<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-572/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0572</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:796">EU:C:2018:796</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez-Bordona — Kawża C‑572/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Syed</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20181003">3 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑572/17</HT></P><P>Riksåklagaren</P><P>vs</P><P>Imran Syed</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Soċjetà tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ distribuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ksur</KEYWORD><KEYWORD>Ħwejjeġ b’sinjali identiċi jew li jixxiebhu għal trade marks tal-Unjoni rreġistrati</KEYWORD><KEYWORD>Ħażna għal finijiet kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ħażna separata mill-ħanut tal-bejgħ</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja) għandha tiddeċiedi fuq appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-tieni istanza li kkundannat lil kummerċant talli biegħ, fil-ħanut tiegħu, u talli żamm, fl-imħażen tiegħu, wieħed maġenb il-ħanut u ieħor f’subborg ta’ Stokkolma, ċertu numru ta’ prodotti tessili li, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tagħhom, kienu jinkludu immaġni u disinni tal-mużika rock protetti mid-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-domanda li tagħmel il-qorti tar-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċerna l-limiti ta’ wieħed mid-drittijiet tal-awtur, dak li jawtorizza jew jipprojbixxi t-tqassim lill-pubbliku tax-xogħol jew kopji tiegħu, li huwa indirizzat fid-Direttiva 2001/29/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</P></NOTE>. B’mod konkret, hija tixtieq tkun taf jekk l-imsemmi dritt, minbarra l-oġġetti mibjugħa, ikoprix ukoll il-merkanzija maħżuna u sa liema estent.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>It-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), dwar id-drittijiet tal-awtur, adottat f’Ġinevra fl‑<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>TDA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), ġie approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/278/KE tas‑<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi għandhom igawdu d-dritt esklużiv fuq l-awtorizzazzjoni li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku x-xogħol oriġinali tagħhom jew kopji ta’ dan ix-xogħol permezz ta’ bejgħ jew trasferiment ieħor tal-proprjetà.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="2"?><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan it-Trattat ma għandux jaffetwa l-libertà tal-Partijiet Kontraenti li jiddeterminaw, jekk iridu, kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ l-eżawriment tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 wara l-ewwel bejgħ [ta’] jew trasferiment ieħor tal-proprjetà fix-xogħol oriġinali jew f’kopja tax-xogħol bl-awtorizzazzjoni ta’ l-awtur.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni Ewropea. Id-Direttiva 2001/29<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>L-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-proprjetà intellettwali twettqet, prinċipalment, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE tad‑<DATE ISO="19931029">29 ta’ Ottubru 1993</DATE> li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur u ċerti drittijiet relatati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 141), li ġiet emendata sussegwentement u mħassra bid-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="372" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 372, p. 12</REF.DOC.OJ>), li tikkodifika l-verżjonijiet preċedenti. Waħda minn dawn l-emendi kellha l-għan li tirregola l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati f’dik li tissejjaħ is-soċjetà tal-informazzjoni permezz tad-Direttiva 2001/29.</P></NOTE></HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-premessa 9 tagħha:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kull armonizzazzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tkun bażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma kruċjali għall-kreazzjoni intellettwali. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessa 11 tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Sistema rigoruż effettiv għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati hija waħda mill-metodi li tiżgura li l-kreattività u produzzjoni kulturali Ewropea jirċievu r-riżorsi meħtieġa u li jissalvagwardjaw l-indipendenza u d-dinjità ta’ oriġinaturi u artisti kreattivi.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 28 tagħha:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur skond din id-Direttiva tinkludi d-dritt esklussiv biex tikkontrolla d-distribuzzjoni tax-xogħol inkorporat f’oġġett tanġibbli. L-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ l-oriġinal ta’ xogħol jew kopji tiegħu mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu jeżawrixxi d-dritt li jikkontrolla bejgħ mill-ġdid ta’ dak l-oġġett fil-Komunità. Dan id-dritt m’għandux jiġi eżawrit rigward l-oriġinal jew il-kopji tiegħu mibjugħa mid-detentur jew bil-kunsens tiegħu barra mill-Komunità. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi, rigward l-oriġinal tax-xogħolijiet tagħhom jew tal-kopji tagħhom, id-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku b’bejgħ jew mod ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ distribuzzjoni m’għandux jiġi eżawrit fil-Komunità rigward l-oriġinal jew kopji tax-xogħol, bla ħsara fejn l-ewwel bejgħ jew trasferiment ieħor ta’ sidien fil-Komunità ta’ dak l-oġġett isir mid-detentur jew bil-kunsens tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali. Lag (1960:729) om upphovsrätt till litterära och konstnärliga verk<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Il-Liġi (1960:729) dwar proprjetà intellettwali f’xogħlijiet letterarji u artistiċi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Liġi dwar il-Proprjetà Intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), li inkorporat id-Direttiva 2001/29 fid-dritt Svediż.</P></NOTE></HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>miżura<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> li tikser id-drittijiet tal-awtur tista’ tikkonsisti, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fl-isfruttament tax-xogħol mingħajr il-kunsens tal-awtur, billi tagħmlu disponibbli għall-pubbliku, b’mod partikolari meta jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kera jew b’self kopji tax-xogħol, jew meta dawn il-kopji jitqassmu b’xi mod ieħor lill-pubbliku (il-punt 4 tal-Artikolu 2(3) tal-imsemmija liġi).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 53, kull min jadotta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>miżuri<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> intenzjonalment jew b’negliġenza gravi b’rabta ma’ xogħol letterarju jew artistiku li jikser id-dritt tal-proprjetà intellettwali fuq dak ix-xogħol, imsemmi fil-kapitoli 1 u 2, jiġi kkundannat għal piena ta’ multa jew priġunerija sa sentejn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li taw lok għall-kawża, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-fatti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>I.Syed kellu negozju fiż-żona ta’ Gamla Stan, Stokkolma, fejn kien ibigħ, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, ħwejjeġ u aċċessorji b’disinni relatati mal-mużika rock. Dawn kienu kopji pirati li kisru d-drittijiet tat-trade mark u tal-proprjetà intellettwali tad-detenturi rispettivi ta’ dawk id-drittijiet. Il-merkanzija ma kinitx tinsab biss fil-ħanut, iżda wkoll f’maħżen kontigwu u maħżen ieħor allokat fid-distrett ta’ Bandhagen, subborg tan-Nofsinhar ta’ Stokkolma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Wara li ġie akkużat, f’azzjoni kriminali, li kiser kemm id-dritt tat-trade marks kif ukoll il-Liġi dwar il-Proprjetà Intellettwali, I. Syed iddikjara quddiem it-tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, l-Isvezja) li l-ħanut kien regolarment fornut bi prodotti miż-żewġ imħażen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont ir-Riksåklagaren (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Svediż), il-ksur imwettaq kien doppju:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Minn naħa, l-akkużat kiser id-dritt tat-trade mark billi uża illegalment, fl-attività ekonomika tiegħu tal-bejgħ ta’ ħwejjeġ u aċċessorji, sinjali identiċi jew li jixxiebhu għal ċerti trade marks irreġistrati tal-Unjoni. Il-ksur seħħ meta importa l-prodotti lejn l-Isvezja, offrihom fil-ħanut tiegħu u ħażinhom għal skopijiet kummerċjali, kemm fil-ħanut kif ukoll f’maħżen kontigwu u fil-maħżen ta’ Bandhagen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Il-ksur tad-dritt tat-trade mark ma jiġix diskuss f’dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>Min-naħa l-oħra, huwa kiser ukoll id-drittijiet tal-awtur, billi għamel disponibbli għall-pubbliku, b’mod illegali, ilbies u oġġetti b’immaġnijiet protetti mid-dritt tal-proprjetà intellettwali tad-detenturi tiegħu. Il-ksur kien jikkonsisti fl-offerta għall-bejgħ tal-prodotti jew permezz ta’ kwalunkwe forma oħra ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku fil-ħanut, fil-maħżen maġenbu u fil-maħżen ta’ Bandhagen. Sussidjarjament, huwa ġie akkużat bl-istess ksur kontra l-Liġi tal-Proprjetà Intellettwali fl-istadju ta’ tentattiv jew tħejjija.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-ewwel istanza kkundannat lil I. Syed bi ksur tad-dritt tat-trade mark fir-rigward tal-oġġetti kollha misjuba. Hija kkundannatu wkoll għal ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali fir-rigward tal-oġġetti fil-ħanut u dawk li, kienu identiċi għalihom, kienu jinsabu fl-imħażen (599 il-biċċa ħwejjeġ). Fis-sentenza tagħha hija imponiet piena li ċċaħħad il-libertà b’sospensjoni tal-eżekuzzjoni u 80 jum/multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Din il-qorti indikat li l-offerta għall-bejgħ minn I. Syed ma kinitx limitata għall-oġġetti li kienu fil-ħanut, imma kienet estiża għall-prodotti identiċi elenkati fiż-żewġ imħażen. Madankollu, fir-rigward ta’ dawk li jinsabu biss fl-imħażen li ma humiex l-istess bħal dawk li jinsabu fil-ħanut, hija ħelset lil I. Syed, billi qieset li ma kienx qegħedhom għall-bejgħ u lanqas ma kien għamel tentattiv jew tħejjija ta’ ksur tal-Liġi tal-proprjetà intellettwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Meta ġiet appellata s-sentenza, is-Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (il-Qorti tal-Appell sedenti fi Stokkolma, Bord tal-privattivi u tal-liġi kummerċjali, l-Isvezja) laqgħet parti mill-appell ta’ I. Syed, u ħelsitu mill-ksur tal-Liġi tal-proprjetà intellettwali għall-merkanzija maħżuna fiż-żewġ imħażen li kienu identiċi għal dawk mibjugħa fil-ħanut.