|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2150 |
23.10.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2150
tat-22 ta’ Ottubru 2025
li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti għall-kuntratti ta’ provvista, servizzi u xogħlijiet, u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn għas-snin 2026–2027
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(4), it-tieni subparagrafu, tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim emendat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (“il-Ftehim”) huwa strument plurilaterali u l-iskop tiegħu hu li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Il-Ftehim japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist b’valur akbar minn jew daqs l-ammonti (“limiti”) stabbiliti fih, espressi f’termini ta’ drittijiet speċjali ta’ prelevament. |
|
(2) |
Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2014/25/UE huwa li l-entitajiet kontraenti li jkunu qed japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, kull sentejn il-Kummissjoni trid tivverifika li l-limiti stabbiliti għall-kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi, u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn stabbiliti fl-Artikolu 15, il-punti (a) u (b) ta’ dik id-Direttiva, jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti fil-Ftehim. Billi l-limiti kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/25/UE huma differenti mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15, il-punti (a) u (b), ta’ dik id-Direttiva, jenħtieġ li dawk il-limiti jiġu riveduti. |
|
(3) |
L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/25/UE jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrevedi l-limiti kull sentejn, b’effett mill-1 ta’ Jannar. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-limiti għall-2026–2027 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/25/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt (a), “EUR 443 000” huwa sostitwit b’“EUR 432 000”; |
|
(2) |
fil-punt (b), “EUR 5 538 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 404 000”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/25/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/115(1)/oj).
(3) Il-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2014/115/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2150/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)