02025R0807 — MT — 06.07.2026 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/807

tat-28 ta’ April 2025

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “C(M)IT/MIT & Glutaraldehyde Formulations” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 807 29.4.2025, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1311 tal-15 ta’ Ġunju 2026

  L 1311

1

16.6.2026




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/807

tat-28 ta’ April 2025

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “C(M)IT/MIT & Glutaraldehyde Formulations” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

B’dan qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0032888-0000 lil Solenis Switzerland GmbH għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-prodott bijoċidali uniku “C(M)IT/MIT & Glutaraldehyde Formulations” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali stabbilit fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mid-19 ta’ Mejju 2025 sat-30 ta’ April 2030.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL PRODOTT BIJOĊIDALI

C(M)IT/MIT & Glutaraldehyde Formulations

Tip(i) ta’ prodott

PT06: Preżervattivi għal prodotti matul il-ħżin

PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi

PT12: Slimiċidi

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0032888-0000

Numru tal-assi R4BP: EU-0032888-0000

1.    INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.    Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott



Isem/Ismijiet kummerċjali

Spectrum™ RX7848 MICROBIOCIDE

Biosperse™ CN7848 MICROBIOCIDE

1.2.    Detentur tal-awtorizzazzjoni



Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Solenis Switzerland GmbH

Indirizz

Mühlentalstrasse 38 8200 Schaffhausen CH

Numru tal-awtorizzazzjoni

 

EU-0032888-0000

Numru tal-assi R4BP

 

EU-0032888-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

 

19.5.2025

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

 

30.4.2030

1.3.    Manifattur(i) tal-prodott



Isem tal-manifattur

Solenis Technologies Germany GmbH

Indirizz tal-manifattur

Fütingsweg 20 D-47805 Krefeld Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Solenis Technologies Germany GmbH Fütingsweg 20 D-47805 Krefeld Il-Ġermanja

Diversey UK Production Ltd Cotes Park Industrial Estate, Somercotes DE55 4PA Alfreton Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Diversey Italy Production Srl Strada Statale 235 26010 Bagnolo Cremasco (CR) L-Italja

Diversey España Production S.L.U Avenida Conde Duque 5, 7 y 9, Poligono Industrial La Postura 28343 Valdemoro (Madrid) Spanja

Diversey Netherlands Production BV Rembrandtlaan 414 7545 ZW Enschede In-Netherlands

Diversey Germany Production oHG Morschheimer Strasse 12 67292 Kirchheimbolanden Il-Ġermanja



Isem tal-manifattur

AD International B.V.

Indirizz tal-manifattur

Markweg Zuid 27 4794 SN Heijningen P.O. Box 102 4793 Fijnaart In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

AD International B.V. Markweg Zuid 27 4794 SN Heijningen P.O. Box 102 4793 Fijnaart In-Netherlands



Isem tal-manifattur

Solenis UK Ltd.

Indirizz tal-manifattur

Wimsey Way DE55 4LR Somercotes, Alfreton, Derbyshire Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Post ta’ siti ta’ manifattura

Solenis UK Ltd. Wimsey Way DE55 4LR Somercotes, Alfreton, Derbyshire Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

1.4.    Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)



Sustanza attiva

Glutaral (Glutaraldehyde)

Isem tal-manifattur

MC (US) 3 LLC

Indirizz tal-manifattur

Route 25, Institute 25112 West Virginia L-Istati Uniti

Post ta’ siti ta’ manifattura

MC (US) 3 LLC Route 25, Institute 25112 West Virginia L-Istati Uniti



Sustanza attiva

Glutaral (Glutaraldehyde)

Isem tal-manifattur

BASF SE

Indirizz tal-manifattur

Carl-Bosch Str. 38 67056 Ludwigshafen Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

BASF SE Carl-Bosch Str. 38 67056 Ludwigshafen Il-Ġermanja



Sustanza attiva

CMIT/MIT (3:1)

Isem tal-manifattur

Jiangsu FOPIA Chemicals Co., Ltd

Indirizz tal-manifattur

224555, Touzeng Village, Binhuai Town, Binhai County - Yancheng City, Jiangsu Iċ-Ċina

Post ta’ siti ta’ manifattura

Jiangsu FOPIA Chemicals Co., Ltd 224555, Touzeng Village, Binhuai Town, Binhai County - Yancheng City, Jiangsu Iċ-Ċina