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Appell, għalkemm I. Syed kien ħażen oġġetti bil-għan li jbigħhom, ma kienx offrihom għall-bejgħ u lanqas ma ddistribwixxihom lill-pubbliku b’xi mod ieħor, u ċaħdet li l-pussess tal-merkanzija fl-imħażen kien jikkostitwixxi tentattiv jew tħejjija ta’ dak id-delitt. Għalhekk, hija qieset li I. Syed kien responsabbli biss għall-ksur tal-Liġi tal-Proprjetà Intellettwali fir-rigward tal-ħwejjeġ fil-ħanut. Bħala riżultat, hija kkundannatu għal piena li ċċaħħad il-libertà b’sospensjoni tal-eżekuzzjoni u naqqset il-multa għal 60 jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tal-Prosekutur, li ma kienx issodisfatt bis-sentenza tal-appell, ippreżenta appell quddiem il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema). Fl-opinjoni tiegħu, l-offerta ta’ prodotti għall-bejgħ f’ħanut għandha tinkludi wkoll il-possibbiltà li jinxtraw prodotti identiċi miżmuma fl-imħażen. Huwa għalhekk talab il-kundanna ta’ I. Syed bħala responsabbli għall-ksur tal-Liġi tal-Proprjetà Intellettwali għall-599 prodott ukoll li kienu jinsabu fl-imħażen u li kienu identiċi għal dawk esibiti fil-ħanut. Sussidjarjament, huwa talab li l-akkużat jiġi kkundannat għall-istess ksur fil-grad ta’ tentattiv, għalkemm ma akkużahx bi tħejjija ta’ delitt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>I. Syed oppona l-appell billi sostna li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ksur tad-dritt ta’ distribuzzjoni permezz tal-offerta għall-bejgħ teħtieġ aġir attiv immirat lejn il-pubbliku ġenerali, bil-għan li kull oġġett konkret jiġi ttrasferit. Jekk wieħed jemmen li x-xiri u l-ħażna tal-merkanzija jistgħu jikkostitwixxu aġir ta’ dan it-tip, din tkun interpretazzjoni wiesgħa żżejjed tal-kunċett ta’ distribuzzjoni, li ma hijiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ legalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema), fil-proċedura leġiżlattiva tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/29 fid-dritt intern, il-Gvern indika li, sabiex kondotta taqa’ fl-ambitu tad-dritt ta’ distribuzzjoni rregolat fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, ma huwiex meħtieġ li tkun ġiet ikkunsmata. Huwa biżżejjed li l-kopja tkun ġiet offruta, pereżempju, permezz ta’ xi tip ta’ reklamar. Hija żżid li la l-Liġi tal-Proprjetà Intellettwali u lanqas id-Direttiva 2001/29 ma jipprojbixxu espressament il-ħażna ta’ xogħlijiet protetti bl-iskop li jinbiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-Artikolu 10 tal-Kapitolu 1 tal-varumärkeslag (2010:1877) (il-Liġi (2010:1877) tat-trade marks tal-Isvezja) u għall-Artikolu 9(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), li ġie sostitwit bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20170414">14 ta’ April 2017</DATE> dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 154, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Mis-sentenza Dimensione Direct Sales u Labianca<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑516/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:315">EU:C:2015:315</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); iktar ’il quddiem, is-sentenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dimensione Direct Sales<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></NOTE>, skont il-qorti tar-rinviju, jirriżulta li jista’ jkun hemm ksur tad-dritt esklużiv tal-awtur, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, meta persuna tadotta miżuri jew twettaq azzjonijiet qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tax-xiri, pereżempju, l-offerta għall-bejgħ ta’ merkanzija protetta. Madankollu, id-dubju li jitqajjem huwa jekk dawk li jżommu merkanzija protetta fil-maħżen tagħhom jistgħux jitqiesu bħala li joffruha għall-bejgħ meta jbigħu merkanzija identika f’ħanut tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Domandi preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema) għamlet id-domandi għal deċiżjoni preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1)</NO.P><TXT>Meta merkanzija li fuqha jitwaħħal disinn protett hija illegalment offruta għall-bejgħ f’ħanut, jista’ jeżisti wkoll ksur tad-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni tal-awtur previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 f’dak li jikkonċerna merkanzija li fuqha jidhru disinni identiċi, li tinżamm maħżuna mill-persuna li toffri l-merkanzija għall-bejgħ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Huwa rilevanti jekk il-merkanzija tinżammx maħżuna f’post li huwa konness mal-ħanut jew f’post ieħor?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20170928">28 ta’ Settembru 2017</DATE> u osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati biss mill-Uffiċċju tal-Prosekutur u mill-Kummissjoni. Ma ġiex meqjus neċessarju li tinżamm seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sunt tal-osservazzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għall-Uffiċċju tal-Prosekutur, li jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu espressa quddiem il-qorti tar-rinviju, huwa neċessarju li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi li jista’ jkollha interpretazzjoni stretta wisq tad-dritt ta’ distribuzzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</P></NOTE>. Huwa jipprovdi li l-miżuri proċedurali u s-sanzjonijiet previsti f’dan it-test leġiżlattiv jippresupponi t-twettiq ta’ ksur jew it-twettiq imminenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tal-Prosekutur jemmen li meta kummerċant jaħżen merkanzija b’disinni protetti mid-drittijiet tal-awtur