |
|
2.2. |
“Tip ta’ vettura fir-rigward tal-ispidometru u l-odometru tagħha” tfisser vetturi li bejniethom ma juru ebda differenza essenzjali, fejn dawk id-differenzi jistgħu japplikaw, b’mod partikolari, għal dawn li ġejjin: |
|
2.2.1. |
Id-denominazzjoni tad-daqs tat-tajers magħżula mill-varjetà ta’ tajers iffittjati normalment; |
|
2.2.2. |
Il-proporzjon ta’ trażmissjoni globali, inkluż kull apparat għat-tnaqqis tal-proporzjonijiet tat-trażmissjoni lejn l-ispidometru u l-odometru; |
|
2.2.3. |
It-tip ta’ spidometru kif ikkaratterizzat minn: |
|
2.2.3.1. |
It-tolleranzi tal-mekkaniżmu ta’ kejl tal-ispidometru; |
|
2.2.3.2. |
Il-kostant tekniku tal-ispidometru; |
|
2.2.3.3. |
Il-firxa ta’ veloċitajiet murija. |
|
2.2.4. |
It-tip ta’ odometru kif ikkaratterizzat minn dan li ġej: |
|
2.2.4.1. |
Il-kostant tekniku tal-odometru; |
|
2.2.4.2. |
L-għadd ta’ numerali. |
|
2.3. |
“Tajers iffittjati normalment” tfisser it-tip jew tipi ta’ tajer ipprovduti mill-manifattur fuq it-tip ta’ vettura kkonċernat; tajers tal-borra ma jitqisux bħala tajers iffittjati normalment; |
|
2.4. |
“Pressjoni ta’ użu normali” tfisser il-pressjoni ta’ inflazzjoni kiesħa speċifikata mill-manifattur tal-vettura miżjuda b’200 hPa; |
|
2.5. |
“Spidometru” tfisser dik il-parti tat-tagħmir tal-ispidometru li tindika l-veloċità tal-vettura lis-sewwieq fi kwalunkwe mument partikolari; |
|
2.5.1. |
“Tolleranzi tal-mekkaniżmu ta’ kejl tal-ispidometru” tfisser l-akkuratezza tal-istrument tal-ispidometru proprju, espressa bħala l-limiti massimi u minimi tal-indikazzjoni tal-veloċità għal firxa ta’ inputs tal-veloċità; |
|
2.5.2. |
“Kostant tekniku tal-ispidometru” tfisser ir-relazzjoni bejn id-dawriet jew l-impulsi tal-input kull minuta u veloċità speċifikata murija; |
|
2.6. |
“Odometru” tfisser il-parti tat-tagħmir li tindika lis-sewwieq id-distanza totali misjuqa mill-vettura. |
|
2.6.1. |
“Kostant tekniku tal-odometru” tfisser ir-relazzjoni bejn id-dawriet jew l-impulsi tal-input u d-distanza misjuqa mill-vettura. |
|
2.6.2. |
“Distanza totali indikata” tfisser id-distanza kif murija mill-odometru. |
|
2.6.3. |
“Distanza vera vvjaġġata” tfisser id-distanza vera misjuqa mill-vettura għall-fini tat-test skont l-Anness 4. |
|
2.6.4. |
“Valur totali tad-distanza” tfisser il-valuri tal-kilometraġġ bl-għan li jsiru disponibbli u relatati mad-distanza totali misjuqa mill-vettura. |
|
2.6.5. |
“Takografu jew Tagħmir ta’ reġistrazzjoni” tfisser it-tagħmir maħsub għall-installazzjoni f’vetturi tat-triq biex juri, jirreġistra, jistampa, jaħżen u joħroġ data relatata mal-moviment ta’ tali vetturi. Id-data rreġistrata tinkludi d-distanza effettiva vvjaġġata, id-data tal-kalibrazzjoni tal-vettura u r-reġistru tal-eventi u l-ħsarat.
