<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑174/12</NO.CASE><NO.CASE>T‑80/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012TJ0174</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:52">EU:T:2014:52</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140204">4.2.2014</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA T‑174/12 U T‑80/13</P><P>SYRIAN LEBANESE COMMERCIAL BANK vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika barranija u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Adattament tat-talbiet</KEYWORD><KEYWORD>Terminu</KEYWORD><KEYWORD>Żball manifest ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda T‑174/12 u T‑80/13,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Syrian Lebanese Commercial Bank SAL,</HT> stabbilita f’Bejrut (il-Libanu), irrappreżentat minn P. Vanderveeren, L. Defalque u T. Bontinck, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,</HT> irrappreżentat minn G. Étienne u S. Cook, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandu bħala għan talba għal annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012, tat-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE>, li jimplimenta l-Artikolu [32](1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2012">ĠU L 19, p. 6</REF.DOC.OJ>), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK, tat-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE>, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2012">ĠU L 19, p. 33</REF.DOC.OJ>), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="330" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2012">ĠU L 330, p. 21</REF.DOC.OJ>), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1117/2012, tad-<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="330" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2012">ĠU L 330, p. 9</REF.DOC.OJ>), il-ħames nett, tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ittri deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, u tat-<DATE ISO="20121130">30 ta’ Novembru 2012</DATE>, li jinnotifikaw lir-rikorrent il-miżuri restrittivi li jikkonċernawh, is-sitt nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/109/PESK, tat-<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2012/739/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2013">ĠU L 58, p. 8</REF.DOC.OJ>), is-seba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-<DATE ISO="20130422">22 ta’ April 2013</DATE>, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU L 111, p. 1</REF.DOC.OJ>), it-tmien nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="147" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2013">ĠU L 147, p. 14</REF.DOC.OJ>), sa fejn dawn l-atti jaffettwaw is-sitwazzjoni tar-rikorrent,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, G. Berardis (Relatur) u C. Wetter, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawżi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, is-Syrian Lebanese Commercial Bank SAL, huwa bank Libaniż, li 84.2 % tal-kapital tiegħu huwa miżmum mill-Commercial Bank of Syria (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>CBS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li jappartjeni lill-Istat Sirjan.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20110509">9 ta’ Mejju 2011</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta, abbażi tal-Artikolu 29 TUE, id-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="121" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2011">ĠU L 121, p. 11</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 4(1) tagħha jipprovdi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti eżerċitata kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, u lill-persuni, fiżiċi jew ġuridiċi, u entitajiet assoċjati magħhom flimkien mal-fondi u riżorsi li huma jippossjedu, iżommu jew jikkontrollaw, għandhom jiġu ffriżati. Il-modalitajiet ta’ dan l-iffriżar huma ddefiniti fil-paragrafi l-oħra ta’ dan l-istess artikolu. Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2011/273, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta’ dawn il-persuni.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-istess sens, il-Kunsill adotta, abbażi tal-Artikolu 215(2) TFUE u d-Deċiżjoni 2011/273, ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, tad‑<DATE ISO="20110509">9 ta’ Mejju 2011</DATE>, dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="121" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 121, p. 1</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi għall-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi elenkati fl-Anness II, jew li jinsabu fil-pussess, miżmuma jew ikkontrollati minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat‑<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2011">ĠU L 269, p. 33</REF.DOC.OJ>), is-CBS ġie inkluż fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/273, bil-motivazzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Bank tal-istat li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal‑<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="56" DATE.PUB="2011">ĠU L 319, p. 56</REF.DOC.OJ>), il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw is-CBS baqgħu fis-seħħ, fejn dan tal-aħħar kien imniżżel fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/782.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK, tat-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE>, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2012">ĠU L 19, p. 33</REF.DOC.OJ>), isem ir-rikorrent ġie inkluż fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782, bil-motivazzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Sussidjarju tal-[CBS], diġà elenkat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat‑<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2011">ĠU L 269, p. 18</REF.DOC.OJ>), is-CBS ġie inkluż fl-Anness IIa tar-Regolament Nru 442/2011, bl-istess motivazzjoni bħal dik tad-Deċiżjoni 2011/684.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat‑<DATE ISO="20120118">18 ta’ Jannar 2012</DATE>, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 16, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-miżuri restrittivi dwar is-CBS baqgħu fis-seħħ, fejn ismu kien imniżżel fl-Anness II tar-Regolament Nru 36/2012.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012, tat‑<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE>, li jimplimenta l-Artikolu [32](1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2012">ĠU L 19, p. 6</REF.DOC.OJ>), isem ir-rikorrent ġiet inkluż fl-Anness II tar-Regolament Nru 36/2012, bl-istess motivazzjoni bħal dik tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/37.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Kunsill bagħat ittra lir-rikorrent (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ittra tal‑<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) li tgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Permezz ta’ din l-ittra nixtiequ ninformawk li l-Kunsill […] iddeċieda li l-kumpannija tiegħek għandha tiġi inkluża fil-lista tal-persuni u entitajiet imniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni [2011/782], implementata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni [2012/37], u fl-Anness II tar-Regolament [Nru 36/2012], implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni [Nru 55/2012]. Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tiegħek f’din il-lista jissemmew [fl-]entrati korrispondenti fl-annessi inkwistjoni.</P><P>Hawn anness għandek issib kopja tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni li jipprovdu għall-inklużjoni tal-kumpannija tiegħek fil-lista msemmija iktar ’il fuq […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ikkonferma li kien irċieva din l-ittra fit‑<DATE ISO="20120208">8 ta’ Frar 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Kunsill ippubblika wkoll fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> l-Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782, kif implementata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2012">ĠU C 19, p. 5</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Avviż inkwistjoni, il-persuni u entitajiet ikkonċernati jistgħu jindirizzaw lill-Kunsill talba għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li permezz tagħha huma ġew inklużi fil-listi annessi għall-atti msemmija fil-punt 12 iktar ’il fuq, billi flimkien ma’ din it-talba jinkludu d-dokumenti ġustifikattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20120215">15 ta’ Frar 2012</DATE>, ir-rikorrent indirizza lill-Kummissjoni talba għal eżami mill-ġdid, li permezz tagħha, minn naħa, huwa kkontesta l-fatt li kien qed jipparteċipa fil-finanzjament tar-reġim Sirjan u, min-naħa l-oħra, huwa talab li jkollu aċċess għall-provi fil-pussess tal-Kunsill li jikkonċernawh kif ukoll li jinstema’. Fl-assenza ta’ tweġiba mill-Kunsill, fl‑<DATE ISO="20120404">4 ta’ April 2012</DATE>, ir-rikorrent reġa’ tenna din it-talba.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-Kunsill, l-ewwel nett, ikkomunika lir-rikorrent is-silta min-nota tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill lid-delegazzjonijiet tal-Istati Membri li magħha kien anness id-dokument li serva bħala bażi għall-inklużjoni tiegħu fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi fuq is-Sirja (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>dokumenti kkomunikati fit‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u, it-tieni nett, irrifjuta li jagħtih smigħ formali, ġaladarba l-possibbiltà li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet bil-miktub kellha titqies bħala suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20121107">7 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-rikorrent talab sabiex jerġa’ jsir eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tat‑<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="330" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2012">ĠU L 330, p. 21</REF.DOC.OJ>), il-miżuri restrittivi applikati lir-rikorrent u lis-CBS inżammu, fejn dawn iż-żewġ kumpanniji kienu inklużi rispettivament fl-Annessi I.B u II tad-Deċiżjoni 2012/739.