Sustanza attiva

CMIT/MIT (3:1)

Isem tal-manifattur

Thor GmbH

Indirizz tal-manifattur

Landwehrstraβe 1 67346 Speyer Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Thor GmbH Landwehrstraβe 1 67346 Speyer Il-Ġermanja



Sustanza attiva

CMIT/MIT (3:1)

Isem tal-manifattur

Dalian Xingyuan Chemistry Co., Ltd

Indirizz tal-manifattur

Room 1205/1206, Pearl River International Building, No.99, Xinkai Road, Xigang District 116011 Dalian Iċ-Ċina

Post ta’ siti ta’ manifattura

Dalian Xingyuan Chemistry Co., Ltd Songmudao Chemical Industry Zone, Puwan New District 116308 Dalian, Liaoning Iċ-Ċina



Sustanza attiva

CMIT/MIT (3:1)

Isem tal-manifattur

Weifang Heaven-sent New Materials Technology Co., Ltd

Indirizz tal-manifattur

Binhai Road, Changyi Coastal Economic Development Zone 261312 Weifang, Shandong Iċ-Ċina

Post ta’ siti ta’ manifattura

Weifang Heaven-sent New Materials Technology Co., Ltd Binhai Road, Changyi Coastal Economic Development Zone 261312 Weifang, Shandong Iċ-Ċina



Sustanza attiva

CMIT/MIT (3:1)

Isem tal-manifattur

Dalian Bio-Chem Company Limited

Indirizz tal-manifattur

Songmudao Plant: Songmudao Chemical Industry Zone, Puwan New District 116308 Liaoning Iċ-Ċina

Post ta’ siti ta’ manifattura

Dalian Bio-Chem Company Limited Songmudao Plant: Songmudao Chemical Industry Zone, Puwan New District 116308 Liaoning Iċ-Ċina

2.    KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.    Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott



Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Glutaral (Glutaraldehyde)

 

Sustanza attiva

111-30-8

203-856-5

7,8 % (w/w)

CMIT/MIT (3:1)

 

Sustanza attiva

55965-84-9

 

2,89 % (w/w)

2.2.    Tip(i) ta’ formulazzjoni

AL Kwalunkwe likwidu ieħor

3.    DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI



Dikjarazzjonijiet ta’ periklu

H302: Jagħmel il-ħsara jekk jinbela’.

H314: Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn.

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda.

H332: Jagħmel il-ħsara jekk jinxtamm.

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet sabiex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm.

H410: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema.

EUH071: Korrużiv għas-sistema respiratorja.

Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni

P260: Tiblax bin-nifs fwar.

P260: Tiblax bin-nifs sprej.

P501: Armi kontenitur fi servizz ta’ tneħħija ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji.

P264: Aħsel idejk sew wara li tużah.

P270: Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li tuża dan il-prodott.

P284: [F’każ ta’ ventilazzjoni inadegwata] ilbes protezzjoni respiratorja.

P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

P342+P311: Jekk ikollok sintomi respiratorji: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib.

P391: Iġbor it-tixrid.

P501: Armi kontenut fi servizz ta’ tneħħija ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji.

P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

P272: Ilbies tax-xogħol kontaminat ma għandux jitħalla joħroġ mill-post tax-xogħol.

P280: Ilbes ingwanti protettivi.

P280: Ilbes ilbies protettiv.

P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent.

P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs.

P301+P330+P331: JEKK JINBELA’: laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar.

P403: Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.

P405: Aħżen f’post imsakkar.

P333+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.

P303+P361+P353: JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew fuq ix-xagħar): Neħħi minnufih l-ilbies kontaminat kollu. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer].

P362+P364: Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati u aħsilhom qabel ma terġa’ tużahom.

P310: Ikkuntattja immedjatament ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT.

P310: Ikkuntattja immedjatament tabib.