fil-bini tiegħu, huwa jipprova jikseb vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Huwa jiċċita testwalment estratt mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Gwida dwar ċerti aspetti tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (Brussell, <DATE ISO="20171129">29.11.2017</DATE>, COM(2017) 708 finali, p. 9), li tipprovdi kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Minn dan li ntqal hawn fuq isegwi li, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-kunċett ta’ skala kummerċjali, kif jintuża f’diversi dispożizzjonijiet tal-IPRED, jenħtieġ li ma jinftiehemx f’termini purament kwantitattivi; minflok, ċerti elementi kwalitattivi, bħal jekk l-attività inkwistjoni normalment titwettaqx għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NOTE>. L-offerta tal-merkanzija f’ħanut hija mmirata sabiex tħeġġeġ lill-konsumaturi jixtru wkoll il-prodotti identiċi maħżuna fil-maħżen. Kwalunkwe interpretazzjoni oħra, fil-fehma tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, ma tkunx rikonċiljabbli mal-postulati tas-sentenza Dimensione Direct Sales u ma tkunx tiggarantixxi livell għoli, effettiv u rigoruż ta’ protezzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Huwa jirreferi għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE> <NAME.CASE>Peek &amp; Cloppenburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑456/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:232">EU:C:2008:232</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) punt 37.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Għalhekk jissuġġerixxi li d-domandi preliminari magħmula jingħataw risposta fis-sens li l-merkanzija msemmijja f’din il-kawża tikser id-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni tal-awtur, stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, u li l-fatt li jinsabu maħżuna f’post maġenb il-ħanut jew f’maħżen ieħor iktar ’il bogħod ma huwiex rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tipproponi li l-analiżi tibda mill-kwistjonijiet tas-sentenza Dimensione Direct Sales, b’mod partikolari, mill-postulati li jagħtu lid-detentur tad-dritt tal-awtur id-dritt li jipprojbixxi kull forma ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti li fuqhom ikun hemm ix-xogħol tiegħu, kif ukoll mill-kunċett ta’ distribuzzjoni bħala kunċett awtonomu fid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza Dimensione Direct Sales, punti 21 u 22.</P></NOTE>. Kemm kuntratt ta’ xiri u l-kunsinna lill-klijent tal-oġġett miksub kif ukoll operazzjonijiet oħrajn qabel il-kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punti 25 u 26.</P></NOTE>, inklużi avvenimenti ta’ reklamar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punti 29 sa 32.</P></NOTE> jistgħu jiġu inklużi taħt dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Minn dawn il-premessi jiġi dedott li l-merkanzija maħżuna f’postijiet li ma humiex il-ħanut tikser id-dritt ta’ distribuzzjoni tad-detentur tiegħu, jekk jintwera li din tiġi offruta għall-bejgħ jew hija rreklamata lill-konsumaturi. Madankollu, din il-konklużjoni ma tirrispondix realment id-domandi tal-qorti tar-rinviju, peress li d-domanda hija jekk il-merkanzija maħżuna tistax tiġi assimilata ma’ dik realment offruta fil-ħanut, irrispettivament minn jekk tiġix mibjugħa jew irreklamata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tiċħad li huwa possibbli li jsir dan it-tqabbil, peress li dan ikun ifisser li wieħed jibda minn pożizzjoni <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> fuq l-użu kummerċjali tal-merkanzija fl-imħażen minħabba s-sempliċi fatt li merkanzija oħra li tixxiebah ġiet mibjugħa lill-pubbliku. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-intenzjoni tal-parti kkonċernata fir-rigward tal-merkanzija tiġi vverifikata mil-perspettiva kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tipproponi sett ta’ kriterji li jippermettu li jiġi kkonfermat l-użu kummerċjali tal-prodotti: a) l-identiċità tal-merkanzija ma’ merkanzija oħra li hija protetta bid-drittijiet tal-awtur u li hija esibita sabiex tinbiegħ fil-ħanut; b) konnessjoni fiżika, finanzjarja jew amministrattiva bejn il-maħżen u l-ħanut; u ċ) il-provvista regolari fil-ħanut ta’ merkanzija li tkun ġejja mill-maħżen.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kumment preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Id-domandi preliminari tqajmu fil-kuntest ta’ proċedura kriminali kontra I. Syed, li jwassalni sabiex nagħmel kjarifika preliminari. Il-leġiżlatur Svediż għażel li, fl-Artikolu 53 tal-Liġi tal-proprjetà intellettwali, jikklassifika l-ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali fuq xogħol artistiku jew letterarju, billi jirreferi għal dak previst f’dispożizzjonijiet oħrajn tal-istess liġi. Ma sarx riferiment espress, għall-inqas fil-kliem litterali tiegħu, għad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-qasam, il-leġiżlatur Ewropew ma użax il-possibbiltà li jiddefinixxi reati kriminali jew li jagħmel approssimazzjoni jew armonizzazzjoni tal-liġijiet kriminali tal-Istati Membri (Artikolu 83(1) u (2) TFUE). Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni bħal din, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdi interpretazzjoni xierqa tad-Direttiva 2001/29 lill-qorti tar-rinviju, iżda ma jista’ jkollha ebda rwol fil-kwistjoni dwar l-aspetti kriminali tad-dritt ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri peress li, nerġa’ ngħid, ma hemmx regoli ta’ armonizzazzjoni f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/48 tinkludi biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>miżuri, il-proċeduri u r-rimedji ċivili u amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (l-Artikolu 16) immirati sabiex jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għalkemm tafferma li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sanzjonijiet kriminali jikkostitwixxu wkoll, f’każijiet xierqa, il-mezzi biex jiġi assigurat l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-premessa 28.</P></NOTE>, dawn ma humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(3)(c) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[d]in id-Direttiva ma għandix taffettwa […] id-dispożizzjonijiet kollha ta’ l-Istati Membri relatati ma’ proċeduri kriminali jew penalitajiet fir-rigward tal-kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, I. Syed esprima l-biża’ tiegħu li, minħabba r-riferiment tad-dritt kriminali għad-dritt ċivili sabiex jiġi stabbilit it-tip ta’ reat, il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> b’mod wisq wiesa’ u tinkludi fih il-merkanzija maħżuna iżda li għadha ma ġietx mibjugħa, bi ksur tal-prinċipju ta’ determinazzjoni stretta li jirregola d-deskrizzjoni tar-reati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li dak l-argument huwa ammissibbli. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tinterpreta l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 irrispettivament mill-konsegwenzi li, mill-perspettiva tad-dritt kriminali Svediż, jistgħu jiġu dedotti mill-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Uħud mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ser nirreferi għalihom iktar tard, jinterpretaw din id-direttiva f’rinviji għal deċiżjonijiet preliminari magħmulin, preċiżament, fi proċeduri kriminali.</P></NOTE>. Din l-interpretazzjoni hija limitata għall-investigazzjoni tal-perimetru tal-protezzjoni tad-dritt tal-awtur sabiex tkun ipprojbita jew permessa d-distribuzzjoni tal-kreazzjonijiet tiegħu. Jekk, skont il-liġi Svediża, huwa biżżejjed li dan id-dritt ikun ġie miksur sabiex ikun hemm piena kriminali, dan ma huwiex dovut għad-Direttiva 2001/29 u lanqas għall-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjoni ta’ I. Syed, fir-realtà, hemm kritika għall-formulazzjoni tad-deskrizzjoni tar-reat prevista fl-Artikolu 53 tal-Liġi tal-proprjetà intellettwali. Din il-kritika tikkundanna l-ksur eventwali tal-prinċipji tal-legalità u taċ-ċertezza legali, peress li l-artikolu ma jirrispettax il-prinċipju ta’ speċifiċità rispettiva tar-regoli kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Dan l-argument, nirrepeti, ma jaqax taħt l-ambitu ta’ din il-proċedura għal deċiżjoni preliminari, u għaldaqstant ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tillimita lilha nnifisha, fid-djalogu preliminari li għandha mal-qrati nazzjonali, sabiex tagħti interpretazzjoni tad-dritt ta’ distribuzzjoni previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Mir-rapport mogħti fid-digriet tar-rinviju jirriżulta li I. Syed jopera b’merkanzija li fuqha għandha riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tagħhom. Sabiex jiġi ddelinjat aħjar liema huma l-fatti li jsir riferiment għalihom fid-domandi tal-qorti tar-rinviju, għandu jiġi ċċarat li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Parti mill-prodotti pirati ġiet offruta għall-bejgħ fil-ħanut ta’ I. Syed, li ġie kkundannat fl-ewwel u fit-tieni istanza għal dan l-aġir, li l-qorti tal-kassazzjoni ma għandha ebda dubju dwar dan.</P></ITEM><ITEM><P>Parti oħra minn dawn il-prodotti (b’mod konkret, 599 il-biċċa ħwejjeġ li huma identiċi għal dawk esibiti għall-bejgħ fil-ħanut) kienet tinsab fil-maħżen ta’ I. Syed.</P></ITEM><ITEM><P>Il-bqija tal-prodotti pirati kienu wkoll jinsabu fl-imħażen, iżda ma kinux offruti għall-bejgħ jew ma kinux identiċi għall-ħwejjeġ esibiti fil-ħanut.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dritt ta’ distribuzzjoni jestendix għat-tieni kategorija ta’ oġġetti, jiġifieri, dawk li għandhom l-istess <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>disinni protetti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> bħal dawk mibjugħa fil-ħanut u li huma maħżuna f’postijiet oħrajn. Hija tixtieq tkun taf ukoll, jekk id-distanza tal-imħażen mill-ħanut (wieħed kontigwu mal-ħanut u l-ieħor jinsab f’subborg fin-Nofsinhar ta’ Stokkolma) għandhiex effett fuq ir-risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Id-domandi tal-qorti tar-rinviju jinftiehmu aħjar meta titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ngħatat sa issa, li ser nipprovdi fil-qosor hawn taħt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Peek &amp; Cloppenburg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE> (<NO.CASE>C‑456/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:232">EU:C:2008:232</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ġie ċċarat jekk id-dritt ta’ distribuzzjoni previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 ġiex miksur meta katina ta’ stabbilimenti tal-ħwejjeġ qiegħdet f’żona ta’ mistrieħ għall-klijenti tal-ħwienet tagħha u fil-vetrina ta’ żona oħra, pultruni u sufani ddisinjati minn Charles-Édouard Jeanneret (<HT TYPE="ITALIC">Le Corbusier</HT>) u protetti mid-drittijiet tal-awtur, iżda mmanifatturati mingħajr il-kunsens tad-detentur tagħhom (kumpannija ddedikata għall-produzzjoni ta’ għamara bit-tapizzerija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet, fil-qosor, li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>biss dawk l-atti li jimplikaw esklużivament trasferiment tal-proprjetà ta’ dan l-oġġett<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li huma inklużi fil-kunċett ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku tal-verżjoni oriġinali ta’ xogħol jew il-kopja tiegħu <HT TYPE="ITALIC">bi kwalunkwe mod għajr milli bil-bejgħ</HT>, fis-sens tad-dispożizzjoni ikkontestata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 36.