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni 2012/739, din kienet tapplika sal‑<DATE ISO="20130301">1 ta’ Marzu 2013</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1117/2012, tad‑<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="330" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2012">ĠU L 330, p. 9</REF.DOC.OJ>), l-ismijiet ta’ persuni oħra ġew miżjuda fl-Anness II tar-Regolament Nru 36/2012 filwaqt li tneħħa isem persuna minn dan l-anness.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20121130">30 ta’ Novembru 2012</DATE>, il-Kunsill bagħat ittra lir-rappreżentanti tar-rikorrent li tgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Permezz ta’ din l-ittra nixtiequ ninformawk li l-Kunsill [...] iddeċieda li l-klijent tiegħek ser jibqa’ inkluż fil-lista tal-persuni u entitajiet imniżżla fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni [2012/739] kif ukoll fl-Annessi II u Iia tar-Regolament [Nru 36/2012], implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni [Nru 1117/2012]. Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tal-klijent tiegħek f’din il-lista jissemmew [fl-]entrati korrispondenti fl-annessi inkwistjoni.</P><P>Hawn anness għandek issib kopja tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-klijent tiegħek fil-lista msemmija iktar ’il fuq.</P><P>[…]</P><P>Fl-aħħar nett, nixtiequ niġbdu l-attenzjoni tiegħek dwar il-possibbiltà li tiġi kkontestata d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-[Qorti Ġenerali]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ikkonferma li kien irċieva din l-ittra fit‑<DATE ISO="20121203">3 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20121130">30 ta’ Novembru 2012</DATE>, il-Kunsill ippubblika wkoll fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> l-Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implementati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1117/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="370" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2012">ĠU C 370, p. 6</REF.DOC.OJ>), li l-kontenut tiegħu jikkorrispondi essenzjalment għal dak tal-avviż imsemmi fil-punti 12 u 13 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20121214">14 ta’ Diċembru 2012</DATE>, indirizzata lill-Kunsill, ir-rikorrent ikkontesta ż-żamma tiegħu fil-lista tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, hekk kif jirriżulta mill-atti msemmija fil-punti 17 u 19 iktar ’il fuq, u talab li jkollu aċċess għall-provi fil-pussess tal-Kunsill li jikkonċernawh kif ukoll li jinstema’.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20130128">28 ta’ Jannar 2013</DATE>, il-Kunsill irreaġixxa għat-talba tar-rikorrent tas‑<DATE ISO="20121107">7 ta’ Novembru 2012</DATE>, billi ċaħad l-argumenti tiegħu dwar l-allegata indipendenza tiegħu fejn jikkonċerna s-CBS u billi kkonferma l-eżistenza ta’ rabta bejn ir-rikorrent u l-finanzjament tar-reġim Sirjan.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20130306">6 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Kunsill wieġeb it-talba tar-rikorrent tal‑<DATE ISO="20121214">14 ta’ Diċembru 2012</DATE>. F’din l-okkażjoni, huwa informa lir-rikorrent, minn naħa, li ż-żamma tiegħu fil-listi tal-persuni msemmija mill-miżuri restrittivi kontra s-Sirja kienet ibbażata fuq id-dokumenti li tagħhom huwa diġà kien irċieva kopja u, min-naħa l-oħra, li ma kien jeżisti ebda obbligu li jiġi kkonvokat għal smigħ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20120417">17 ta’ April 2012</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors, li ġie rreġistrat bir-referenza T‑174/12, li permezz tiegħu huwa talab b’mod partikolari l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 55/2012 u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/37, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-proċedura bil-miktub ingħalqet fid-<DATE ISO="20121120">20 ta’ Novembru 2012</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20130213">13 ta’ Frar 2013</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors ieħor, li ġie rreġistrat bir-referenza T‑80/13, li permezz tiegħu huwa talab b’mod partikolari l-annullament tad-Deċiżjoni 2012/739 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1117/2012, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-rikors fil-Kawża T‑80/13 kien jinkludi talba għal proċedura mħaffa, abbażi tal-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>talba għal proċedura mħaffa<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130218">18 ta’ Frar 2013</DATE>, il-Kunsill, bi tweġiba għat-talbiet tar-rikorrent, ippreżenta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, bħala offerta ta’ prova ġdida fil-Kawża T‑174/12, ittra tat‑<DATE ISO="20121002">2 ta’ Ottubru 2012</DATE> li l-Gvernatur tal-Banque du Liban kien bagħatlu fir-rigward tal-miżuri meħuda kontra dan il-bank fir-rigward tar-rikorrent (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ittra tal-Gvernatur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tat‑<DATE ISO="20130222">22 ta’ Frar 2013</DATE>, l-ittra tal-Gvernatur ġiet inkluża fil-proċess tal-Kawża T‑174/12 u ġie ffissat terminu sabiex ir-rikorrent ikun jista’ jesprimi ruħu f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ma ppreżentax l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-ittra tal-Gvernatur fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-terminu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Kunsill ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar it-talba għal proċedura mħaffa, li fihom huwa talab li din it-talba tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130313">13 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) ċaħdet it-talba għal proċedura mħaffa.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-proċedura bil-miktub fil-Kawża T‑80/13 ingħalqet fit‑<DATE ISO="20130618">18 ta’ Ġunju 2013</DATE>, wara li ġiet ippreżentata r-risposta, fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma kienx neċessarju li jsir skambju ieħor ta’ noti, abbażi tal-Artikolu 47(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-imsemmija risposta, il-Kunsill qajjem dubji dwar l-ammissibbiltà tar-rikors sa fejn jikkonċerna r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1117/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20130514">14 ta’ Mejju 2013</DATE>, ir-rikorrent talab sabiex ikun jista’ jadatta t-talbiet tiegħu fil-Kawża T‑80/13 sabiex it-talba tiegħu għal annullament tinkludi wkoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/109/PESK, tat-<DATE ISO="20130228">28 ta’Frar 2013</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2012/739/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2013">ĠU L 58, p. 8</REF.DOC.OJ>), sa fejn din tipproroga l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2012/739 tal‑<DATE ISO="20130601">1 ta’ Ġunju 2013</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ewwel talba għal adattament tat-talbiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20130618">18 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-Kunsill qal li ma kellux osservazzjonijiet x’jagħmel dwar l-ewwel talba għal adattament tat-talbiet.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20130705">5 ta’ Lulju 2013</DATE>, ir-rikorrent mill-ġdid talab sabiex ikun jista’ jadatta t-talbiet tiegħu fil-Kawża T‑80/13, sabiex it-talba tiegħu għal annullament tkun tinkludi wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat‑<DATE ISO="20130422">22 ta’ April 2013</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/201) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU L 111, p. 1</REF.DOC.OJ>), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal‑<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="147" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2013">ĠU L 147, p. 14</REF.DOC.OJ>), sa fejn dawn l-atti, li magħhom huma annessi listi li jinkludu ismu, jaffettwaw is-sitwazzjoni tiegħu (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>tieni talba għal adattament tat-talbiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali fil-Kawżi T‑174/12 u T‑80/13.