24.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8708 — Société Générale/BNP Paribas/Powerhouse France)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 398/04)

1.

Fis-16 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sogecap SA (“Sogecap”, Franza), proprjetà tal-grupp Société Générale (Franza)

—

Cardiff Assurance Vie SA (“Cardiff Assurance”, Franza) li tappartjeni għall-grupp BNP Paribas (Franza)

—

BNP Paribas Diversipierre OPCI (“Diversipierre”, Franza), li tappartjeni għall-grupp BNP Paribas (Franza)

—

Powerhouse France SAS (“Powerhouse France”, Franza)

Sogecap, Cardiff Assurance u Diversipierre jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Powerhouse France kollha kemm.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Sogecap: toffri firxa sħiħa ta’ prodotti tat-tfaddil tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u prodotti ta’ protezzjoni lin-networks tas-servizzi bankarji lill-konsumatur u dawk privati tas-Société Générale. Il-grupp Société Générale huwa l-aktar attiv f’attivitajiet bankarji internazzjonali għall-konsumatur, is-servizzi finanzjarji u s-servizzi bankarji korporattivi u ta’ investiment.

—   għal Cardif Assurance: attiva fis-settur tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u hija proprjetà tal-grupp BNP Paribas, grupp bankarju Franċiż ikkwotat fil-Borża u attiv l-aktar fis-settur tal-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur u s-servizzi bankarji korporattivi u istituzzjonali.

—   għal Diversipierre: attiva fl-investiment fil-proprjetà immobbli u ġestita minn BNP Paribas REIM France.

—   għal Powerhouse France: proprjetarja ta’ portafoll ta’ proprjetajiet residenzjali li jinsabu f’diversi Départements Franċiżi (fost l-oħrajn, Seine-Maritime, Seine-et-Marne, Ain, Loiret, Isère, Nord Pas de Calais). Il-proprjetajiet residenzjali huma mikrija lill-EDF għall-benefiċċju tal-impjegati tal-grupp EDF.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8708 — Société Générale/BNP Paribas/Powerhouse France

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.