4.    UŻU/I AWTORIZZATI

4.1.    Deskrizzjoni tal-użu



Tabella 1

Preservazzjoni ta’ fluwidi dilwiti wet-end (ħama minerali, addittivi wet-end tal-karta u addittivi tal-kisi tal-karta) u ilma abjad matul il-ħażna

Tip ta’ prodott

PT06: Preżervattivi għal prodotti matul il-ħżin

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

 

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - batterji

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: ħmira

Istadju iżvilupp: - -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

użu fuq barra

Maħsub biex jikkontrolla t-tkabbir tal-ħmira u l-batterji f’addittivi dilwiti wet-end (ħama minerali, addittivi wet-end tal-karta u addittivi tal-kisi tal-karta) u ilma abjad (ċirkolazzjoni qasira) matul il-ħażna (preservazzjoni għal żmien qasir sa 21 sa 35 jum) eż. matul l-għeluq tal-magni tal-karta, it-trasport bejn il-faċilitajiet. Mhuwiex maħsub biex jippreserva matul il-proċess kontinwu tal-karta.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: sistema magħluqa

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali għandu jiżdied mal-addittiv jew mal-kisi f’punt biex jiżgura taħlit adegwat preferibbilment bl-użu ta’ pompa tal-kejl awtomatizzata jew permezz ta’ żieda manwali.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: batterji: 25-300 mg/l tal-prodott, ħmira: 50-300 mg/l tal-prodott

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Il-prodott bijoċidali għandu jiżdied bħala doża waħda fit-tank tal-ħżin, darba kuljum.

Kategorija/i ta’ utenti

industrijali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

Barmil ta’: 1 L, 5 L, 10 L, 20 L, 25 L; tank ta’ 220 L, kontenitur ta’ 1 000 L, Ammont kbir

4.1.1.    Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

— 
Ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fid-dettalji tal-kuntatt fuq it-tabella) biex tiddetermina d-dożaġġ ottimali biex il-prodotti diversi jiġu ppreservati.
— 
It-tul ta’ żmien u l-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-matriċijiet ippreservati jista’ jkollhom impatt fuq l-effikaċja tal-prodott.Ggħandhom isiru testijiet mikrobijoloġiċi biex tiġi ddeterminata r-rata ta’ applikazzjoni xierqa mingħajr ma tinqabeż ir-rata ta’ applikazzjoni massima awtorizzata.

4.1.2.    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

— 
Uża tagħmir protettiv respiratorju (RPE) skont l-Istandards Ewropej EN 140 jew EN 136 u EN 14387 jew ekwivalenti li jipprovdi fattur ta’ protezzjoni minimu ta’ 10 waqt it-tagħbija u l-ħatt ta’ tankijiet tal-ħama jekk ħama/likwidi jew adittivi wet-end ma jiġux ippompjati fi proċeduri awtomatiċi.
— 
Tal-anqas huwa meħtieġ respiratur li jnaddaf l-arja b’elmu/kappa/maskra (TH1/TM1), jew nofs/maskra sħiħa b’filtru tal-gass/P2 ikkombinat (tip ta’ filtru (ittra, kulur tal-kodiċi) li għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni tal-prodott). Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Ara taqsima 6 għar-referenzi kollha.
— 
Imminimizza l-fażi manwali matul it-tagħbija u l-ħatt tat-tankijiet tal-ħama.
— 
Laħlaħ bl-ilma qabel tnaddaf il-pompa tad-distribuzzjoni użata biex iżżid il-prodott fil-prodott li għandu jiġi ppreservat.

Għall-preservazzjoni tal-ilmijiet bojod fil-produzzjoni tal-karta:

— 
Il-prodott għandu jintuża biss għat-trattament tal-ilmijiet bojod (ċirkolazzjoni qasira).
— 
L-applikazzjoni hija permessa biss f’fabbriki tal-karti li jikkonformaw mad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament u tal-Kunsill fejn l-ilma mormi jiġi ppurifikat f’impjant industrijali tat-trattament tad-drenaġġ fuq il-post inkluż pass ta’ trattament bijoloġiku skont l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) kif preskritt fid-dokument ta’ referenza BAT (BREF) għall-produzzjoni ta’ polpa, karta u bord.
— 
L-effluwent għandu jiġi dilwit mill-inqas 200 darba.
— 
Il-fabbriki tal-karti li huma eżentati mid-Direttiva 2010/75/UE għandhom jiskarikaw l-ilma mormi tagħhom fid-drenaġġ muniċipali.

4.1.3.    Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara Taqsima 5.3.

4.1.4.    Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara Taqsima 5.4.

4.1.5.    Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5.