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20130715">15 ta’ Lulju 2013</DATE>, fuq talba tal-Kunsill u wara li semgħet lir-rikorrent, dawn il-Kawżi T‑174/12 u T‑80/13 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza, b’mod konformi mal-Artikolu 50 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20130730">30 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Kunsill osserva li t-tieni talba għal adattament tat-talbiet, fil-parti li tikkonċerna r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013, kellha tiġi kkunsidrata bħala tardiva u, konsegwentement, inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20130822">22 ta’ Awwissu 2013</DATE>, ir-rikorrent ifformola l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill fir-rigward tat-tieni talba għal adattament tat-talbiet. Dawn l-osservazzjonijiet ġew inklużi fil-proċess permezz ta’ deċiżjoni tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal‑<DATE ISO="20130905">5 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-Kawża T‑174/12, ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 55/2012 u l-punt 27 tal-Anness għal dan ir-regolament, sa fejn ismu ġie inkluż fl-Anness II tar-Regolament Nru 36/2012;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/37 u l-punt 27 tal-Anness għal din id-deċiżjoni, sa fejn ismu ġie inkluż fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/273;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla, sa fejn huwa neċessarju, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ittra deċiżjoni tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-Kawża T‑80/13, ir-rikorrent, fid-dawl tal-ewwel u tat-tieni talba għal adattament tat-talbiet jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2012/739 u l-Anness I.B tagħha, sa fejn ismu jirriżulta fin-nru 34 ta’ dan l-anness;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1117/2012, sa fejn dan għandu bħala konsegwenza ż-żamma ta’ ismu fl-Anness II tar-Regolament Nru 36/2012, bis-saħħa tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 55/2012 u tal-punt 27 tal-Anness għal dan l-aħħar regolament;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla, sa fejn huwa neċessarju, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ittra deċiżjoni tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121130">30 ta’ Novembru 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-Deċiżjoni 2013/109, sa fejn din tipprovdi li d-Deċiżjoni 2012/739 tapplika sal‑<DATE ISO="20130601">1 ta’ Ġunju 2013</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013 u d-Deċiżjoni 2013/255, sa fejn dawn l-atti jaffettwaw is-sitwazzjoni tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fiż-żewġ kawżi, il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikorsi;</P></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel nett, ir-rikorrent irrikonoxxa li wettaq żball tal-pinna fit-tieni kap ta’ talbiet fil-kawża T‑174/12, billi semma b’mod żbaljat id-Deċiżjoni 2011/273 minflok id-Deċiżjoni 2011/783, it-tieni nett, huwa rrinunzja għal dan l-istess kap ta’ talbiet, minħabba t-tħassir ta’ din l-aħħar deċiżjoni, it-tielet nett, il-Kunsill speċifika li huwa ma kienx ser iqajjem dubji (ara l-punt 36 iktar ’il fuq) dwar l-ammissibbiltà tat-tieni kap ta’ talbiet tar-rikorrent fil-Kawża T‑80/13, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1117/2012 kien ġie nnotifikat lir-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Ittieħdet nota ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet tal-partijiet fil-proċess verbali tas-seduta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti ta’ adattament tat-talbiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel talba għal adattament tat-talbiet, ir-rikorrent jixtieq iwessa’ l-portata tar-rikors għal annullament tiegħu sabiex jinkludi wkoll id-Deċiżjoni 2013/109, li permezz tagħha l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2012/739 ġiet ipprorogata mill‑<DATE ISO="20130301">1 ta’ Marzu 2013</DATE> sal‑<DATE ISO="20130601">1 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta l-att ikkontestat inizjalment huwa, fil-mori tal-kawża, issostitwit b’att ieħor li għandu l-istess suġġett, dan tal-aħħar għandu jitqies bħala element ġdid li jippermetti lir-rikorrent jadatta t-talbiet u l-motivi tiegħu. F’dan is-sens ma jistax jiġi aċċettat li istituzzjoni jew korp tal-Unjoni tista’, sabiex tiffaċċja l-kritika li tinsab f’rikors dirett kontra wieħed minn dawn l-atti, tadatta dan l-att jew tissostitwixxiha b’oħra u tinvoka, fil-mori tal-kawża, din l-emenda jew din is-sostituzzjoni sabiex tkun tista’ ċċaħħad lill-parti l-oħra mill-possibbiltà li twessa’ t-talbiet u l-motivi inizjali tagħha għall-att ulterjuri jew li tippreżenta talbiet u motivi supplimentari kontrih (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="19820303">3 ta’ Marzu 1982</DATE>, Alpha Steel vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="14/81" PAGE.ECR="749" YEAR="1982">14/81, Ġabra p. 749</REF.DOC.ECR>, punt 8, u tal-Qorti Ġenerali tat‑<DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>, Al Matri vs Il‑Kunsill, T‑200/11, punt 80).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex tkun ammissibbli, talba għal adattament tat-talbiet għandha titressaq fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors ta’ sentejn previst mis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem previst fl-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura. Fil-fatt, dan it-terminu għall-preżentata ta’ rikors huwa regola ta’ ordni pubbliku u għandu jiġi applikat mill-Qorti tal-Unjoni b’mod li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali kif ukoll l-ugwaljanza bejn il-partijiet fil-kawża quddiem il-liġi (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, PKK u KNK vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-229/05 P" PAGE.ECR="I-439" YEAR="2007">C-229/05 P, Ġabra p. I-439</REF.DOC.ECR>, punt 101). B’hekk hija l-qorti li għandha tivverifika, jekk ikun il-każ billi tagħmel dan <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk dan it-terminu ġiex osservat (digriet tal-Qorti Ġenerali tal‑<DATE ISO="20120111">11 ta’ Jannar 2012</DATE>, Ben Ali vs Il‑Kunsill, T‑301/11, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-Deċiżjoni 2013/109 issostitwixxiet b’mod partikolari l-kliem tal-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni 2012/739 sabiex tipprovdi li din tapplika sal‑<DATE ISO="20130601">1 ta’ Ġunju 2013</DATE>, u mhux biss sal‑<DATE ISO="20130301">1 ta’ Marzu 2013</DATE>, kif kien ġie stabbilit inizjalment. Minkejja li d-Deċiżjoni 2013/109 ma ssostitwixxietx id-Deċiżjoni 2012/739, għandu jiġi kkonstatat li dan huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>adattament<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tagħha, fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 51 iktar ’il fuq, sabiex jiġi emendat il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. Tali adattament ta’ att li huwa s-suġġett ta’ tilwima jikkostitwixxi kawża ta’ adattament tat-talbiet imressqa mir-rikorrent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Al Matri vs Il‑Kunsill, punt 51 iktar ’il fuq, punt 81).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandha tiġi aċċettata l-ammissibbiltà tat-talbiet kontra d-Deċiżjoni 2013/109, li ġew ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20130514">14 ta’ Mejju 2013</DATE>, jiġifieri fit-terminu għall-preżentata tar-rikors għal annullament. Fil-fatt, din id-deċiżjoni, li ġiet adottata fit‑<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE> u ppubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fl‑<DATE ISO="20130301">1 ta’ Marzu 2013</DATE>, ma kinitx ġiet innotifikata lir-rikorrent fid-data tat-tressiq tat-talba tiegħu għal adattament tat-talbiet, sew jekk individwalment sew jekk permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni talba għal adattament tat-talbiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni talba tiegħu ta’ adattament tat-talbiet, ir-rikorrent jixtieq iwessa’ l-portata tar-rikors tiegħu għal annullament sabiex jiġi inkluż ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013 u d-Deċiżjoni 2013/255.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il‑Kunsill ma jqajjimx oġġezzjonijiet dwar il-parti tat-tieni talba għal adattament tat-talbiet li jikkonċernaw id-Deċiżjoni 2013/255, filwaqt li jinvoka l-inammissibbiltà tal-parti ta’ din it-talba li tikkonċerna r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013, minħabba li hija tardiva. F’dan ir-rigward, il-Kunsill ifakkar li, fit‑<DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, huwa ppubblika fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> mhux biss l-imsemmi regolament ta’ implementazzjoni, iżda wkoll Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, kif implementata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2013">ĠU C 115, p. 5</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Avviż tat‑23 ta’ April<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). B’riferiment għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill (C‑478/11 P sa C‑482/11 P), il-Kunsill isostni li t-terminu sabiex ir-rikorrent jadatta t-talbiet tiegħu billi jinkludi dan ir-regolament ta’ implementazzjoni kien beda jiddekorri mill-pubblikazzjoni tal-Avviż tat‑23 ta’ April u kien skada fit‑<DATE ISO="20130703">3 ta’ Lulju 2013</DATE>. Skont il-Kunsill, f’dan il-każ ma huwiex applikabbli l-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li jipprovdi li meta terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra att ta’ istituzzjoni jibda jiddekorri mill-pubblikazzjoni tal-att, dan it-terminu jibda jiddekorri minn tmiem l-erbatax-il ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jikkontesta l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, b’mod konformi mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 51 iktar ’il fuq, hemm lok li tiġi aċċettata l-ammissibbiltà tat-tieni talba għal adattament tat-talbiet sa fejn din tirreferi għad-Deċiżjoni 2013/255. Fil-fatt, din id-deċiżjoni, li bis-saħħa tagħha jkomplu japplikaw il-miżuri restrittivi kontra s-Sirja fil-konfront tar-rikorrent, ġiet adottata fil‑<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE> u ppubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fl‑<DATE ISO="20130601">1 ta’ Ġunju 2013</DATE>. Għalhekk, it-tieni talba għal adattament tat-talbiet, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20130705">5 ta’ Lulju 2013</DATE>, ġiet ippreżentata fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors fir-rigward tad-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill fejn jikkonċerna t-talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013 li tinsab fit-tieni talba għal adattament tat-talbiet, għandu jiġi osservat li mill-punti 61 u 61 tas-sentenza Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill, punt 56 iktar ’il fuq, jirriżulta li b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet li kienu applikabbli fil-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, meta huwa impossibbli li jiġi kkomunikat individwalment lill-parti kkonċernata l-att li permezz tiegħu ġew adottati jew inżammu fis-seħħ miżuri restrittivi kontrih, il-pubblikazzjoni ta’ avviż jagħti lok għal terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra dan l-att.