2005R1810 — MT — 21.03.2007 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1810/2005 ta’ l-4 ta’ Novembru 2005 dwar awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta' addittiv fl-għalf, l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 291, 5.11.2005, p.5) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 184/2007 ta' l-20 ta’ Frar 2007 |
L 63 |
1 |
1.3.2007 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1810/2005
ta’ l-4 ta’ Novembru 2005
dwar awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta' addittiv fl-għalf, l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf ( 1 ), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1)u 9e(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta' tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi ta' l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-addittivi elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(5) |
L-użu tas-sustanza li tinkoraġġixxi t-tkabbir “Formi LHS (diformat tal-potassju)” kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes u ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2001 ( 3 ). Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tal-“Formi LHS (diformat tal-potassju)” ressqet applikazzjoni sabiex tikseb awtorizzazzjoni definittiva għal 10 snin. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness I, għandu jiġi awtorizzat għal għaxar snin. |
|
(6) |
L-użu ta' l-addittiv “klinoptilolite (clinoptilite) ta' oriġini sedimentarja” bħala membru tal-grupp ta' sustanzi li jgħaqqdu, aġenti anti-caking u koagulanti kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer, it-tiġieġ u d-dundjani għat-tismin u għall-bovini u s-salamun mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1887/2000 ( 4 ). Tressqet dejta ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak l-addittiv. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
|
(7) |
L-użu ta' l-addittiv “sodium ferrocyanide” bħala membru tal-grupp ta' sustanzi li jgħaqqdu, aġenti anti-caking u koagulanti kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ispeċi kollha jew kategoriji ta' annimali mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 ( 5 ). Tressqet data ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak l-addittiv. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
|
(8) |
L-użu ta' l-addittiv “potassium ferrocyanide” bħala membru tal-grupp ta' sustanzi li jgħaqqdu, aġenti anti-caking u koagulanti kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ispeċi kollha jew kategoriji ta' annimali mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002. Tressqet data ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak l-addittiv. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
|
(9) |
L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1.4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ li jbidu, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 ( 6 ). Data ġdida ġiet imressqa b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
|
(10) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Enterococcus faecium NCIMB 11181 kien awtorizzat provviżorjament, mingħajr limitu ta' żmien għall-għoġiela u għal ħnienes, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1333/2004 ( 7 ). Dejta ġdida ġiet imressqa b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikro-organiżmi tiġi estiża għat-tiġieġ għat-tismin. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat opinjoni favorevoli fit-13 ta' April 2005 dwar is-sigurtà ta' dak l-addittiv meta wżat fil-kategorija ta' l-annimali “tiġieġ għat-tismin”, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu kif stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness IV għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba' snin. |
|
(11) |
L-użu tal-preparazzjoni tal- mikro-organiżmu Enterococcus faecium (CECT 4515) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes u għall-għoġiela mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 654/2000 ( 8 ). Dejta ġdida ġiet imressqa b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikro-organiżmi tiġi estiża għat-tiġieġ għat-tismin. L-EFSA tat opinjoni favorevoli fit-13 ta' April 2005 dwar is-sigurtà ta' dak l-addittiv meta użat fil-kategorija ta' l-annimali tat-tiġieġ għat-tismin, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness IV, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba' snin. |
|
(12) |
L-evalwazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol ( 9 ). |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
▼M1 —————
Artikolu 2
L-addittivi li huma parti mill-grupp “Sustanzi li jgħaqqdu, aġenti anti-caking u koagulanti”, kif speċifikat fl-Anness II, huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.
Artikolu 3
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif elenkata fl-Anness III, hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.