4.2.    Deskrizzjoni tal-użu



Tabella 2

Il-preservazzjoni tal-ilma użat f’sistemi tat-tkessiħ reċirkulatorji magħluqin

Tip ta’ prodott

PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

 

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - ċjanobatterji

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: alka ħadra

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - batterji anaerobiċi

Istadju iżvilupp: - -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

użu fuq barra

Il-preservazzjoni tal-ilma użat f’sistemi tat-tkessiħ reċirkulatorji magħluqin biex jikkontrolla t-tkabbir tal-alka ħadra, iċ-ċjanobatterji u l-batterji anerobiċi. Il-prodott bijoċidali jinibixxi t-tkabbir tal-mikroorganiżmi.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: sistema magħluqa

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali għandu jiżdied f’punt li jiżgura taħlit adegwat preferibilment bl-użu ta’ pompa tal-kejl awtomatizzata jew permezz ta’ żieda manwali.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: alka ħadra u ċjanobatterjia: 5-200 mg/l ta’ prodott, batterji anaerobiċi: 25-200 mg/l tal-prodott

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Il-prodott bijoċidali jista’ jiżdied biss sa 7 darbiet fil-ġimgħa permezz ta’ dożaġġ awtomatizzat jew manwali.

Kategorija/i ta’ utenti

industrijali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

HDPE

Barmil ta’: 1 L, 5 L, 10 L, 20 L, 25 L; tank ta’ 220 L, kontenitur ta’ 1 000 L, Ammont kbir

4.2.1.    Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

— 
L-utent għandu jwettaq testijiet mikrobijoloġiċi biex jipprova li l-adegwatezza tal-preservazzjoni tiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/post/sistema speċifika. Jekk ikun meħtieġ, ikkonsulta l-manifattur tal-prodott preservattiv. Jekk ikun meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fid-dettalji tal-kuntatt fuq it-tabella) biex tiddetermina d-dożaġġ ottimali għall-prodotti diversi li se jiġu ppreservati.

4.2.2.    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

— 
Laħlaħ bl-ilma qabel tnaddaf il-pompa tad-distribuzzjoni użata biex iżżid il-prodott bijoċidali fil-likwidu li se jiġi ppreservat.

4.2.3.    Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara Taqsima 5.3.

4.2.4.    Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara Taqsima 5.4.

4.2.5.    Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5.

4.3.    Deskrizzjoni tal-użu



Tabella 3

Il-preservazzjoni tal-ilma użat f’sistemi tat-tkessiħ reċirkolanti miftuħin

Tip ta’ prodott

PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

 

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - alka ħadra

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: ċjanobatterji

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - batterji anaerobiċi

Istadju iżvilupp: - -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

użu fuq barra

Il-preservazzjoni tal-ilma użat f’sistemi tat-tkessiħ reċirkolanti miftuħin biex jikkontrolla t-tkabbir tal-alka ħadra, iċ-ċjanobatterji u l-batterji anerobiċi. Il-prodott bijoċidali jinibixxi t-tkabbir tal-mikroorganiżmi.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: sistema magħluqa

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali għandu jkun iddożat f’punt li jiżgura taħlit adegwat preferibilment bl-użu ta’ pompa tal-kejl awtomata jew permezz ta’ żieda manwali.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: alka ħadra u ċjanobatterjia: 5-200 mg/l ta’ prodott, batterji anaerobiċi: 25-200 mg/l tal-prodott

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Il-prodott bijoċidali jista’ jiżdied biss sa 7 darbiet fil-ġimgħa permezz ta’ dożaġġ awtomatizzat jew manwali.

Kategorija/i ta’ utenti

industrijali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

HDPE

Barmil ta’: 1 L, 5 L, 10 L, 20 L, 25 L; tank ta’ 220 L, kontenitur ta’ 1 000 L, Ammont kbir

4.3.1.    Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

— 
L-utent għandu jwettaq testijiet mikrobijoloġiċi biex jipprova li l-adegwatezza tal-preservazzjoni tiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/post/sistema speċifika. Jekk ikun meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fid-dettalji tal-kuntatt fuq it-tabella) biex tiddetermina d-dożaġġ ottimali għall-prodotti diversi li se jiġu ppreservati.