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji f’dan il-każ, l-ewwel nett, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 36/2012 jinkludi, fl-Artikolu 32(2), dispożizzjoni li essenzjalment tikkorrispondi ma’ dik interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill, punt 56 iktar ’il fuq, li<?PAGE NO="9"?> minnha jirriżulta li l-Kunsill għandu jikkomunika lill-partijiet ikkonċernati d-deċiżjoni tiegħu li japplika miżuri resrittivi kontrihom, jew direttament, jekk l-indirizz tagħhom huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi osservat, bħal ma jagħmel ir-rikorrent, li l-Kunsill ma spjegax kif kien diffiċli għalih li jikkomunika individwalment lir-rikorrent id-deċiżjoni tiegħu li jadotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013, meta żgur li kien jaf l-indirizz tiegħu, peress li preċedentement kien ikkomunikalu atti oħra u kien informat dwar l-indirizz tar-rappreżentanti tar-rikorrent f’dawn il-kawżi, li kienu pendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>It-tielet nett, fi kwalunkwe każ, għandu jiġi osservat li, fil-punt 64 tas-sentenza Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill, punt 56 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja setgħet tillimita ruħha sabiex tikkonstata li, fid-data tal-preżentata ta’ rikors fl-ewwel istanza, it-terminu sabiex jintalab l-annullament tal-atti kkontestati permezz ta’ dan ir-rikors kien skada, mingħajr il-ħtieġa li tingħata deċiżjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li jipprovdi erbatax-il ġurnata supplimentari għall-kalkolu tat-terminu għall-preżentata tar-rikors. Fil-fatt, fi kwalunkwe ipoteżi l-imsemmi rikors kien tardiv.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dawn il-kawżi, il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika meta l-adozzjoni ta’ att li jinkludi miżuri restrittivi jkun ġie kkomunikat lill-parti kkonċernata permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż huwa determinanti biex jiġi stabbilit jekk it-tieni talba għal adattament tat-talbiet tressqitx qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013, ikkalkolat mill-pubblikazzjoni tal-avviż tat‑23 ta’ April. Fil-fatt, l-imsemmija talba, imressqa fil‑<DATE ISO="20130705">5 ta’ Lulju 2013</DATE>, ma tkunx tardiva jekk, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors kien jiskadi fis‑<DATE ISO="20130717">17 ta’ Lulju 2013</DATE> u mhux fit‑<DATE ISO="20130703">3 ta’ Lulju 2013</DATE>, bħal ma jallega l-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, meta, billi ma jkunx jista’ jipproċedi għal komunikazzjoni individwali, il-Kunsill jissostitwixxi din il-komunikazzjoni bi pubblikazzjoni ta’ avviż, dan l-avviż jibqa’ att li dwaru l-partijiet kkonċernati jiġu nnotifikati biss malli jaqraw il-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. L-għan tat-terminu ta’ erbatax-il ġurnata previst fl-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura jikkonsisti f’li jiġi ggarantit lill-partijiet ikkonċernati ammont ta’ żmien suffiċjenti sabiex dawn ikunu jistgħu jippreżentaw rikors kontra atti ppubblikati u, għaldaqstant, jiġi rrispettat id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, hekk kif issa ġie stabbilit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Ġaladarba r-Regoli tal-Proċedura jipprovdu, fl-Artikolu 102(1), terminu supplimentari ta’ erbatax-il ġurnata sabiex jiġi ppreżentat rikors kontra l-atti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, għandu jiġi konkluż li din id-dispożizzjoni għandha tiġi applikata wkoll, b’analoġija, meta l-avveniment li jagħti bidu għat-terminu għal preżentata ta’ rikors ikun avviż li jikkonċerna l-imsemmija atti, li huwa wkoll ippubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. Fil-fatt, l-istess raġunijiet li ġġustifikaw l-għoti ta’ terminu supplimentari ta’ erbatax-il ġurnata fir-rigward tal-atti ppubblikati huma validi għal dak li jikkonċerna l-avviżi ppubblikati, kuntrarjament għall-komunikazzjonijiet individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm ġie kkunsidrat li l-imsemmi artikolu tar-Regoli tal-Proċedura ma kienx applikabbli fiċ-ċirkustanzi tal-każ, il-partijiet fil-kawża jinsabu f’sitwazzjoni inqas favorevoli minn dik li kienet tirriżulta fl-assenza tal-obbligu ta’ komunikazzjoni individwali. Fil-fatt, f’din l-aħħar ipoteżi, is-sempliċi pubblikazzjoni tal-atti li jinkludu l-miżuri restrittivi kien suffiċjenti sabiex jibda jiddekorri t-terminu għall-preżentata ta’ rikors, li kien jinkludi l-erbatax-il ġurnata supplimentari msemmija fl-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 58 tas-sentenza Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill, punt 56 iktar ’il fuq, spjegat il-fatt li l-obbligu ta’ komunikazzjoni individwali kien iservi sabiex jiġu protetti aħjar il-partijiet f’kawża. Għalhekk, l-imsemmija sentenza ma tistax tiġi invokata biex dawn jiġu suġġetti għal trattament li jkunilhom inqas favorevoli minn dak li jirriżulta mis-sempliċi pubblikazzjoni tal-atti li jikkonċernaw il-miżuri restrittivi fir-rigward tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, hemm lok li tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill u li għalhekk jiġi konkluż li t-tieni talba għal adattament tat-talbiet hija ammissibbli fl-intier tagħha, inkluż sa fejn hija tikkonċerna r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu fil-Kawża T‑174/12, ir-rikorrent jinvoka, essenzjalment, erba’ motivi, ibbażati, rispettivament:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tiegħu fil-finanzjament tar-reġim Sirjan;</P></ITEM><ITEM><P>fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt għal smigħ xieraq kif ukoll għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva;</P></ITEM><ITEM><P>fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti u preċiża;</P></ITEM><ITEM><P>fuq insuffiċjenti madwar l-adozzjoni, b’mod partikolari, tar-Regolament Nru 36/2012 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 55/2012.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu fil-Kawża T‑80/13, ir-rikorrent jinvoka, essenzjalment, tliet motivi ewlenin imsemmija fil-punt 69 iktar ’il fuq, kif ukoll motiv ibbażat fuq eżami insuffiċjenti taċ-ċirkustanzi tal-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-simetriji evidenti bejn iż-żewġ rikorsi, jeħtieġ li jiġu miġbura flimkien il-motivi ta’ kull waħda minn dawn iż-żewġ kawżi magħquda li jikkonċernaw l-istess kwistjonijiet u li dawn jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-motivi bbażati fuq nuqqas ta’ motivazzjoni preċiża u suffiċjenti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li, billi ddeċieda li jinkludih u li jżommu fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, il-Kunsill kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni li bih huwa marbut. Filwaqt li r-rikorrent ma jikkontestax il-fatt li l-Kunsill spjega suffiċjentement ir-raġunijiet għalfejn jeħtieġ li jiġu adottati l-miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sirja, huwa jenfasizza li l-motivazzjoni speċifika li tikkonċernah hija fformulata bi kliem ambigwu u tillimita ruħha għall-konstatazzjoni fattwali li huwa sussidjarju tas-CBS, mingħajr ma jispeċifika b’liema mod din iċ-ċirkustanza tippermetti li jiġi kkunsidrat li huwa jipparteċipa fil-finanzjament tar-reġim Sirjan. Din hija preżunzjoni inaċċettabbli, fid-dawl tan-natura kważi kriminali tal-miżuri inkwistjoni u tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Tay Za vs Il‑Kunsill (C‑376/10 P). Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ din il-preżunzjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-allegata assenza ta’ kull rabta ta’ dipendenza tar-rikorrent fir-rigward tas-CBS.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont ir-rikorrent, in-nuqqas ta’ motivazzjoni madwar l-inklużjoni tiegħu fil-listi ta’ persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi inkwistjoni ma huwiex imtaffi permezz tad-dokumenti kkomunikati fit‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE> (ara l-punt 15 iktar ’il fuq), b’risposta għat-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid, meta jitqies li matul iż-żmien huwa kien ittrażmetta lill-Kunsill serje ta’ elementi li jistabbilixxu l-indipendenza tiegħu fir-rigward tas-CBS.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-obbligu li tingħata motivazzjoni għal att li jikkawża preġudizzju, kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 KE, għandu l-għan, minn naħa, li jagħti lill-persuna kkonċernata indikazzjoni suffiċjenti sabiex din tkun taf jekk l-att huwiex fondat jew jekk jistax ikun ivvizzjat b’difett li abbażi tiegħu tkun tista’ tiġi kkontestata l-validità tiegħu quddiem il-Qorti tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jippermetti lil din teżerċita l-istħarriġ tagħha dwar il-legalità ta’ dan l-att. L-obbligu ta’ motivazzjoni, stabbilit b’dan il-mod jikkostitwixxi prinċipju essenzjali tad-dritt tal-Unjoni li minnu tista’ ssir deroga biss minħabba raġunijiet imperattivi. Għaldaqstant, il-motivazzjoni għandha, bħala prinċipju, tiġi kkomunikata lill-persuna kkonċernata fl-istess waqt bħall-att li jikkawża preġudizzju, fejn l-assenza tagħha ma tistax tiġi rregolarizzata bil-fatt li l-persuna kkonċernata tieħu konjizzjoni tal-motivi tal-att matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, Il‑Kunsill vs Bamba, C‑417/11 P, punt 49, u tal-Qorti Ġenerali tal‑<DATE ISO="20091014">14 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Bank Melli Iran vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-390/08" PAGE.ECR="II-3967" YEAR="2009">T-390/08, Ġabra p. II-3967</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>sentenza Bank Melli tal-Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, punt 80).