It-takografu jikkonsisti minn unità ta’ vettura u sensur tal-moviment. L-unità ta’ vettura tikkomunika mas-sensur tal-moviment b’mod sigur. |
|
2.6.5.1. |
“Unità ta’ vettura” tfisser it-takografu minbarra s-sensur tal-moviment u l-kejbils li jikkonnettjaw is-sensur tal-moviment. |
|
2.6.5.2. |
“Sensur tal-moviment” tfisser parti mit-takografu li tipprovdi sinjal rappreżentattiv tal-veloċità tal-vettura u/jew id-distanza vvjaġġata. |
|
2.6.6. |
“Unità ta’ Sostituzzjoni tat-Takografu (TRU, Tachograph Replacement Unit)” tfisser apparat li jissimula l-funzjonijiet ta’ takografu jew tagħmir ta’ reġistrazzjoni li huma meħtieġa biex joperaw għal vetturi li mhumiex meħtieġa li jkunu mgħammra b’takografu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
|
2.6.7. |
“Odometru purament mekkaniku” tfisser tagħmir tal-odometru li fih il-kostant tekniku tal-odometru jiġi deċiż b’kombinazzjonijiet ta’ gerijiet tal-input u tal-output fit-trażmissjoni mekkanikament, u ma tiġi applikata l-ebda korrezzjoni elettrika. |
|
2.7. |
“Vettura mingħajr tagħbija” tfisser il-vettura fi stat ta’ tħaddim, mimlija bil-fjuwil, fluwidu berried, lubrikant, għodod u stepni (jekk ipprovduti bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura), li ġġorr sewwieq li jiżen 75 kg, iżda mingħajr passiġġiera, aċċessorji mhux obbligatorji jew tagħbija. |
|
2.8. |
“Tbagħbis” tfisser kwalunkwe attività mmirata lejn ir-reġistrazzjoni inakkurata jew ir-rappreżentazzjoni ħażina tal-valuri tal-kilometraġġ li jkunu qed jinħażnu u/jew jintwerew. |
3. Applikazzjoni għall-Approvazzjoni
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tal-ispidometru u tal-odometru, inkluża l-installazzjoni tiegħu għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tal-manifattur tal-vettura lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-Parti Kontraenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Iskeda 3 tal-Ftehim tal-1958. |
|
3.2. |
Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin (fl-Anness 5 jingħata mudell tad-dokument ta’ informazzjoni): |
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafi 2.2., 2.3., 2.4., 2.5. u 2.6. t’aktar ’il fuq; it-tip ta’ vettura għandu jiġi speċifikat. |
|
3.3. |
Il-vettura mingħajr tagħbija li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li jrid jiġi approvat għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni. |
|
3.4. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex jiġu żgurati kontrolli effettivi dwar il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata approvazzjoni tat-tip. |
4. Approvazzjoni
|
4.1. |
Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fejn għandu x’jaqsam it-tagħmir tal-ispidometru u tal-odometru inkluża l-installazzjoni tiegħu, għandu jingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura. |
|
4.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat f’konformità mal-Iskeda 4 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3). |
|
4.3. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-waqfa definittiva tal-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell li jidher fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament u ta’ dijagrammi tal-installazzjoni, fornuti mill-applikant għall-approvazzjoni. |
|
4.4. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament għandha titwaħħal, b’mod li jkun jidher u f’post faċilment aċċessibbli, kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti f’dan li ġej: |
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (2) |
|
4.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.5. |
Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi ma’ dan il-Ftehim fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi repetut; f’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun leġġibbli b’mod ċar u indelibbli. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib tal-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur jew fuqha. |
|
4.8. |
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni. |
5. Speċifikazzjonijiet
|
5.1. |
Spidometru u odometru ta’ abbord li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ffittjati fuq il-vettura biex ikunu approvati. Jekk fuq il-vettura jkun hemm iffittjati aktar minn spidometru jew odometru ta’ abbord wieħed, dawn l-ispidometri u l-odometri kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament. Gradazzjonijiet u valuri numeriċi addizzjonali mhumiex permessi.
It-takografi jew it-tagħmir tar-reġistrazzjoni, jew l-Unitajiet ta’ Sostituzzjoni tat-Takografu ma jitqisux bħala spidometru jew odometru ta’ abbord għall-fini ta’ dan il-paragrafu. |
|
5.2. |
Spidometru |
L-iskrin tal-ispidometru għandu jkun pożizzjonat fil-kamp viżiv dirett tas-sewwieq u għandu jkun jista’ jinqara b’mod ċar kemm bi nhar kif ukoll bil-lejl. Il-firxa ta’ veloċitajiet murija għandha tkun wiesgħa biżżejjed biex tinkludi l-veloċità massima ta’ dan it-tip ta’ vettura kif iddikjarat mill-manifattur.