4.3.2.    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

— 
Laħlaħ bl-ilma qabel tnaddaf il-pompa tad-distribuzzjoni użata biex iżżid il-prodott bijoċidali fil-likwidu li se jiġi ppreservat.
— 
Il-prodott jista’ jiġi applikat biss meta t-torrijiet tat-tkessiħ ikunu mgħammra b’eliminaturi tat-tkarkir li jnaqqsu t-tkarkir b’mill-inqas 99%.
— 
L-użu huwa ristrett għal sistemi ta’ tkessiħ żgħar bi blowdown massima ta’ 2 m3/h.
— 
L-ilma mormi għandu jintrema fid-drenaġġ muniċipali jew jiġi ppurifikat f’impjant tat-trattament tad-drenaġġ industrijali fuq il-post inkluż pass ta’ trattament bijoloġiku.

4.3.3.    Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara Taqsima 5.3.

4.3.4.    Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara Taqsima 5.4.

4.3.5.    Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5.

4.4.    Deskrizzjoni tal-użu



Tabella 4

Il-preservazzjoni tal-ilma użat f’pasturizzaturi, conveyor belts u magni li jaħslu bl-arja

Tip ta’ prodott

PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

 

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - alka ħadra

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - ċjanobatterji

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - batterji anaerobiċi

Istadju iżvilupp: - -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

użu fuq barra

Il-preservazzjoni tal-ilma użat f’pasturizzaturi, conveyor belts u magni li jaħslu bl-arja. Il-prodott bijoċidali jiġi applikat biex jikkontrolla t-tkabbir tal-alka ħadra, iċ-ċjanobatterji u l-batterji anerobiċi f’pasturizzaturi, conveyor belts u magni li jaħslu bl-arja. Il-prodott bijoċidali jinibixxi t-tkabbir tal-mikroorganiżmi.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: sistema magħluqa

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali għandu jkun iddożat f’punt li jiżgura taħlit adegwat preferibilment bl-użu ta’ pompa tal-kejl awtomata jew permezz ta’ żieda manwali.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: alka ħadra u ċjanobatterjia: 5-200 mg/l ta’ prodott, batterji anaerobiċi: 25-200 mg/l tal-prodott

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Il-prodott bijoċidali jista’ jiżdied darba biss għal kull lott jew sa 7 darbiet fil-ġimgħa permezz ta’ dożaġġ awtomatizzat jew manwali skont is-sistema li tkun qed tiġi ttrattata.

Kategorija/i ta’ utenti

industrijali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

HDPE

Barmil ta’: 1 L, 5 L, 10 L, 20 L, 25 L; tank ta’ 220 L, kontenitur ta’ 1 000 L, Ammont kbir

4.4.1.    Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

— 
L-utent għandu jwettaq testijiet mikrobijoloġiċi biex jipprova li l-adegwatezza tal-preservazzjoni tiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/post/sistema speċifika. Jekk ikun meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fid-dettalji tal-kuntatt fuq it-tabella) biex tiddetermina d-dożaġġ ottimali għall-prodotti diversi li se jiġu ppreservati.

4.4.2.    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

— 
Laħlaħ bl-ilma qabel tnaddaf il-pompa tad-distribuzzjoni użata biex iżżid il-prodott bijoċidali fil-likwidu li se jiġi ppreservat.

4.4.3.    Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara Taqsima 5.3.

4.4.4.    Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara Taqsima 5.4.

4.4.5.    Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5.

4.5.    Deskrizzjoni tal-użu



Tabella 5

Il-preservazzjoni tal-ilma riċirkolatorju użat fl-ipproċessar tat-tessuti u l-fibri, l-ipproċessar tar-ritratti u s-sistema tas-soluzzjoni li żżomm it-tagħmir tal-istampar nadif

Tip ta’ prodott

PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

 

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - alka ħadra

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - ċjanobatterji

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - batterji anaerobiċi

Istadju iżvilupp: - -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

użu fuq barra

Il-preservazzjoni tal-ilma riċirkolatorju użat fl-ipproċessar tat-tessuti u l-fibri, l-ipproċessar tar-ritratti u fis-sistema tas-soluzzjoni li żżomm it-tagħmir tal-istampar nadif biex jikkontrolla t-tkabbir tal-alka ħadra, iċ-ċjanobatterji u l-batterji anerobiċi. Il-prodott bijoċidali jinibixxi t-tkabbir tal-mikroorganiżmi.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: sistema magħluqa

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali għandu jkun iddispensat f’punt li jiżgura taħlit adegwat preferibilment bl-użu ta’ pompa tal-kejl awtomatizzata jew permezz ta’ żieda manwali.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: alka ħadra u ċjanobatterjia: 5-200 mg/l ta’ prodott, batterji anaerobiċi: 25-200 mg/l tal-prodott

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Il-prodott bijoċidali jista’ jiżdied darba biss għal kull lott jew sa 7 darbiet fil-ġimgħa permezz ta’ dożaġġ awtomatizzat jew manwali skont is-sistema li tkun qed tiġi ttrattata.

