Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra tal-21 ta’ Ottubru 2010 (EMA/643425/2010) li permezz tagħha l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) irrifjutat li tirrimborsa lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 180 700 ekwiparabbli għad-differenza, minn naħa, bejn dak li din tal-aħħar ħallset bħala tariffi għall-eżami tal-emendi tat-termini ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għal prodotti mediċinali veterinarji u, minn naħa oħra, dak li fl-opinjoni tagħha, hija kellha tħallas.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Octapharma Pharmazeutika Produktionsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.