|
5.2.1. |
Fil-każ ta’ spidometri maħsuba għal vetturi tal-kategoriji M, N, u L3, L4, L5, u L7, il-gradazzjoni għandha tkun 1, 2, 5 jew 10 km/h. Il-valuri numeriċi tal-veloċità għandhom ikunu indikati fuq l-iskrin kif ġej: meta l-ogħla valur fuq l-iskrin ma jaqbiżx 200 km/h, il-valuri tal-veloċità għandhom ikunu indikati f’intervalli li ma jaqbżux 20 km/h. Meta l-valur massimu fuq l-iskrin jaqbeż 200 km/h, imbagħad il-valuri tal-veloċità għandhom ikunu indikati f’intervalli li ma jaqbżux 30 km/h. L-intervalli tal-valuri numeriċi tal-veloċità indikati ma għandhomx bżonn ikunu uniformi.
Jekk l-issettjar jippermetti lis-sewwieq li jagħżel bejn il-veloċità f’km/h u f’mph (mili fis-siegħa), il-veloċità tista’ tintwera biss jew f’km/h jew f’mph fi kwalunkwe ħin partikolari. L-unità korrispondenti għandha tintwera b’mod permanenti. |
|
5.2.2. |
Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M, N, u L3, L4, L5, u L7 manifatturati biex jinbiegħu f’kull pajjiż fejn jintużaw unitajiet imperjali, l-ispidometru għandu jkun ukoll immarkat f’mili fis-siegħa (mph); il-gradazzjonijiet għandhom ikunu ta’ 1, 2, 5 jew 10 mph.
Il-veloċità tista’ tintwera jew f’km/h jew f’mph fi kwalunkwe ħin partikolari sakemm is-setting jippermetti lis-sewwieq jagħżel bejn il-veloċità f’km/h u f’mph, f’dak il-każ l-unità korrispondenti għandha tintwera b’mod permanenti. Il-valuri numeriċi tal-veloċità għandhom ikunu indikati fuq l-iskrin f’intervalli li ma jaqbżux 20 mph u li jibdew minn 10 jew 20 mph. L-intervalli tal-valuri numeriċi tal-veloċità indikati ma għandhomx bżonn ikunu uniformi. |
|
5.2.3. |
Fil-każ ta’ spidometri maħsuba għal vetturi tal-kategoriji L1 (mopeds), L2, u L6, il-valuri fuq l-iskrin ma għandhomx jaqbżu t-80 km/h. Il-gradazzjoni għandha tkun 1, 2, 5 jew 10 km/h u l-valuri numeriċi mmarkati tal-veloċità indikata ma għandhomx jaqbżu l-10 km/h. L-intervalli tal-valuri numeriċi tal-veloċità indikati ma għandhomx bżonn ikunu uniformi. |
|
5.2.4. |
Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji L1, L2 u L6 manifatturati biex jinbiegħu f’kull pajjiż fejn jintużaw unitajiet imperjali, l-ispidometru għandu jkun ukoll immarkat f’mph; il-gradazzjoni għandha tkun ta’ 1, 2, 5 jew 10 mph. Il-valuri numeriċi tal-veloċità għandhom ikunu indikati fuq l-iskrin f’intervalli li ma jaqbżux l-10 mph u li jibdew minn 10 jew 20 mph. L-intervalli tal-valuri numeriċi tal-veloċità indikati ma għandhomx bżonn ikunu uniformi. Jekk l-issettjar jippermetti lis-sewwieq biex jagħżel bejn km/h u mph, il-veloċità tista’ tintwera biss jew f’km/h jew f’mph fi kwalunkwe ħin partikolari. L-unità korrispondenti għandha tintwera b’mod permanenti. |
|
5.3. |
L-akkuratezza tat-tagħmir tal-ispidometru għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura li ġejja: |
|
5.3.1. |
It-tajers għandhom ikunu wieħed mit-tipi ffittjati normalment mal-vettura kif definit fil-paragrafu 2.3. ta’ dan ir-Regolament. Għandu jitwettaq test għal kull tip ta’ spidometru maħsub biex jiġi ffittjat fuq il-vettura mill-manifattur. |
|
5.3.2. |
It-test għandu jitwettaq bil-vettura fil-piż tagħha mingħajr tagħbija. Jista’ jinġarr piż addizzjonali għall-finijiet ta’ kejl. Il-piż tal-vettura u d-distribuzzjoni tiegħu bejn il-fusijiet għandhom ikunu indikati fil-komunikazzjoni tal-approvazzjoni (ara l-Anness 1, il-punt 7.); |
|
5.3.3. |
It-temperatura ta’ referenza fl-ispidometru għandha tkun ta’ 23 ± 5 °C, jekk rilevanti għat-test għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-test; |