Kategorija/i ta’ utenti

industrijali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

HDPE

Barmil ta’: 1 L, 5 L, 10 L, 20 L, 25 L; tank ta’ 220 L, kontenitur ta’ 1 000 L, Ammont kbir

4.5.1.    Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

— 
L-utent għandu jwettaq testijiet mikrobijoloġiċi biex jipprova li l-adegwatezza tal-preservazzjoni tiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/post/sistema speċifika. Jekk ikun meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fid-dettalji tal-kuntatt fuq it-tabella) biex tiddetermina d-dożaġġ ottimali għall-prodotti diversi li se jiġu ppreservati.

4.5.2.    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

— 
Laħlaħ bl-ilma qabel tnaddaf il-pompa tad-distribuzzjoni użata biex iżżid il-prodott bijoċidali fil-likwidu li se jiġi ppreservat.

4.5.3.    Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara Taqsima 5.3.

4.5.4.    Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara Taqsima 5.4.

4.5.5.    Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

4.6.    Deskrizzjoni tal-użu

Ara Taqsima 5.5.



Tabella 6

Il-preservazzjoni tal-ilma riċirkolatorju użat f’kabini għall-Isprejjar taż-żebgħa u sistemi ta’ kisi ta’ elettrodepożizzjoni

Tip ta’ prodott

PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

 

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - alka ħadra

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - ċjanobatterji

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - batterji anaerobiċi

Istadju iżvilupp: - -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

użu fuq barra

Il-preservazzjoni tal-ilma riċirkolatorju użat f’kabini għall-Isprejjar taż-żebgħa u sistemi ta’ kisi ta’ elettrodepożizzjoni biex jikkontrolla t-tkabbir tal-alka ħadra, iċ-ċjanobatterji u l-batterji anerobiċi. Il-prodott bijoċidali jinibixxi t-tkabbir tal-mikroorganiżmi.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: sistema magħluqa

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali għandu jkun iddispensat f’punt li jiżgura taħlit adegwat preferibilment bl-użu ta’ pompa tal-kejl awtomatizzata jew permezz ta’ żieda manwali.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: alka ħadra u ċjanobatterjia: 5-200 mg/l ta’ prodott, batterji anaerobiċi: 25-200 mg /l tal-prodott

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Il-prodott bijoċidali jista’ jiżdied darba biss għal kull lott jew sa 7 darbiet fil-ġimgħa permezz ta’ dożaġġ awtomatizzat jew manwali skont is-sistema li tkun qed tiġi ttrattata.

Kategorija/i ta’ utenti

industrijali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

HDPE

Barmil ta’: 1 L, 5 L, 10 L, 20 L, 25 L; tank ta’ 220 L, kontenitur ta’ 1 000 L, Ammont kbir

4.6.1.    Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

— 
L-utent għandu jwettaq testijiet mikrobijoloġiċi biex jipprova li l-adegwatezza tal-preservazzjoni tiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/post/sistema speċifika. Jekk ikun meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fid-dettalji tal-kuntatt fuq it-tabella) biex tiddetermina d-dożaġġ ottimali għall-prodotti diversi li se jiġu ppreservati.

4.6.2.    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara Taqsima 5.2.

4.6.3.    Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara Taqsima 5.3.

4.6.4.    Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara Taqsima 5.4.

4.6.5.    Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5.

