24.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/212


P9_TA(2021)0397

Ambjent: ir-Regolament ta' Aarhus ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2021 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (COM(2020)0642 – C9-0321/2020 – 2020/0289(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 132/19)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0642),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0321/2020),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' Jannar 2021 (1),

—

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Lulju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0152/2021),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 123, 9.4.2021, p. 66.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-20 ta’ Mejju 2021 (Testi adottati, P9_TA(2021)0254).


P9_TC1-COD(2020)0289

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ Ottubru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1767.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tibqa’ impenjata li tiżgura li l-UE tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u f’dak il-kuntest tirrikonoxxi t-tħassib espress u s-sejbiet adottati mill-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus fil-kawża ACCC/C/2015/128 (1) fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat fis-17 ta’ Marzu 2021. Is-sejbiet jistiednu lill-UE biex “tieħu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u oħrajn meħtieġa biex tiżgura li r-Regolament ta’ Aarhus huwa emendat, jew tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni Ewropea, biex il-membri tal-pubbliku jiġu pprovduti b’mod ċar b’aċċess għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji biex jikkontestaw deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ għajnuna mill-Istat meħuda mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE li jmorru kontra d-dritt tal-UE relatat mal-ambjent, f’konformità mal-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni”.

Il-Kummissjoni bħalissa qiegħda tanalizza l-implikazzjonijiet tas-sejbiet u qiegħda tivvaluta l-opzjonijiet disponibbli. Il-Kummissjoni se tlesti u se tippubblika din il-valutazzjoni sa tmiem l-2022. Jekk ikun xieraq, sa tmiem l-2023, il-Kummissjoni se tressaq miżuri biex tindirizza l-kwistjoni, fid-dawl tal-obbligi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u filwaqt li tqis ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.


(1)  Għall-kawża ACCC/C/2015/128 jekk jogħġbok ara https://unece.org/env/pp/cc/accc.c.2015.128_european-union, il-paragrafu 131.