|
5.3.4. |
Matul kull test il-pressjoni tat-tajers għandha tkun il-pressjoni ta’ użu normali kif definita fil-paragrafu 2.4.; |
|
5.3.5. |
Il-vettura hi ttestjata fil-veloċitajiet li ġejjin:
|
|
5.3.6. |
L-istrumentazzjoni tat-test użata għall-kejl tal-veloċità reali tal-vettura għandha tkun akkurata sa ± 0.5 fil-mija; |
|
5.3.6.1. |
Is-superfiċe tal-korsija tat-testjar meta tintuża għandu jkun ċatt u niexef, u jipprovdi aderenza suffiċjenti; |
|
5.3.6.2. |
Jekk jintuża dinamometru bir-romblu għat-test, id-dijametru tar-romblu għandu jkun mill-inqas 0,4 m; |
|
5.4. |
Il-veloċità indikata ma għandhiex tkun inqas mill-veloċità reali tal-vettura. Bil-veloċitajiet tat-test speċifikati fil-paragrafu 5.3.5. hawn fuq, għandu jkun hemm ir-relazzjoni li ġejja bejn il-veloċità murija (V1) u l-veloċità reali (V2). |
|
0 |
≤ (V1 – V2) ≤ 0.1 V2 + 4 km/h |
|
5.5. |
Tagħmir tal-Odometru
L-iskrin tal-odometru għandu jkun viżibbli jew aċċessibbli għas-sewwieq. L-odometru għandu juri mill-inqas numru sħiħ kompost minn minimu ta’ 6 numerali għall-vetturi ta’ kategoriji M u N, u mill-inqas numru sħiħ kompost minn minimu ta’ 5 numerali għall-vetturi ta’ kategorija L. Madanakollu, l-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip jistgħu jaċċettaw ukoll numru sħiħ kompost minn mill-inqas 5 numerali għall-vetturi ta’ kategoriji M u N jekk l-użu intenzjonat tal-vettura jiġġustifikah. |
|
5.5.1. |
Fil-każ ta’ vetturi manifatturati biex jinbiegħu f’kull pajjiż fejn jintużaw unitajiet imperjali, l-odometru għandu jkun immarkat f’mili. |
|
5.5.2. |
L-odometru għandu juri d-distanza fl-unità li tikkorrispondi għal dik tal-iskala predominanti tal-ispidometru. Jekk l-issettjar jagħmilha possibbli għas-sewwieq li jagħżel id-distanza tal-wiri tal-odometru f’km jew mili indipendentement mill-ispidometru, l-odometru għandu jidentifika l-unità użata. |
|
5.6. |
Tagħmir tal-Odometru — Akkuratezza
Il-paragrafi 5.7. sa 5.9. u 5.11. sa 5.12. ma japplikawx għal vetturi ffittjati b’odometri purament mekkaniċi. Il-paragrafi 5.9. u 5.11. sa 5.12. ma japplikawx għall-vetturi tal-kategorija L. Għal vetturi mgħammra b’takografu jew tagħmir ta’ reġistrazzjoni, jew fejn unità ta’ sostituzzjoni tat-takografu tkun l-uniku sors ta’ kejl tal-kilometraġġ, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.7. sa 5.9. u tal-paragrafu 5.12. jitqiesu li ġew issodisfati, jekk is-sigurtà u l-akkuratezza tat-takografu jkunu mill-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament tan-NU. |
|
5.7. |
L-akkuratezza tat-tagħmir tal-odometru għandha tiġi ttestjata f’konformità mal-proċedura preskritta fl-Anness 4. |
|
5.8. |
Id-distanza totali indikata ma għandhiex tiddevja b’aktar minn ± 4.0 fil-mija mid-distanza vera vvjaġġata kif determinat fil-paragrafu 5.7. |
|
5.9. |
Meta l-valuri tad-distanza totali jiġu pprovduti mill-port serjali tad-data fuq il-konnettur standardizzat tal-kollegament tad-data, kif hemm speċifikat fil-paragrafu 6.5.3 tal-Appendiċi 1 tal-Anness C5 tar-Regolament tan-NU Nru 154 jew kif speċifikat fil-paragrafu 4.7.3. tal-Anness 9B tar-Regolament tan-NU Nru 49, dawn il-valuri ma għandhomx jiddevjaw mid-distanza totali (ittondjata) indikata. Madankollu, din ma japplikax għad-distanza totali vvjaġġata (tul il-ħajja tal-vettura) kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 154. |
|
5.10. |
Odometru — Ġenerali
Il-valuri tad-distanza totali u d-distanza totali indikata għandu jkollhom riżoluzzjoni aħjar minn jew ugwali għal 1 km jew 1 mil, kif xieraq. |