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu, f’żewġ sentenzi sussegwenti hija estendiet il-kunċett ta’ distribuzzjoni u inkludiet fih aġir li jmur lil hinn mis-sempliċi atti ta’ trasferiment tal-proprjetà.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalhekk, fis-sentenza Donner<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE> (<NO.CASE>C‑5/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:370">EU:C:2012:370</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ġiet magħmula domanda fir-rigward tal-aġir ta’ trasportatur li aġixxa bħala kompliċi fid-distribuzzjoni mhux awtorizzata ta’ riproduzzjonijiet ta’ għamara protetta mid-drittijiet tal-awtur, li kumpannija Taljana pprovdiet lill-klijenti tagħha fil-Ġermanja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 12: Il-kumpannija Taljana <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kienet toffri lill-klijenti residenti fil-Ġermanja, il-bejgħ ta’ riproduzzjonijiet ta’ biċċiet ta’ għamara tal-istil ‘Bauhaus’ permezz ta’ reklami u supplimenti f’rivisti kif ukoll permezz ta’ ittri ta’ reklamar dirett lil ċerti indirizzi u permezz ta’ sit internet bil-lingwa Ġermaniża, mingħajr ma kellha l-liċenzji meħtieġa għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn l-oġġetti fil-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-fatt li d-distribuzzjoni lill-pubbliku hija kkaratterizzata minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>serje ta’ attivitajiet li jkopru, <HT TYPE="ITALIC">minn tal-inqas</HT>, mill-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ bejgħ sal-eżekuzzjoni tiegħu permezz tal-kunsinna lil membru tal-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja żammet lill-kummerċanti responsabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>għal kull attività, imwettqa minnu stess jew f’ismu, li tagħti lok għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> fi Stat Membru fejn l-oġġetti ddistribwiti huma protetti minn drittijiet tal-awtur. Bl-istess mod, huwa jista’ jinżamm responsabbli għal kull attività tal-istess natura mwettqa minn terz, meta l-imsemmi negozjant kien speċifikament immira lejn il-pubbliku tal-Istat ta’ destinazzjoni u ma setax ma jkunx jaf bl-azzjonijiet ta’ dan it-terz.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punti 26 u 27. Enfasi miżjuda minni. Ara, fl-istess sens, iżda fil-kuntest tal-importazzjoni fi Stat Membru ta’ merkanziji ffalsifikati minn sit tal-internet li jinsab f’pajjiż terz, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE> <NAME.CASE>Blomqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑98/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:55">EU:C:2014:55</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. F’dik is-sentenza ġie applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat‑<DATE ISO="20030722">22 ta’ Lulju 2003</DATE> li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 469).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fil-kawża Dimensione Direct Sales ġie diskuss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil detentur ta’ dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni ta’ xogħol protett li jopponi offerta ta’ bejgħ jew reklamar dwar l-oriġinal jew kopja ta’ dan ix-xogħol, anki jekk ma jkunx stabbilit li din l-offerta jew reklamar tirriżulta fl-akkwist tal-oġġett protett minn xerrej tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza Dimensione Direct Sales, punt 20. Il-kawża kienet tinvolvi kumpannija li tbigħ direttament jew bl-internet għamara (li kienet imitazzjoni jew falsifikazzjoni ta’ xogħlijiet protetti) u d-detentur tad-drittijiet tal-awtur ta’ dawk il-kreazzjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li d-detentur tad-dritt tal-awtur għandu s-setgħa li jopponi r-reklamar tal-bejjiegħ (li offra l-oġġetti foloz fuq is-sit tal-internet tiegħu, f’ġurnali u rivisti differenti, kif ukoll f’fuljett pubbliċitarju). Hija ddikjarat, b’mod konkret, li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[f]ir-rigward ta’ stedina sabiex wieħed jissottometti offerta jew reklam mhux vinkolanti li jirrigwardaw xogħol protett, din ukoll tagħmel parti mill-katina ta’ operazzjonijiet ta’ impriża mwettqa bil-għan li jitlesta l-bejgħ ta’ dan ix-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 28.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[H]uwa irrilevanti […] li dan ir-reklamar ma jiġix segwit bit-trasferiment tal-proprjetà tax-xogħol protett jew ta’ kopja tiegħu lix-xerrej<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 32.