4.7.    Deskrizzjoni tal-użu



Tabella 7

Il-preservazzjoni tal-ilma riċirkolanti f’sistemi tat-tisħin

Tip ta’ prodott

PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

 

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - alka ħadra

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - ċjanobatterji

Istadju iżvilupp: - -

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - batterji anaerobiċi

Istadju iżvilupp: - -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

użu fuq barra

Il-preservazzjoni tal-ilma riċirkolanti fis-sistemi tat-tisħin biex jikkontrolla t-tkabbir tal-alka ħadra, iċ-ċjanobatterji u l-batterji anerobiċi f’ilma riċirkolanti f’sistemti tat-tisħin. Il-prodott bijoċidali jinibixxi t-tkabbir tal-mikroorganiżmi.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: sistema magħluqa

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali għandu jkun iddispensat f’punt li jiżgura taħlit adegwat preferibilment bl-użu ta’ pompa tal-kejl awtomatizzata jew permezz ta’ żieda manwali.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: alka ħadra u ċjanobatterjia: 5-200 mg /l ta’ prodott, batterji anaerobiċi: 25-200 mg/l tal-prodott

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Il-prodott bijoċidali jista’ jiżdied darba biss għal kull lott jew sa 7 darbiet fil-ġimgħa permezz ta’ dożaġġ awtomatizzat jew manwali skont is-sistema li tkun qed tiġi ttrattata.

Kategorija/i ta’ utenti

industrijali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

HDPE

Barmil ta’: 1 L, 5 L, 10 L, 20 L, 25 L; tank ta’ 220 L, kontenitur ta’ 1 000 L, Ammont kbir

4.7.1.    Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

— 
L-utent għandu jwettaq testijiet mikrobijoloġiċi biex jipprova li l-adegwatezza tal-preservazzjoni tiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/post/sistema speċifika. Jekk ikun meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fid-dettalji tal-kuntatt fuq it-tabella) biex tiddetermina d-dożaġġ ottimali għall-prodotti diversi li se jiġu ppreservati.

4.7.2.    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

— 
Laħlaħ bl-ilma qabel tnaddaf il-pompa tad-distribuzzjoni użata biex iżżid il-prodott bijoċidali fil-likwidu li se jiġi ppreservat.

4.7.3.    Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara Taqsima 5.3.

4.7.4.    Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara Taqsima 5.4.

4.7.5.    Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5.

4.8.    Deskrizzjoni tal-użu



Tabella 8

Trattament ta’ sustanzi kontra t-tajn fl-istadju fejn jitneħħa l-ilma fil-proċess tal-manifattura tal-polpa u l-karta

Tip ta’ prodott

PT12: Slimiċidi

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: - -

Isem komuni: - batterji

Istadju iżvilupp: - -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

użu fuq barra

Il-prodott bijoċidali jiġi applikat bħala trattament kontra t-tajn fl-istadju fejn jitneħħa l-ilma fil-proċess tal-manifattura tal-polpa u l-karta biex jiġi evitat it-tkabbir tat-tajn. Il-prodott bijoċidali jinibixxi t-tkabbir tal-mikroorganiżmi.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: sistema magħluqa

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali għandu jkun iddispensat f’punt li jiżgura taħlit adegwat preferibilment bl-użu ta’ pompa tal-kejl awtomatizzata jew permezz ta’ żieda manwali.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: 5-40 mg/l tal-prodott

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Il-prodott bijoċidali jista’ jiżdied biss 4-12-il darba fil-ġimgħa permezz ta’ dożaġġ awtomatizzat jew manwali.

Kategorija/i ta’ utenti

industrijali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

HDPE

Barmil ta’: 1 L, 5 L, 10 L, 20 L, 25 L; tank ta’ 220 L, kontenitur ta’ 1 000 L, Ammont kbir

4.8.1.    Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

— 
L-utent irid iwettaq testijiet mikrobijoloġiċi biex jipprova li l-adegwatezza tal-preservazzjoni tiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/post/sistema speċifika. Jekk ikun meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fid-dettalji tal-kuntatt fuq it-tabella) biex tiddetermina d-dożaġġ ottimali għall-prodotti diversi li se jiġu ppreservati.

4.8.2.    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

— 
Laħlaħ bl-ilma qabel tnaddaf il-pompa tad-distribuzzjoni użata biex iżżid il-prodott bijoċidali fil-likwidu li se jiġi ppreservat.
— 
L-applikazzjoni hija permessa biss f’fabbriki tal-karti li jikkonformaw mad-Direttiva 2010/75/UE fejn l-ilma mormi jiġi ppurifikat f’impjant industrijali tat-trattament tad-drenaġġ fuq il-post inkluż pass ta’ trattament bijoloġiku skont l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) kif preskritt fid-dokument ta’ referenza BAT (BREF) għall-produzzjoni ta’ polpa, karta u bord.
— 
L-effluwent għandu jiġi dilwit mill-inqas 200 darba.
— 
Il-fabbriki tal-karti li huma eżentati mid-Direttiva 2010/75/UE jiskarikaw l-ilma mormi tagħhom fid-drenaġġ muniċipali.