|
5.11. |
Fil-każ ta’ falliment li jista’ jiġi identifikat bl-elettriku li jipprevjeni milli jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-odometru ta’ dan ir-Regolament tan-NU, għandha tiġi pprovduta indikazzjoni ta’ malfunzjonament lis-sewwieq, jekk ma tkunx diġà koperta minn twissijiet ta’ fallimenti oħra u/jew kundizzjonijiet oħra ta’ falliment. |
|
5.11.1. |
L-indikazzjoni ta’ malfunzjonament għandha tkun attiva meta jseħħ il-malfunzjonament u għandha tibqa’ attiva sakemm il-malfunzjonament jippersisti. Tista’ tiġi kkanċellata b’mod temporanju, iżda għandha tiġi ripetuta kull meta jiġi attivat is-swiċċ tal-ignixin jew is-swiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura. |
|
5.11.2. |
Fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip, il-mezzi tal-indikazzjoni tal-malfunzjonament magħżula mill-manifattur għandhom jiġu deskritti fil-qosor b’mod kunfidenzjali. |
|
5.12. |
Odometru — Ġestjoni ta’ Kontra t-Tbagħbis u tas-Sigurtà
Id-distanza totali indikata u l-valuri tad-distanza totali għandhom jiġu protetti kontra l-manipulazzjoni. Dan għandu jitqies li jkun hemm konformità miegħu meta:
kif ukoll
|
6. Modifikazzjonijiet tat-Tip ta’ Vettura
|
6.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ vettura. L-Awtorità mbagħad tista’ jew: |
|
6.1.1. |
Tqis li l-modifiki magħmula mhux probabbli li jkollhom effett negattiv apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta baqgħet tissodisfa r-rekwiżiti; jew |
|
6.1.2. |
Tirrikjedi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
|
6.2. |
L-avviż ta’ konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, flimkien mad-dettalji tal-modifikazzjonijiet, għandhom jiġi kkomunikati permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3. ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
7. Konformità tal-Produzzjoni
|
7.1. |
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Iskeda 1 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u ma’ dawn ir-rekwiżiti li ġejjin: |
|
7.2. |
Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b’tali mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament. |
|
7.3. |
Għal kull tip ta’ vettura jsiru kontrolli suffiċjenti rigward it-tagħmir tal-ispidometru u l-installazzjoni tiegħu; b’mod partikolari, tal-anqas għandhom isiru t-testijiet preskritti fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament għal kull tip ta’ vettura. |
|
7.4. |
L-Awtorità, li tat l-approvazzjoni tat-tip, tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn. |
|
7.5. |
Fejn jinstabu riżultati mhux sodisfaċenti matul il-verifiki u l-kontrolli skont il-paragrafu 7.4. hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex terġa’ tinkiseb il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun. |
8. Penali għan-Nuqqas ta’ Konformità tal-Produzzjoni
|
8.1. |
L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 7.1 ta’ hawn fuq ma jiġix issodisfat jew jekk il-vetturi jkunu naqsu milli jgħaddu mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 7 ta’ hawn fuq. |
|
8.2. |
Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat fl-imgħoddi, din għandha tinnotifika b’dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
9. Ismijiet u Indirizzi tas-Servizzi Tekniċi Responsabbli mit-Twettiq tat-Testijiet tal-Approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni, u għand min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.
10. Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali
|
10.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 01. |
|
10.2. |
Mill-1 ta’ Settembru 2017, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip ġodda biss jekk it-tip ta’ vettura li jrid jiġi approvat ikun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 01. |
|
10.3. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jiċħdu li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet tat-tip għal tipi eżistenti li jkunu ngħataw skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament. |
|
10.4. |
Mid-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 ta’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettaw it-tip u l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont is-serje ta’ emendi preċedenti għar-Regolament. |
|
10.5. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 02. |
|
10.6. |
Mill-1 ta’ Settembru 2028, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip għal kwalunkwe serje ta’ emendi preċedenti, li jkunu nħarġu għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Settembru 2028. |
|
10.7. |
Sal-1 ta’ Settembru 2030, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje ta’ emendi 01, maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Settembru 2028. |
|
10.8. |
Mill-1 ta’ Settembru 2030, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip maħruġa għal kwalunkwe serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament tan-NU. |
|
10.9. |
L-indikazzjoni ta’ malfunzjonament kif hemm speċifikat fil-paragrafu 5.11. mhijiex obbligatorja għall-fini tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għas-serje ta’ emendi 02, sal-1 ta’ Settembru 2030. Dawn l-eżenzjonijiet għandhom jibqgħu applikabbli fil-każ ta’ estensjonijiet tal-approvazzjonijiet li ngħataw għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Settembru 2030.” |
|
10.10. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU jistgħu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont kwalunkwe serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament tan-NU.” |
|
10.11. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet għall-approvazzjonijiet eżistenti għal kwalunkwe serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament tan-NU.” |
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 7, il-paragrafu 2. -
https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.
(2) In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darba oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 7, Anness 3 —
https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.
ANNESS 1
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
Maħruġa minn: |
Isem tal-amministrazzjoni: |
|
… |
||
|
… |
|
Rigward: (2) |
Approvazzjoni mogħtija |
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni rrifjutata |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tal-ispidometru u tal-odometru inkluża l-installazzjoni tiegħu skont ir-Regolament Nru 39.
Nru tal-approvazzjoni … Nru tal-estensjoni …
1.
Isem jew marka kummerċjali tal-vettura: …
2.
Tip ta’ vettura: …
3.
Isem u indirizz tal-manifattur: ……
4.
Jekk applikabbli, isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: ……
5.
Deskrizzjoni tat-tagħmir tal-ispidometru: …
5.1.
Proporzjon tat-tagħmir tal-ispidometru: …
6.
Deskrizzjoni tat-tagħmir tal-odometru: …
6.1.
Proporzjon tat-tagħmir tal-odometru: …
6.2.
Odometru purament mekkaniku: iva/le
6.3.
Indikazzjoni ta’ malfunzjonament (skont il-paragrafu 5.11.): iva/le
7.
Tajers:
7.1.
Dettalji ta’ tajers iffittjati normalment fuqu: …
7.2.
Dettalji ta’ tajers iffittjati fuqu matul it-test: …
8.
Massa tal-vettura kif ittestjata u d-distribuzzjoni tagħha bejn il-fusijiet:…
9.
Varjanti: …
10.
Vettura ppreżentata għall-approvazzjoni nhar: …
11.
Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: ……
12.
Data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: …
13.
Numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: …
14.
Approvazzjoni mogħtija/rifjutata/estiża/irtirata 2
15.
Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq il-vettura: …
16.
Post: …
17.
Data: …
18.
Firma: …
(1) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta, estenda, irrifjuta, irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Ingassa dak li ma japplikax.
ANNESS 2
Arranġamenti tal-Marki tal-Approvazzjoni
Mudell A
(ara l-paragrafu 4.4. ta’ dan ir-Regolament)
a = minimu ta’ 8 mm.
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament Nru 39. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 39 li jinkorpora s-serje ta’ emendi 02.
Mudell B
(ara l-paragrafu 4.5. ta’ dan ir-Regolament)
a = minimu ta’ 8 mm.
Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 39 u Nru 33. (1) In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament tan-NU Nru 39 kien jinkorpora s-serje ta’ emendi 02 u r-Regolament tan-NU Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.
(1) It-tieni numru jingħata sempliċement bħala eżempju.
ANNESS 3
Test ta’ Akkuratezza tal-Ispidometru għall-Konformità tal-Produzzjoni
1. Kundizzjonijiet tat-test
Il-kundizzjonijiet tat-test għandhom ikunu kif stipulati fil-paragrafi 5.3.1. sa 5.3.6. ta’ dan ir-Regolament.