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sakemm il-komunikazzjoni ta’ ċerti elementi ma tkunx prekluża minn kunsiderazzjonijiet imperattivi marbuta mas-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jew mal-mod kif jitmexxew ir-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom, il-Kunsill huwa obbligat li jagħti lil persuna jew lil entità kkonċernata minn miżuri restrittivi r-raġunijiet speċifiċi u konkreti li minħabba fihom huwa jikkunsidra li dawn għandhom jiġu adottati. Għalhekk, huwa għandu jsemmi l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom hija bbażata l-ġustifikazzjoni legali tal-miżuri kkonċernati u l-kunsiderazzjonijiet li wassluh sabiex jieħu dawn il-miżuri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bank Melli tal-Qorti Ġenerali punt 75 iktar ’il fuq, punt 81).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-motivazzjoni għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għall-kuntest li fih ġie adottat. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari tal-kontenut tal-att, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li jista’ jkollhom id-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament jew individwalment mill-att li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex mitlub li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha, sa fejn in-natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat. B’mod partikolari, att li jikkawża preġudizzju jkun motivat b’mod suffiċjenti jekk jiġi adottat f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li permezz tiegħu tkun tista’ tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha (sentenza Il‑Kunsill vs Bamba, punt 75 iktar ’il fuq, punti 53 u 54, u sentenza Bank Melli tal-Qorti Ġenerali, punt 75 iktar ’il fuq, punt 82).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-motivazzjoni pprovduta mill-Kunsill wara l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, essenzjalment, dejjem kienet din li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Sussidjarju tal-[CBS], diġà elenkat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Id-dokumenti kkomunikati fit‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE> essenzjalment isemmu l-motivazzjoni riprodotta fil-punt 78 iktar ’il fuq u jżidu l-preċiżazzjoni li r-rikorrent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>jippermetti [lis-CBS] l-implementazzjoni ta’ strateġiji ta’ evitar ta’ sanzjonijiet Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-preċiżazzjoni miżjuda, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li din hija informazzjoni li ġiet trażmessa lir-rikorrent biss wara l-preżentata ta’ rikors fil-Kawża T‑174/12 u, fit-tieni lok, li hija nieqsa minn kull indikazzjoni dwar il-modalitajiet konkreti li jipprovdu li r-rikorrent jippermetti lis-CBS li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[jevita s-]sanzjonijiet Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li l-unika motivazzjoni validament ipprovduta mill-Kunsill sabiex jiġġustifika l-inklużjoni u ż-żamma tar-rikorrent fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja hija dik imsemmija fil-punt 78 iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-qari tal-ewwel sentenza tal-motivazzjoni tal-atti li permezz tagħhom ir-rikorrent ġie inkluż u miżmum fil-lista tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja kienet suffiċjenti biex ir-rikorrent ikun jista’ jifhem li l-miżuri restrittivi inkwistjoni kienu japplikaw għalih minħabba l-istatus tiegħu ta’ kumpannija sussidjarja tas-CBS.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Il-prova ta’ dan hija li r-rikorrent, fit-talba li permezz tagħha huwa ppreżenta r-rikors tiegħu fil-Kawża T‑174/12, ikkontesta r-rilevanza tal-kriterju kapitalistiku kkunsidrat mill-Kunsill u ssottometta elementi initiżi biex jipprovaw l-allegata indipendenza fir-rigward tas-CBS.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li, bħal ma jsostni r-rikorrent, it-tieni sentenza tal-motivazzjoni inkwistjoni ma tispeċifikax jekk huwa s-CBS jew ir-rikorrent li jipparteċipa fil-finanzjament tar-reġim Sirjan, għandu jiġi osservat li dawn iż-żewġ ipoteżijiet ma jeskuludix reċiprokament lil xulxin. Fil-verità, din il-frażi tfisser li r-rikorrent, bħala kumpannija sussidjarja ta’ bank li jiffinanzja r-reġim Sirjan, jipparteċipa wkoll, mill-inqas b’mod indirett, għal dan il-finanzjament.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, li kieku kellu jitqies li t-tieni sentenza tal-motivazzjoni pprovduta mill-Kunsill, minħabba n-nuqqas ta’ preċiżazzjoni tiegħu, ma tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, hekk kif interpretat mill-ġurisprudenza, din iċ-ċirkustanza ma għandhiex konsegwenzi fuq l-eżistu ta’ dan il-motiv. Fil-fatt, l-ewwel sentenza tal-imsemmija motivazzjoni hija biżżejjed waħedha biex ikun jista’ jiġi kkunsidrat li l-Kunsill issodisfa l-obbligu tiegħu li jispjega r-raġuni għalfejn ir-rikorrent ġie inkluż u nżamm fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, jiġifieri li huwa kumpannija sussidjarja tas-CBS.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ att jikkostitwixxi rekwiżit proċedurali essenzjali li għandu jiġi distint mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivi, li taqa’ taħt il-legalità fuq il-mertu tal-att kontenzjuż. Fil-fatt, il-motivazzjoni ta’ att tikkonsisti f’li jiġu espressi formalment il-motivi li fuqhom huwa bbażat dan l-att. Għalkemm dawn il-motivi huma vvizzjati bi żbalji, dawn jivvizzjaw il-legalità fuq il-mertu tal-imsemmi att, iżda mhux il-motivazzjoni tiegħu, li tista’ tkun suffiċjenti minkejja li tkun tesprimi motivi żbaljati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/06 P" PAGE.ECR="I-4951" YEAR="2008">C-413/06 P, Ġabra p. I-4951</REF.DOC.ECR>, punti 181, u Il‑Kunsill vs Bamba, punt 75 iktar ’il fuq, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jiġu miċħuda l-motivi bbażati fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, fejn il-fondatezza tal-motivazzjoni pprovduta mill-Kunsill fir-rigward tar-rikorrent għandha tiġi evalwata fil-kuntest tal-motivi bbażati fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq minn din l-istituzzjoni fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent fil-finanzjament tar-reġim Sirjan.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-motivi bbażati fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent fil-finanzjament tar-reġim Sirjan</P></TI></TITLE><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkluda li huwa kien jipparteċipa fil-finanzjament tar-reġim Sirjan mingħajr ma pproduċa l-prova tal-allegazzjonijiet tiegħu fuq dan il-punt. F’dan ir-rigward, huwa jispeċifika li l-Kunsill ma jistax jibbaża ruħu fuq sempliċi allegazzjonijiet jew fuq is-sempliċi rabta kapitalistika bejnu u s-CBS, iżda li huwa obbligat jipproduċi provi.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, l-iżball ta’ evalwazzjoni tal-Kunsill huwa wisq iżjed manifest meta jitqies li l-eżami tad-dokumenti li huwa pproduċa juri li huwa ma jistax jiffinanzja r-reġim Sirjan.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>B’hekk, l-ewwel nett, l-istatuti tar-rikorrent (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>istatuti SLBC<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), li jafda t-tmexxija tiegħu lill-bord tad-diretturi biss, jipprovaw l-awtonomija kompleta tiegħu fir-rigward tas-CBS, li ma jagħtix direttivi jew pariri li jikkonċernaw is-sussidjarja tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jenfasizza li l-bord tad-diretturi tiegħu ħa d-deċiżjoni, fl‑<DATE ISO="20120224">24 ta’ Frar 2012</DATE>, li ma jkollu ebda relazzjoni mal-persuni ġuridiċi inklużi fil-listi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja adottati mill-Unjoni u mill-Istati Uniti tal-Amerika, kif ukoll mal-persuni marbuta magħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li, sa mill‑2005, hija ma ssellifx fondi lis-CBS u li, fi kwalunkwe każ, it-tranżazzjonijiet kollha li huwa jagħmel huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni bankarja Libaniża u vverifikati mill‑Banque du Liban, li ġie saħansitra maħtur kontrollur permanenti fi ħdan ir-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrent josserva li awdituri indipendenti kkonfermaw li huwa ma kienx wettaq tranżazzjonijiet bankarji ta’ natura suspetta.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2011/782, tal-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni 2012/739 u tal-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Annessi I u II, għandhom jiġu ffriżati.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 36/2012 jirreferi għad-dispożizzjoni mfakkra fil-punt 95 iktar ’il fuq, għad-definizzjoni tal-lista ta’ persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu f’dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-miżuri restrittivi kontra s-Sirja japplikaw għar-rikorrent minħabba l-fatt li huwa kumpannija sussidjarja tas-CBS u, bħala tali, jista’ jkun li jipparteċipa għall-finanzjament tar-reġim Sirjan.