Artikolu 4
Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Mikro-Organiżmi” kif speċifikati fl-Anness IV huma awtorizzati provviżorjament għal erba' snin bħala addittivi fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
|
Numru tar-Reġistrazzjoni ta' l-addittiv |
Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' l-addittiv |
Addittiv (isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ |
|||||||||
|
Sustanzi li jinkoraġġixxu t-tkabbir |
|||||||||
|
E 800 |
BASF Aktiengesellschaft |
Potassium diformate (Formi LHS) |
Kompożizzjoni ta' l-addittiv Potassium diformate, solidu min. 98 %, Silikat mass. 1,5 %, Ilma mass. 0.5 %, Sustanza attiva: Diformat tal-potassju, solidu KH(COOH)2 CAS No 20642-05-1 |
Ħnienes (miftuma) |
— |
6 000 |
18 000 |
Għall-użu fil-ħnienes miftuma sa ma jilħqu madwar 35 kg. |
Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] |
|
Ħnieżer għat-tismin |
— |
6 000 |
12 000 |
— |
Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] |
||||
ANNESS II
|
Nru (jew Nru KE)No.) |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
|
mg/kg ta' għalf sħiħ |
||||||||
|
Sustanzi li jorbtu, sustanzi anti-caking u koagulanti |
||||||||
|
E 568 |
Klinoptilolite ta' oriġini sedentarja |
Aluminosilikat tal-kalċju idratat ta' oriġini sedentarja li fih għallinqas 80 % klinoptilolite u massimu ta' 20 % ta' minerali tat-tafal, mingħajr fibri u quartz. |
Ħnieżer għat-tismin |
— |
— |
20 000 |
L-għalf tal-bhejjem kollu |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|
Tiġieġ għat-tismin |
— |
— |
20 000 |
L-għalf tal-bhejjem kollu |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|||
|
Dundjani għat-tismin |
— |
— |
20 000 |
L-għalf tal-bhejjem kollu |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|||
|
Bovini |
— |
— |
20 000 |
L-għalf tal-bhejjem kollu |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|||
|
Salamun |
— |
— |
20 000 |
L-għalf tal-bhejjem kollu |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|||
|
E 535 |
Sodium Ferrocyanide |
Na4[Fe(CN)6]. 10H2O |
L-ispeċi jew kategoriji kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
Kontenut massimu: 80 mg/kg NaCl (ikkalkulata bħala ferrocyanide anion) |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|
E 536 |
Potassium Ferrocyanide |
K4[Fe(CN)6]. 3H2O |
L-ispeċi jew kategoriji kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
Kontenut massimu: 80 mg/kg NaCl (ikkalkulata bħala ferrocyanide anion) |
Mingħajr limitu ta' żmien |
ANNESS III
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Etàmassima |
Kontenutminimu |
Etàmassima |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
|
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ |
||||||||
|
Enżimi |
||||||||
|
E 1613 |
Endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W) li għandha attività minima ta': Forma ta' trab: 70 000 IFP (1) /g Forma likwida: 7 000 IFP/ml |
Tiġieġ li jbidu |
— |
840 IFP |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. 2. Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ: 840 IFP 3. Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiextal- lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 40 % qamħ. |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|
(1) 1 IFP huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f' pH ta' 4.8 u 50.°C. |
||||||||
ANNESS IV
|
Nru KE jew Nru. |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Etàmassima |
Kontenutmassimu |
Etàmassimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta' għalfsħiħ |
||||||||
|
Mikro-organiżmi |
||||||||
|
15 |
Enterococcus faecium NCIMB 11181 |
Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li fiha minimu ta': Fil-forma ta' trab: 4 × 1011 CFU/g addittiv Fil-forma miksija: 5 × 1010 CFU/g addittiv |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
2,5 × 108 |
15 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. |
Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] |
|
18 |
Enterococcus faecium CECT 4515 |
Taħlita ta' Enterococcus faecium li fiha ammont minimu ta': 1 × 109 CFU/g addittivi |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
1 × 109 |
1 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. |
Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] |
( 1 ) ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, tas-16.10.2004, p. 37).
( 2 ) ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).
( 3 ) ĠU L 180, tat-3.7.2001, p. 18. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2003 (ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 29).
( 4 ) ĠU L 227, tas-7.9.2000, p. 13.
( 5 ) ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 6.
( 6 ) ĠU L 62, tat-2.3.2001, p. 3.
( 7 ) ĠU L 247, tal-21.7.2004, p. 11.
( 8 ) ĠU L 79 tat-30.3.2000, p. 26 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2200/2001 (ĠU L 299, tal-15.11.2001 p. 1).
( 9 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).