2. Rekwiżiti
Il-produzzjoni għandha titqies li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament jekk ir-relazzjoni li ġejja bejn il-veloċità indikata fuq l-iskrin tal-ispidometru (V1) u l-veloċità reali (V2) tkun osservata:
Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M u N:
0 ≤ (V1 – V2) ≤ 0.1 V2 + 6 km/h;
Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji L3, L4 u L5:
0 ≤ (V1 – V2) ≤ 0.1 V2 + 8 km/h;
Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji L1 u L2:
0 ≤ (V1 – V2) ≤ 0.1 V2 + 4 km/h.
ANNESS 4
Test ta’ Akkuratezza tat-Tagħmir tal-Odometru
0.
L-akkuratezza tat-tagħmir tal-odometru msemmi fil-paragrafu 5.7. ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ddeterminata f’konformità ma’ dan l-Anness. Fil-każ ta’ odometri li jużaw kemm unitajiet metriċi kif ukoll imperjali, it-test jista’ jitwettaq bl-użu ta’ unitajiet metriċi jew imperjali, bi qbil mas-Servizz Tekniku.Bi qbil mas-Servizz Tekniku u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, jistgħu jintużaw proċeduri alternattivi tat-test biex tiġi ddeterminata l-akkuratezza tat-tagħmir tal-odometru, dment li minn tal-inqas dawn jiżguraw l-istess livell ta’ preċiżjoni tat-test.
1. Proċedura tat-Test
|
1.1. |
L-akkuratezza tat-tagħmir tal-odometru għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura li ġejja: |
|
1.1.1. |
It-tajers għandhom ikunu wieħed mit-tipi ffittjati normalment mal-vettura kif definit fil-paragrafu 2.3. ta’ dan ir-Regolament. |
|
1.1.2. |
It-test għandu jitwettaq bil-vettura fil-piż tagħha mingħajr tagħbija. Jista’ jinġarr piż addizzjonali għall-finijiet ta’ kejl. Il-piż tal-vettura u tqassim tiegħu bejn il-fusijiet għandhom ikunu indikati fil-komunikazzjoni tal-approvazzjoni (ara l-Anness 1, il-punt 8.). |
|
1.1.3. |
It-temperatura ta’ referenza fl-odometru għandha tkun ta’ 23 ± 5 °C, jekk rilevanti għat-test għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-test. |
|
1.1.4. |
Matul kull test il-pressjoni tat-tajers għandha tkun il-pressjoni ta’ użu normali kif definita fil-paragrafu 2.4. |
|
1.1.5. |
L-istrumentazzjoni tat-test użata għall-kejl tad-distanza vera vvjaġġata tal-vettura għandha tkun preċiża sa ± 0,5 fil-mija. |
|
1.1.5.1. |
Is-superfiċe tal-korsija tat-testjar meta tintuża għandu jkun ċatt u niexef, u jipprovdi aderenza suffiċjenti. |
|
1.1.5.2. |
Jekk jintuża dinamometru bir-romblu għat-test, id-dijametru tar-romblu għandu jkun mill-inqas 0,4 m. |
|
1.1.6. |
Il-vettura hi ttestjata f’veloċità li tvarja bejn 0 u 100 km/h. Il-veloċità tat-test (veloċità jew medda fissa) tintgħażel bi ftehim mas-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test, abbażi tal-karatteristiċi tal-vettura u tal-adegwatezza tat-triq skont il-kundizzjonijiet mogħtija (il-forma tal-korsija tat-testjar, traffiku ieħor fil-korsija, il-kurvi, etc.). |
|
1.1.7. |
Il-vettura tinstaq sakemm l-odometru jaqleb lejn in-numru sħiħ li jmiss. F’dan il-mument, l-istrumentazzjoni hija ssettjata għal 0 m. Dan jista’ jsir f’pożizzjoni stazzjonarja. |
|
1.1.8. |
Il-vettura tinstaq għal minimu ta’ 10 kilometru jew 7 mili kif indikat fuq l-odometru u l-valur veru jinqara mill-istrumentazzjoni fil-punt fejn l-odometru jaqleb lejn in-numru sħiħ korrispondenti. |
2.0. Riżultati tat-test
|
2.1. |
L-akkuratezza għandha tiġi kkalkulata kif ġej għall-vetturi li jużaw km: |
Akkuratezza (fil-mija)
fejn:
|
TDt |
: |
distanza vera vvjaġġata (m) |
|
TDi0 |
: |
id-distanza totali indikata fil-bidu tat-test (km), skont il-paragrafu 1.1.7. |
|
TDi |
: |
id-distanza totali indikata fi tmiem it-test (km). |
Għall-vetturi li jużaw unitajiet imperjali, il-formula tiġi aġġustata kif xieraq.