4.8.3.    Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara Taqsima 5.3.

4.8.4.    Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara Taqsima 5.4.

4.8.5.    Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5.

5.    STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU ( 1 )

5.1.    Struzzjonijiet għall-użu

— 
Informa lid-detentur tal-awtorizzazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv.

5.2.    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji

— 
Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika skont l-Istandard Ewropew EN 374 jew ekwivalenti (materjal tal-ingwanti li għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni tal-prodott) matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott.
— 
Ilbes coverall protettiva (tip 3 jew 4) skont l-Istandard Ewropew EN 14605 jew ekwivalenti (il-materjal tal-coverall għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni tal-prodott) matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott.
— 
Uża l-protezzjoni tal-għajnejn skont l-Istandard Ewropew EN 166 jew ekwivalenti matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott.
— 
Uża tagħmir ta’ protezzjoni respiratorja skont l-Istandard Ewropew EN 140 jew EN 136 u l-Istandard Ewropew EN 14387 jew ekwivalenti li jipprovdi fattur minimu ta’ protezzjoni ta’ 10 matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott. Tal-anqas huwa meħtieġ respiratur li jnaddaf l-arja b’elmu, b’kappa jew b’maskra (TH1/TM1), jew nofs jew maskra sħiħa b’filtru tal-gass/P2 ikkombinat (tip ta’ filtru (ittra, kulur tal-kodiċi) li għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni tal-prodott).
— 
Imminimizza l-fażi manwali matul l-immaniġġjar tal-prodott.

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 98/24/KE u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

Ara taqsima 6 għar-referenzi kollha.

5.3.    Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

- JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Ħu fl-arja friska u żommu mistrieħ f’pożizzjoni komda biex jieħu n-nifs. Jekk ikun hemm sintomi: Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika. Jekk ma jkunx hemm sintomi: Ċempel ĊENTRU TAL-VELENI jew tabib.

JEKK FUQ IL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda minnufih b’ħafna ilma. Imbagħad neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tuża.

Kompli aħsel il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Ċempel ĊENTRU TAL-VELENI jew tabib.

JEKK FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ immedjatament bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikunu preżenti u faċli tneħħihom. Kompli laħlaħ għal mill-inqas 15-il minuta.

Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

JEKK JINBELA’ Laħlaħ il-ħalq minnufih. Agħti xi ħaġa x’tixrob lill-persuna esposta jekk il-persuna tkun tista’ tibla’.

TISTIMULAX l-irimettar. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

5.4.    Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu

— 
Tarmax il-prodott mhux użat fuq l-art, f’passaġġi tal-ilma, f’pajpijiet (eż. sink, toilets) u lanqas fid-drenaġġ.
— 
Armi l-prodott mhux użat, l-imballaġġ tiegħu u l-iskart l-ieħor kollu, skont ir-regolamenti lokali.

5.5.    Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

— 
Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott bijoċidali huwa ta’ 12-il xahar.
— 
Ipproteġi mill-ġlata
— 
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C
— 
Ipproteġi mid-dawl

6.    INFORMAZZJONI OĦRA

Fir-rigward tal-Kategorija(i) tal-utenti innota: Professjonisti (inklużi utenti industrijali) tfisser professjonisti mħarrġa jekk dan huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Titoli sħaħ tal-leġiżlazzjoni kkwotata

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni ta’ polpa, karta u kartun (2014/687/UE)

Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-aġenti kimiċi fuq ix-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

Titoli sħaħ tal-Istandards Ewropei

EN 374 – Ingwanti protettivi kontra kimiċi u mikroorganiżmi perikolużi

EN 14605 – Ilbies protettiv kontra l-kimiċi likwidi

EN 166 – Protezzjoni personali tal-għajnejn

EN 136 – Tagħmir protettiv respiratorju – Maskri tal-wiċċ sħaħ

EN 140 – Tagħmir protettiv respiratorju - Nofs maskri jew maskri li jkopru kwart mill-wiċċ

EN 14387 – Tagħmir protettiv respiratorju – Filtru(i) tal-gass u filtru(i) flimkien – Rekwiżiti, testjar, marki



( 1 ) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.