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>B’hekk, jidher li l-Kunsill qies li r-rikorrent jagħmel parti mill-persuni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>assoċjati<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ma’ persuni li jsostnu r-reġim Sirjan, f’dan il-każ is-CBS, fis-sens tad-dispożizzjoni mfakkra fil-punt 95 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Din il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha tiġi milqugħa.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Fil-fatt, iċ-ċirkustanzi, mhux ikkontestati, li l-kapital tar-rikorrent huwa 84.2 % miżmum mis-CBS, minn naħa, u li dan tal-aħħar, li jappartjeni lill-Istat Sirjan, isostni lir-reġim ta’ dan il-pajjiż, min-naħa l-oħra, b’mod ċar jikkostitwixxu rabta mal-persuni li jsostnu lill-imsemmi reġim, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, meta l-fondi ta’ entità rikonoxxuta li ssostni lir-reġim Sirjan, bħas-CBS, jiġu ffriżati, ikun hemm riskju mhux insinjifikanti li din teżerċita pressjoni fuq l-entitajiet li hija żżomm jew tikkontrolla jew li huma proprjetà tagħha sabiex tevita l-effett tal-miżuri li jittieħdu kontra tagħha. Konsegwentement, l-iffriżar tal-fondi ta’ dawn l-entitajiet, li jaqa’ taħt l-obbligu tal-Kunsill skont id-dispożizzjoni mfakkra fil-punt 95 iktar ’il fuq, u fir-riferiment għaliha magħmul mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 36/2012, huwa neċessarju u xieraq biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri adottati u biex jiġi ggarantit li dawn il-miżuri ma jiġux evitati (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il‑Kunsill, C‑380/09 P, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sentenza Melli Bank tal-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, punti 39 u 58).</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li, meta persuna ġuridika tinżamm 100 % minn persuna oħra li fir-rigward tagħha ma hemm l-ebda dubju li għandhom japplikaw miżuri restrittivi, dawn għandhom japplikaw ukoll għall-imsemmija persuna ġuridika, minħabba din is-sempliċi rabta kapitalistika, dejjem sa fejn l-atti li permezz tagħhom ġew adottati l-miżuri restrittivi inkwistjoni jipprovdu l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri għall-persuni ġuridiċi miżmuma jew ikkontrollati minn dawk il-persuni li għalihom diġà<?PAGE NO="14"?> japplikaw dawn il-miżuri (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Melli Bank tal-Qorti tal-Ġustizzja, punt 101 iktar ’il fuq, punt 79, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20130220">20 ta’ Frar 2013</DATE> Melli Bank vs Il‑Kunsill, T‑492/10, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sentenza Melli Bank tal-Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex imqiegħda inkwistjoni bis-sentenza Tay Za vs Il‑Kunsill, punt 72 iktar ’il fuq, invokata mir-rikorrent. Fil-fatt, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fil-punt 66 tal-imsemmija sentenza, li miżuri restrittivi ma setgħux jiġi applikati lil persuni fiżiċi minħabba s-sempliċi fatt tar-rabta familjari ma’ persuni assoċjati mad-diriġenti tal-pajjiż terz li kontrih kienu ġew adottati dawn il-miżuri, xejn f’din is-sentenza ma jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-kriterju tar-rabta kapitalistika stabbilita fis-sentenza Melli Bank tal-Qorti tal-Ġustizzja, punt 101 iktar ’il fuq, ġie invalidat.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa ċertament minnu li s-CBS iżomm 84.2 % tal-kapital tar-rikorrent, u mhux 100 %, bħal ma kien il-każ fil-kawża msemmija fil-punt 102 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Huwa wkoll minnu li, hekk kif irrimarka r-rikorrent fis-seduta, fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas‑<DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, Persia International Bank vs Il‑Kunsill (T‑493/10, punt 119), ġie kkunsidrat li ż-żamma ta’ 60 % tal-kapital tal-Persia International Bank plc mill-Bank Mellat, li għaliha diġà kienu japplikaw miżuri restrittivi, ma kinitx tiġġustifika, waħedha, l-adozzjoni u ż-żamma ta’ miżuri restrittivi anki fir-rigward tal-Persia International Bank.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, fis-sentenza Persia International Bank vs Il‑Kunsill, punt 105 iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, għalkemm il-Bank Mellat kellu l-maġġoranza fi ħdan l-assemblea ġenerali tal-Persia International Bank, ftehim bejn l-azzjonisti ta’ dan tal-aħħar kien jipprekludi lill-Bank Mellat milli jaħtar il-maġġoranza tad-diretturi tal-Persia International Bank li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali setgħet tikkonkludi li r-riskju deskritt fil-punt 101 iktar ’il fuq ma kienx jeżisti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Persia International Bank vs Il‑Kunsill, punt 105 iktar ’il fuq, punti 106 sa 113).</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, b’differenza ta’ dak li kien il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza Persia International Bank vs Il‑Kunsill, punt 105 iktar ’il fuq, ir-rikorrent ma pproduċa ebda element li jippermetti li jiġi kkunsidrat li, fi ħdan l-assemblea ġenerali tiegħu, il-maġġoranza kbira li kellu s-CBS ma kienx biżżejjed biex ikun jista’ jaħtar il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi osservat li żamma tal-kapital b’84.2 % tippermetti lis-CBS jikkontrolla l-assemblea ġenerali tar-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi konstatat li, skont l-Artikolu 54 tal-istatuti SLBC, fi ħdan l-assemblea ġenerali, kull azzjonist għandu numru ta’ voti ugwali għan-numru ta’ azzjonijiet miżmuma. B’84.2 % tal-kapital, is-CBS għaldaqstant għandu biżżejjed azzjonijiet sabiex jikseb il-kworum u l-maġġoranza meħtieġa fit-tliet kompożizzjonijiet tal-assemblea ġenerali, jiġifieri kostitutiva, ordinarja u straordinarja, hekk kif jirriżulta mill-Artikoli 57, 58, 63, 64, 69 u 70 tal-istatuti SLBC.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tas-setgħat tal-assemblea ġenerali, jeħtieġ sempliċement li jiġi osservat li l-assemblea ordinarja tiddetermina d-dividendi li għandhom jiġu ddistribwiti, skont l-Artikolu 65(c) tal-istatuti SLBC. B’hekk, il-fatt li r-rikorrent, sa mill‑2005, ma qassamx dividendi lis-CBS ma jipprekludix lil dan tal-aħħar, li għandu maġġoranza kbira fi ħdan l-imsemmija assemblea ġenerali, milli jiddeċiedi mod ieħor fil-futur, hekk kif jenfasizza l-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi osservat li għalkemm, skont l-Artikolu 30 tal-istatuti SLBC, il-ġestjoni tar-rikorrent tirriżulta mill-bord tad-diretturi, hija l-assemblea ġenerali li teleġi l-membri tiegħu, skont l-istess artikolu. Il-bord tad-diretturi jgawdi, ċertament, minn setgħat kbar, madankollu dawn huma eżerċitati sabiex jiġu eżegwiti d-deċiżjonijiet tal-assemblea ġenerali, skont l-Artikolu 36 tal-istatuti SLBC.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrent li l-Kunsill imissu ħa inkunsiderazzjoni l-fatt li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 144 tal-Kodiċi tal-Kummerċ tal-Libanu jipprovdi li, bħala prinċipju, il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata Libaniża għandhom ikollhom in-nazzjonalità ta’ dan il-pajjiż.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li n-nazzjonalità Libaniża tal-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi tar-rikorrent ma hijiex element li jippermetti li jiġi eskluż li, skont id-deċiżjonijiet tal-assemblea ġenerali, ikkontrollata mis-CBS, l-imsemmi bord jiddeċiedi li jittrasferixxi fondi lir-reġim Sirjan.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet preċedenti jippermettu li jiġi kkunsidrat li r-rikorrent huwa persuna ġuridika marbuta mas-CBS u li, konsegwentement, ir-riskju deskritt fil-punt 101 iktar ’il fuq jeżisti f’dan il-każ, b’differenza ta’ dak li kien il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza Persia International Bank vs Il‑Kunsill, punt 105 iktar ’il fuq. Għalhekk, il-Kunsill kellu japplika fil-konfront tar-rikorrent il-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, b’mod konformi mad-dispożizzjoni mfakkra fil-punt 59 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Peress li l-kundizzjoni dwar il-fatt li r-rikorrent huwa persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>assoċjata<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ma persuna li ssostni r-reġim Sirjan ġiet issodisfatta, ma huwiex neċessarju li jsir stħarriġ kumplimentari (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Melli Bank tal-Qorti tal-Ġustizzja, punt 101 iktar ’il fuq, punti 78 u 79), sa fejn l-elementi sostnuti mir-rikorrent ma humiex tali li jqiegħdu inkwistjoni r-rabta kapitalistika li fuqha bbaża ruħu l-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li din ir-rabta ma hijiex imqiegħda inkwistjoni bil-fatt li l-attivitajiet tar-rikorrent huma suġġetti għall-kontroll tal-Banque du Liban.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Ċertament, għandu jiġi osservat, qabel kollox, li l-Banque du Liban, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-ittra tal-gvernatur, iħares, fir-rigward tar-rikorrent bħal fir-rigward ta’ kull bank ieħor li jopera fil-Libanu, li jiġu osservati l-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f’dan il-pajjiż, b’mod partikolari dawk relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Fl-ittra tiegħu, il-gvernatur speċifiku wkoll li kontrollur permanenti kien ġie nnominat fi ħdan ir-rikorrent, sabiex tissaħħaħ din il-ġlieda, b’mod li tiġi żgurata l-osservanza tar-restrizzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet internazzjonali kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-ittra tal-gvernatur tispeċifika li l-Banque du Liban ħarġet ċirkulari li skontha l-banek li joperaw f’dan il-pajjiż għandhom l-obbligu li jkunu jafu l-liġijiet u r-regolamenti li jirregolaw il-korrispondenti tagħhom barra mill-pajjiż u li jitrattaw ma’ dawn tal-aħħar b’mod konformi, b’mod partikolari, mas-sanzjonijiet u r-restrizzjonijiet adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi rispettivi ta’ dawn il-korrispondenti. Barra minn hekk, il-Banque du Liban għalqet il-kontijiet li r-rikorrent kellu fi ħdanu f’munita barranija.