Eżempju:
|
— |
swiċċijiet tal-odometru minn 3 529 km sa 3 530 km; l-istrumentazzjoni hija ssettjata għal 0 m. |
|
— |
swiċċijiet tal-odometru minn 3 539 km sa 3 540 km; l-istrumentazzjoni taqra 10 260 m. |
|
— |
Akkuratezza (fil-mija) |
= -2,5 fil-mija
ANNESS 5
Dokument ta’ Informazzjoni
0.
Punti ġenerali
0.1.
Marka (isem kummerċjali tal-manifattur):
0.2.
Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:
0.3.
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura:
0.3.1.
Post ta’ dik il-markatura:
0.4.
Kategorija tal-vettura:
0.5.
Isem u indirizz tal-manifattur:
0.8.
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:
1.
Karatteristiċi tal-Kostruzzjoni Ġenerali tal-Vettura
1.1.
Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva
2.
Mases u Dimensjonijiet (f’kg u f’mm)
2.6.
Massa ta’ vettura fi stat ta’ tħaddim (massima u minima għal kull varjant):
2.6.1.
Distribuzzjoni ta’ din il-massa bejn il-fusien u, fil-każ ta’ semi-trejler jew trejler b’fus ċentrali, it-tagħbija fuq il-punt tal-akkoppjament (massima u minima):
4.
Trażmissjoni
4.2.
Tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ.): (1)
4.5.
Gearbox 2
4.5.3.
Metodu ta’ kontroll:
4.6.
Proporzjonijiet tal-gerijiet 2|
Ger |
Il-proporzjonijiet interna tal-gearbox (il-proporzjonijiet ta’ rivoluzzjonijiet tal-magna għar-rivoluzzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox) |
Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni finali (il-proporzjon ta’ rivoluzzjonijiet tax-xaft tal-output tal-gearbox għar-rivoluzzjonijiet tar-rota misjuqa) |
Proporzjonijiet tal-gerijiet totali |
|
Massimu għal CVT (*1) |
|
|
|
|
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
Minimu għal CVT* Reverse |
|
|
|
4.7.
Veloċità massima tal-vettura (km/h):
4.8.
Spidometru u odometruSpidometru:
4.8.1.
Metodu tat-tħaddim u deskrizzjoni tal-mekkaniżmu tat-trażmissjoni:
4.8.2.
Kostant tal-istrument:
4.8.3.
Tolleranza tal-mekkaniżmu tal-kejl (skont il-paragrafu 2.2.3.):
4.8.4.
Proporzjon tat-trażmissjoni globali (skont il-paragrafu 2.2.2.) jew data ekwivalenti:
4.8.5.
Dijagramma tal-iskala tal-ispidometru jew forom oħra ta’ display:Odometru:
4.8.6.
Il-kostant tekniku tal-odometru (skont il-paragrafu 2.2.4.):
4.8.7.
L-għadd ta’ numerali:
4.8.8.
Odometru purament mekkaniku (skont il-paragrafu 2.6.7.): iva/le
4.9.
Deskrizzjoni tat-Takografu jew tat-Tagħmir tar-reġistrazzjoni (skont il-paragrafu 2.6.5.) jew tal-Unità ta’ Sostituzzjoni tat-Takografu (skont il-paragrafu 2.6.6.) (jekk iffitjati):
6.
Sospensjoni
6.6
Tajers u Roti
6.6.2.
Limiti massimi u minimi tar-raġġi tad-dawrien
6.6.2.1.
fus 1:
6.6.2.2.
fus 2:
6.6.2.3.
fus 3:
6.6.2.4.
fus 4:eċċ.
6.6.3.
Pressjonijiet tat-tajers kif rakkomandati mill-manifattur tal-vettura (f’kPa):
(1) Ipprovdi biss jekk rilevanti għat-tagħmir tal-ispidometru u/jew tal-odometru.
(*1) Trażmissjoni kontinwament varjabbli.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1902/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)