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet li, sabiex jiġi aċċertat il-ksur tad-dritt ta’ distribuzzjoni, kienet meħtieġa azzjoni sussegwenti għar-reklamar li tinvolvi t-trasferiment lix-xerrej tal-proprjetà tal-oġġett protett jew kopja tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jista’ jiġi dedott li l-Qorti tal-Ġustizzja estendiet il-kunċett ta’ <HT TYPE="ITALIC">distribuzzjoni</HT> stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29. Hija evolvietu minn sempliċi azzjoni ta’ trasferiment tal-proprjetà sabiex tinkludi l-atti ta’ tħejjija għall-bejgħ tal-oġġett, bħall-offerta tal-kummerċant (direttament jew fuq is-sit tal-internet tiegħu) jew operazzjonijiet oħrajn sabiex isir dak il-bejgħ, inkluż it-trasport tal-oġġetti permezz ta’ terz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Kif inhu loġiku, is-soluzzjonijiet ipprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Naqbel mal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fl-importanza partikolari tal-kuntest fattwali ta’ kull waħda mill-kawżi li ġew indirizzati sa issa mill-Qorti tal-Ġustizzja; ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dimensione Direct Sales</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑516/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2415">EU:C:2014:2415</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> fl-imsemmija kawżi għandhom jitqiesu fil-kuntest tagħhom, metodu li għandu jiġi applikat ukoll f’dan il-każ. Issa għandu jiġi ċċarat biss jekk il-ħażna tal-ħwejjeġ fl-imħażen, meta kienu identiċi għal dawk imqiegħda għall-bejgħ fil-ħanut hijiex konnessa mal-katina ta’ operazzjonijiet maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Meta tiġi eżaminata l-portata tad-dritt esklużiv tal-awtur sabiex jipprojbixxi kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, jista’ jkun utli li wieħed jirreferi għall-isfond ekonomiku tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ta’ prodott. Fil-prattika kummerċjali dan huwa ddefinit bħala s-sensiela ta’ azzjonijiet, proċeduri u relazzjonijiet li prodott jgħaddi minnhom mill-manifattura tiegħu sal-użu finali tiegħu, kemm jekk fi proċess ta’ produzzjoni ulterjuri jew jekk jingħatax definittivament lill-konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, pereżempju, Martinek, M., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1. Kapitel. Grundlagen des Vertriebsrechts<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, f’Martinek, M. u Semler, F.-J. (eds.), <HT TYPE="ITALIC">Handbuch des Vertriebsrechts</HT>, Editorjal C.H. Beck, Múnich, 1996, p. 3.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa dubjuż jekk, mill-perspettiva legali li hija rilevanti għalina, id-dritt esklużiv li tiġi awtorizzata jew ipprojbita d-distribuzzjoni li tirreferi għaliha d-Direttiva 2001/29 għandux ambitu wiesa’ daqshekk. Fir-rigward tat-teorija li l-ewwel trasferiment (mill-produttur għal bejjiegħ bl-ingrossa) diġà jidħol fil-perimetru ta’ dak id-dritt, jista’ jkun maħsub li din il-prerogattiva tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur taffettwa biss it-tranżazzjoni bejn il-bejjiegħ bl-imnut u l-konsumatur aħħari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Bently, L. u Sherman, B., <HT TYPE="ITALIC">Intellectual Property Law</HT>, Oxford University Press, 3<HT TYPE="SUP">a</HT> edizzjoni 2009, p. 144.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Donner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:370">EU:C:2012:370</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet it-tieni teorija, li tinterpreta t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>distribuzzjoni lill-pubbliku […] b’bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, bħala sinonimu għat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku […] permezz ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li jinsab fl-Artikolu 6(1) tat-TDA. Għalhekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tfisser il-konsumatur jew l-utent aħħari, iżda mhux il-kumpanniji intermedjarji fil-katina tad-distribuzzjoni, b’mod partikolari, il-bejjiegħa bl-ingrossa, għalkemm it-TDA ma jiddefinixxix il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, u għalhekk dan għandu jsir mil-leġiżlatur jew mill-qrati tal-partijiet kontraenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Dan jidher li huwa stabbilit fit-TDA; ara, Reinbothe, J., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Chapter 7. The WIPO Copyright Treaty – Article 6<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, f’Reinbothe, J. u Von Lewinski, S., <HT TYPE="ITALIC">The WIPO Treaties on Copyright — A Commentary on the WCT, the WPPT, and the BTAP</HT>, 2<HT TYPE="SUP">a</HT> edición, Oxford University Press, 2015, p. 110. Għalkemm, fil-fatt, setgħet tiġi sostnuta interpretazzjoni iktar wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, il-fatt li ttieħed l-approċċ viċin għall-figura tal-konsumatur finali huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-fatt li I. Syed huwa bejjiegħ bl-imnut li jbigħ lill-konsumatur finali ma huwiex ikkontestat. Għalhekk, huwa jinsab fl-aħħar segment tal-katina ta’ distribuzzjoni li fiha japplika d-dritt tal-awtur sabiex jawtorizza jew jipprojbixxi d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet protetti tiegħu. Fuq il-bażi ta’ din il-premessa, għandha tiġi eżaminata l-portata ta’ dan id-dritt meta merkanzija identika għal dik imqiegħda għall-bejgħ fil-ħanut tkun fl-imħażen tal-bejjiegħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Diġà indikajt li l-ġurisprudenza tinkludi fost l-atti ta’ distribuzzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>mill-inqas<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> il-kuntratt ta’ bejgħ u l-kunsinna tal-prodott mixtri lix-xerrej<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Donner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:370">EU:C:2012:370</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, kif ukoll l-offerta ta’ bejgħ u r-reklamar mhux vinkolanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza Dimensione Direct Sales, punt 28.