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li l-attività ta’ kontroll u l-miżuri adottati mill-Banque du Liban jikkonċernaw il-fondi li r-rikorrent għandu f’dan il-pajjiż. Min-naħa l-oħra, il-miżuri adottati mill-Kunsill jikkonċernaw biss il-fondi li r-rikorrent għandu jew jista’ jkollu fi ħdan l-Unjoni u t-tranżazzjonijiet li huwa jixtieq iwettaq b’dawn il-fondi.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi osservat li l-għanijiet tal-miżuri adottati mill-Banque du Liban ma jikkoinċidux, fi kwalunkwe każ mhux kompletament, ma’ dawk tal-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill kontra s-Sirja.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u fuq kollox, ir-rikorrent ma jistax iqiegħed inkwistjoni l-opportunità tal-inklużjoni u taż-żamma tiegħu fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja adottati mill-Kunsill minħabba l-fatt li l-attivitajiet tiegħu, inklużi dawk li jippreżentaw rabta mal-Unjoni, huma ssorveljati mill-awtorità nazzjonali ta’ Stat terz. Fil-fatt, f’sitwazzjoni tali, il-Kunsill ma jkollux iżjed kontroll fuq l-effikaċja ta’ din is-sorveljanza, liema fatt jista’ jiddetermina l-falliment ta’ dawn il-miżuri.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li din iċ-ċirkustanza tikkostitwixxi punt li jippermetti li ssir distinzjoni wkoll bejn is-sitwazzjoni tar-rikorrent u dik li kienet tirriżulta fil-kawża li tat lok għas-sentenza Persia International Bank vs Il‑Kunsill, punt 105 iktar ’il fuq. Fil-fatt, għalkemm huwa minnu li, fil-punt 117 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali spjegat ir-rwol ta’ kontroll tal-Financial Services Authority (awtorità tas-servizzi finanzjarji tar-Renju Unit) li jillimita l-influwenza li l-azzjonist maġġoritarju tal-bank ikkonċernat seta’ jeżerċita, din kienet awtorità ta’ Stat Membru, marbuta għall-osservanza tal-atti tal-Kunsill, u mhux ta’ Stat terz, bħal f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li l-Kunsill aġixxa b’mod konformi mal-ġurisprudenza, ir-rikorrent b’mod żbaljat isostni li l-inklużjoni u ż-żamma tiegħu fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja minħabba l-identità tal-azzjonist maġġoritarju tiegħu imorru kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt li jipprovdu li tista’ tiġi ssanzjonata biss l-entità responsabbli mill-fatti li ġew żvelati. Fil-fatt, permezz tal-imsemmija inklużjoni u żamma, il-Kunsill ma kienx qed jistenna aġir awtonomu min-naħa tar-rikorrent kuntrarju għas-suġġerimenti tal-atti li jipprovdu miżuri restrittivi kontra s-Sirja, iżda l-kompożizzjoni tal-azzjonijiet tiegħu u għaldaqstant tar-rabta tiegħu mill-qrib mal-kumpannija parent (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Melli Bank tal-Qorti tal-Ġustizzja, punt 101 iktar ’il fuq, punt 81), fejn ma hijiex ikkontestata l-appartenenza tagħha lill-Istat Sirjan (ara l-punt 1 u 100 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li dawn il-motivi jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-motivi bbażati fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq kif ukoll għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</P></TI></TITLE><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li, minkejja l-bosta talbiet tiegħu, il-Kunsill qatt ma kkomunikalu l-elementi speċifiċi u individwalizzati li fuqhom kienet ibbażata l-inklużjoni u ż-żamma tiegħu fil-listi tal-persuni msemmija mill-miżuri restrittivi kontra s-Sirja. Barra minn hekk, ir-rikorrent jenfasizza li, fil-mument tal-preżentata tar-rikors fil-Kawża T‑174/12, il-Kunsill ma kienx għadu wieġeb it-talbiet tiegħu tal‑15 ta’ Frar u tal‑<DATE ISO="20120404">4 ta’ April 2012</DATE> (ara l-punt 14 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Kunsill qatt ma spjega fuq liema elementi kien qiegħed jibbaża ruħu biex iżomm lir-rikorrent fl-imsemmija listin minkejja allegati provi prodotti minnu sabiex juri li l-evalwazzjoni tal-Kunsill kienet żbaljata, minħabba li s-sempliċi fatt li huwa kumpannija sussidjarja tas-CBS ma kienx ifisser li r-rikorrent kien jiffinanzja lir-reġim Sirjan.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrent jikkritika l-fatt li l-Kunsill ma laqax it-talbiet tiegħu għal smigħ waqt seduta. Il-ġurisprudenza invokata mill-Kunsill biex isostni li s-smigħ ma huwiex dritt li għandhom il-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi ma hijiex rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-dritt fundamentali għar-rispett tad-drittijiet tad-difiża matul proċedura li tippreċedi l-adozzjoni ta’ miżura restrittiva hija espressament stabbilita fl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li fir-rigward tagħha l-Artikolu 6(1) TUE jirrikonoxxi l-istess valur ġuridiku bħat-Trattati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Franza vs People’s Mojahedin Organization of Iran, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-27/09 P" PAGE.ECR="I-13427" YEAR="2011">C-27/09 P, Ġabra p. I-13427</REF.DOC.ECR>, punt 66).</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri u li ġie stabbilit bl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, fejn barra minn hekk dan il-prinċipju ġie stabbilit mill-ġdid fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Unibet, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-432/05" PAGE.ECR="I-2271" YEAR="2007"><?PAGE NO="17"?>C-432/05, Ġabra p. I-2271</REF.DOC.ECR>, punt 37, u tat‑<DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/05 P+C-415/05 P" PAGE.ECR="I-6351" YEAR="2008">C-402/05 P u C-415/05 P, Ġabra p. I-6351</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>sentenza Kadi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, punt 335).</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, l-effikaċja tal-istħarriġ ġudizzjarju, li b’mod partikolari għandu jkun jista’ jitratta l-legalità tal-motivi li fuqhom ibbażat ruħha awtorità tal-Unjoni biex tinkludi l-isem ta’ persuna jew ta’ entità fil-listi tad-destinatarji tal-miżuri restrittivi adottati mill-imsemmija awtorità, jimplika li din tal-aħħar għandha l-obbligu li tikkomunika dawn il-motivi lill-persuna jew lill-entità kkonċernata, b’kull mod possibbli, jew fil-mument meta tiġi deċiża l-inklużjoni tiegħu, jew, mill-inqas, malajr kemm jista’ jkun wara li tkun ġiet inkluża sabiex l-imsemmija persuna tkun tista’ teżerċita d-dritt tagħha li tressaq rikors kontra din l-inklużjoni fit-termini meħtieġa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kadi, punt 130 iktar ’il fuq, punt 336).</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Ir-rispett ta’ dan l-obbligu li l-imsemmija motivi jiġu kkomunikati huwa fil-fatt neċessarju kemm sabiex jippermetti lid-destinatarji tal-miżuri restrittivi jiddefendu d-drittijiet tagħhom fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u li jiddeċiedu b’għarfien komplet tal-fatti jekk huwiex utli li l-każ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<DATE ISO="19871015">15 ta’ Ottubru 1987</DATE>, Heylens <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="222/86" PAGE.ECR="4097" YEAR="1987">222/86, Ġabra, p. 4097</REF.DOC.ECR>, punt 15) kif ukoll sabiex iqegħdu lil din tal-aħħar kompletament f’pożizzjoni li teżerċita l-istħarriġ tal-legalità tal-att tal-Unjoni inkwistjoni li hija għandha tagħmel bis-saħħa tat-Trattat (sentenza Kadi, punt 130 iktar ’il fuq, punt 337).</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Issa, b’mod konformi mar-rekwiżiti imposti minn din il-ġurisprudenza, l-Artikolu 21(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2011/782, l-Artikolu 27(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2012/739, l-Artikolu 30(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2013/255 u l-Artikolu 32(2) u (3) tar-Regolament Nru 36/2012 jipprovdu li l-Kunsill jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna kkonċernata, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista, jew direttament, jekk l-indirizz tiegħu jkun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, billi jagħtih il-possibbiltà li jippreżenta osservazzjonijiet. Fejn jiġu formulati osservazzjonijiet, jew jekk jiġu ppreżentati provi ġodda sostanzjali, il-Kunsill jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew l-organu kkonċernat kif meħtieġ.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 36/3013 jispeċifika li l-listi annessi ma’ dan l-att huma eżaminati f’intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar.</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrent ġie kkomunikat, permezz tal-ittra tal‑<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, l-atti li permezz tagħhom il-Kunsill iddeċieda li jinkludi fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja. Din l-ittra kienet tirreferi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/37 u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 55/2012, li kienu jinsabu f’dokumenti annessi u jinkludu r-raġunijiet għall-inklużjoni tar-rikorrent fl-imsemmija listi.</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Il-fatt li din il-komunikazzjoni seħħet wara l-ewwel inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi inkwistjoni ma jistax jiġi kkunsidrat fih innifsu bħala ksur tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ fir-rigward ta’ miżuri restrittivi, ma jirrikjedix li l-awtoritajiet tal-Unjoni, qabel l-inklużjoni inizjali ta’ persuna jew ta’ entità fil-lista li timponi miżuri restrittivi, jikkomunikaw ir-raġunijiet għal din l-inklużjoni lill-persuna jew lill-entità kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kadi, punt 130 iktar ’il fuq, punt 338).