</P></NOTE>. Għaldaqstant, nemmen li l-offerta tal-bejgħ ma hijiex limitata biss għall-prodotti esibiti f’ċertu stabbiliment kummerċjali, iżda wkoll għal dawk li, huma identiċi għalihom, u huma maħżuna provviżorjament f’maħżen tal-bejjiegħ, ippreparati sabiex jissostitwixxu dawk li jinbiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-esibizzjoni tal-merkanzija fil-vetrina jew ġewwa l-ħanut issir sabiex jinbiegħ l-ikbar numru possibbli ta’ prodotti, kif inhu loġiku li wieħed jassumi għal kull kummerċant. Il-ħwejjeġ (f’dan il-każ, t-shirts b’disinni tal-mużika rock) li jinsabu fil-ħanut jirrappreżentaw <HT TYPE="ITALIC">pars pro toto</HT> għall-istokkijiet l-oħrajn. It-tnejn li huma għandhom konnessjoni diretta li ma tinvolvi xejn għajr aġir attiv intiż sabiex jinbiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, għalhekk, id-dritt li tiġi opposta d-distribuzzjoni tal-oġġetti b’riproduzzjonijiet li jiksru drittijiet tal-awtur jestendi mhux biss għall-oġġetti li huma diġà fil-ħanut, iżda wkoll għal dawk li għandhom l-istess disinni u li huma maħżuna fl-imħażen tal-bejjiegħ, fl-istennija tat-trasferiment tagħhom lejn il-ħanut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-protezzjoni minima stabbilita fl-Artikolu 6(1) tat-TDA li tinkludi l-atti ta’ tħejjija għall-bejgħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Reinbothe, J., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 111.</P></NOTE> kif ukoll mal-għan tad-Direttiva 2001/29 li jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni għad-drittijiet tal proprjetà intellettwali, skont il-premessa 9 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’dan il-mod jiġi żgurat l-effett utli tad-dispożizzjoni, li huwa dak li tiġi evitata l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mmanifatturati bi ksur tad-drittijiet tal-awtur, billi tingħata natura preventiva lis-setgħa li tiġi kkontrollata d-distribuzzjoni tax-xogħol jew tal-kopji tiegħu. Li kieku dan il-kontroll ikun jista’ jiġi eżerċitat biss meta jkun sar il-bejgħ, billi l-eżerċizzju tad-dritt ta’ distribuzzjoni jkun iffokat biss fuq kull tranżazzjoni individwali (din tidher li hija t-teorija ta’ I. Syed), is-salvagwardja effettiva tiegħu tkun qiegħda tiġi <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> ostakolata minħabba d-diffikultà li jiġi vverifikat il-post u l-ħin li fih inbiegħu l-oġġetti, speċjalment dawk maħżuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalkemm naqbel mal-Kummissjoni li, f’din il-kawża, l-intenzjoni tal-bejgħ tista’ tiġi dedotta mill-fatt li xi prodotti huma offruti fil-ħanut u oħrajn li jixxiebhu kienu fl-istess ħin jinsabu fl-imħażen, ma naħsibx li huwa neċessarju li test bħal dak li hija tirrakkomanda, eċċessivament riġidu, jiġi ġġeneralizzat. B’mod partikolari, l-investigazzjoni tar-rabta (fiżika, finanzjarja jew amministrattiva) bejn ħanut u maħżen tista’ tkun wisq formalistika, biex ma nsemmux ukoll il-fatt li lanqas ma jkun ċar kif tista’ tingħata prova tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Naħseb li minħabba l-konnessjoni mill-qrib bejn il-ħwejjeġ li kien ibigħ I. Syed fil-ħanut tiegħu u dawk li kellu fl-imħażen, flimkien mal-kundizzjoni tiegħu bħala kummerċant, il-maħżen kien diġà jifforma parti mill-katina ta’ azzjonijiet immirati lejn il-bejgħ. Għalhekk, fil-qosor, id-dritt għandu jiġi estiż għall-projbizzjoni jew għall-awtorizzazzjoni tad-distribuzzjoni tagħhom, bħala possibbiltà inerenti tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, id-distanza jew le tal-imħażen ma hijiex rilevanti. Ma hemm xejn li jimpedixxi (anzi huwa loġiku u parti mis-sens komun) li jekk I. Syed ma jkollux id-daqs jew il-kulur ta’ oġġett mitlub minn klijent fil-maħżen kontigwu mal-ħanut, jimpenja ruħu li jġibulu, fi żmien relattivament qasir, mill-maħżen li jinsab fid-distrett ta’ Bandhagen. Il-fatti jibqgħu jkunu inklużi fil-katina ta’ operazzjonijiet li jitwettqu sabiex dak l-oġġett jinbiegħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, biex immorru lura għall-kuntest proċedurali kriminali tal-kawża quddiem il-qrati Svediżi, għandu jiġi enfasizzat li r-risposta ssuġġerita hawn hija ppreżentata fil-qafas strett tal-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/29. Huma esklużivament dawk il-qrati, fuq il-bażi tal-mod li bih id-dritt intern jikkonfigura r-reati kriminali tiegħu u jiddefinixxi l-istadji diversi ta’ <HT TYPE="ITALIC">iter criminis</HT> (atti interni, atti preparatorji, atti ta’ eżekuzzjoni, tentattivi u konsum), li għandhom jiddeterminaw jekk sarx delitt jew le u sa liema grad jista jiġi akkużat l-awtur tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmulin mill-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja) kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt esklużiv li jawtorizza jew jipprojbixxi kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku tal-verżjoni oriġinali tax-xogħlijiet tiegħu, jew ta’ kopji tiegħu, imsemmija f’dan l-artikolu, japplika għall-merkanzija maħżuna fl-imħażen ta’ kummerċant li fuqha hemm disinni protetti li huma l-istess bħal dawk li huma offruti għall-bejgħ fil-ħanut tiegħu. Għal dawn il-finijiet, id-distanza bejn l-imħażen u l-ħanut hija irrilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>