</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali komunikazzjoni minn qabel hija ta’ natura li tikkomprometti l-effikaċja tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi imposti mill-imsemmija awtoritajiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kadi, punt 130 iktar ’il fuq, punt 339).</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom, tali miżuri għandhom, min-natura tagħhom stess, jibbenefikaw minn effett ta’ sorpriża u japplikaw b’effett immedjat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kadi, punt 130 iktar ’il fuq, punt 340).</TXT></NP><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>B’hekk, il-Kunsill ma kellux obbligu li jisma’ lir-rikorrent qabel l-ewwel inklużjoni tiegħu fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, fejn il-possibbiltà li r-rikorrent jindirizza ruħu lill-Kunsill wara li rċieva l-ittra tal‑<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE> hija suffiċjenti biex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-motivazzjoni tal-inklużjoni tiegħu, hekk kif imniżżel fl-atti annessi mal-ittra tal‑<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, ir-rikorrent iddeċieda li jressaq quddiem il-Kunsill talba għal aċċess għall-provi li juru s-sostenn tiegħu lir-reġim Sirjan. Fl-istennija tar-risposta tal-Kunsill, ir-rikorrent ippreżenta r-rikors li ta lok għall-Kawża T‑174/12.</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Il-Kunsill wieġeb għal din it-talba biss wara l-preżentata ta’ dan ir-rikors, jiġifieri t‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi kkonstatat li l-kontenut tad-dokumenti kkomunikati fit‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE> jikkoinċidi essenzjalment mar-raġunijiet li tagħhom ir-rikorrent diġà kellu konjizzjoni meta qara l-ittra tal‑<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE> u tal-atti annessi magħha, jiġifieri d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/37 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 55/2012. Fil-fatt, skont dawn tal-aħħar, id-dokument inkwistjoni jikkonstata li r-rikorrent huwa kumpannija sussidjarja tas-CBS.</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>Peress li, l-ewwel nett, ir-rikorrent kien jaf, evidentement, l-identità tal-azzjonist prinċipali tiegħu, it-tieni nett, hekk kif jirriżulta mill-eżami tal-motivi bbażati fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent fil-finanzjament tar-reġim Sirjan, is-sempliċi ċirkustanza li r-rikorrent huwa kumpannija sussidjarja 84.2 % miżmuma mis-CBS tippermetti li tiġi ġġustifikata l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu u, it-tielet nett, ir-rikorrent ġie immedjatament informat bil-fatt li dawn il-miżuri restrittivi kienu speċifikatament dovuti għas-sitwazzjoni tagħha ta’ kumpannija sussidjarja tas-CBS, ftit jimporta li d-dokument inkwistjoni jinkludi raġunijiet kumplimentari.</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li r-rikorrent seta’, mill-mument li ġie inkluż fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, jeżerċita d-drittijiet tiegħu tad-difiża u d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi jesponi lill-Kunsill u lill-Qorti Ġenerali r-raġunijiet għalfejn huwa kien iqis li s-sitwazzjoni tiegħu ta’ kumpannija sussidjarja tas-CBS ma kinitx tiġġustifika l-inklużjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, jekk jitqies li l-Kunsill imissu pprovda lir-rikorrent id-dokumenti kkomunikati fit‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE> qabel il-preżentata ta’ rikors kontra l-atti kkontestati fil-Kawża T‑174/12, jeħtieġ li jiġi osservat li din hija irregolarità mingħajr konsegwenzi, ġaladarba, fin-nuqqas tagħha, ir-rikorrent ma setax jiżgura d-difiża tiegħu b’mod aħjar (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, il-Kunsill vs Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP, C‑191/09 P u C‑200/09 P, punt 78, u tal-Qorti Ġenerali tad‑<DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, Alliance One International vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-25/06" PAGE.ECR="II-5741" YEAR="2011">T-25/06, Ġabra p. II-5741</REF.DOC.ECR>, punt 183).</TXT></NP><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma kkonċediex smigħ lir-rikorrent, għandu jiġi kkonstatat li la l-leġiżlazzjoni inkwistjoni u lanqas il-prinċipju ġenerali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jagħti lill-persuni kkonċernati d-dritt għal tali smigħ (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat‑<DATE ISO="20081023">23 ta’ Ottubru 2008</DATE>, People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-256/07" PAGE.ECR="II-3019" YEAR="2008">T-256/07, Ġabra p. II-3019</REF.DOC.ECR>, punt 93, u tas‑<DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, Europäisch‑Iranische Handelsbank vs Il‑Kunsill, T‑434/11, punt 64).</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent fil-kuntest tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2012/739, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013, tad-Deċiżjoni 2013/109 u tad-Deċiżjoni 2013/255, li huma atti sussegwenti li żammew ismu fil-listi li jinkludu l-ismijiet li huma suġġetti għal miżuri restrittivi, għandu jiġi kkonstatat li l-argument tal-effett ta’ sorpriża tal-imsemmija miżuri bħala prinċipju ma jistax jiġi validament invokat (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Franza vs People’s Mojahedin Organization of Iran, punt 129 iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza jirriżulta li d-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ atti li jżommu miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuni diġà suġġetti għalihom jippresupponi li l-Kunsill ikkunsidra elementi ġodda kontra dawn il-persuni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza France vs People’s Mojahedin Organization of Iran, punt 129 iktar ’il fuq, punt 63, u s-sentenza Melli Bank tal-Qorti Ġenerali, punt 102 iktar ’il fuq, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li l-Kunsill, meta żamm isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ma kkunsidra ebda element ġdid, li ma kienx diġà ġie kkomunikat lir-rikorrent wara l-inklużjoni inizjali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet imfakkra fil-punt 133 iktar ’il fuq, ir-rikorrent kellu l-possibbiltà, fuq inizjattiva tiegħu stess, li jinstema’ mill-Kunsill mingħajr ma tiġi fformulata stedina ġdida qabel l-adozzjoni ta’ kull att sussegwenti, fl-assenza ta’ elementi ġodda kkunsidrati fir-rigward tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jagħmel użu minn din il-possibbiltà, b’mod partikolari permezz tal-ittra li huwa bagħat lill-Kunsill fl‑<DATE ISO="20121214">14 ta’ Diċembru 2012</DATE>, li għaliha huwa wieġeb fis‑<DATE ISO="20130306">6 ta’ Marzu 2013</DATE> (ara l-punti 23 u 25 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>Minkejja li din ir-risposta seħħet wara l-preżentata tar-rikors kontra d-Deċiżjoni 2012/739, hemm lok li jiġi kkonstatat li din tal-aħħar, kif wara kollox ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1117/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013 u d-Deċiżjoni 2013/255, ma biddlitx il-motivazzjoni tal-miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrent u ma kienu bbażati fuq ebda element ġdid, iżda biss fuq ir-rabta kapitalistika bejn is-CBS u r-rikorrent, li dwaru dan tal-aħħar kien diġà esprima l-opinjoni tiegħu bosta drabi, u dan quddiem il-Kunsill u quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>154</NO.P><TXT>Għal din l-istess raġuni, li kieku kellu jitqies li l-Kunsill imissu sema’ lir-rikorrent qabel l-adozzjoni tal-atti msemmija fil-punt 153 iktar ’il fuq, hemm lok li jiġi kkonstatat li tali irregolarità hija nieqsa minn konsegwenzi, b’mod konformi mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 146 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>155</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jiġu miċħuda dawn il-motivi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-motivi bbażati fuq nuqqasijiet madwar l-adozzjoni tar-Regolament Nru 36/2012 u tar-Regolament Nru 55/2012</P></TI></TITLE><NP><NO.P>156</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jilmenta lill-Kunsill il-fatt li r-Regolament Nru 36/2012, b’differenza tar-Regolament Nru 442/2011, li dan ħassar, ma jinkludix riferiment għar-rekwiżit li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni suġġetti għall-miżuri li jinsabu f’dawn ir-regolamenti.</TXT></NP><NP><NO.P>157</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrent isostni li, għalkemm huwa minnu li l-kontenut u l-għanijiet tar-Regolament Nru 36/2012 jiġġustifikaw il-fatt li l-Kunsill adottah abbażi tal-Artikolu 215 TFUE, madankollu jmissu ttieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li dan ir-regolament iqajjem kwistjonijiet li jaqgħu taħt id-drittijiet fundamentali, liema fatt kien jeħtieġ li dan jiġi adottat abbażi tal-Artikolu 75 TFUE. Fil-fatt, dan l-artikolu jipprovdi l-adozzjoni ta’ atti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja msemmija fl-Artikolu 249 TFUE, li tagħti lill-Parlament Ewropew rwol iktar importanti mis-sempliċi informazzjoni dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi, previst fl-Artikolu 215 TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>158</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkonfuta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>159</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tan-nuqqas ta’ riferiment għad-drittijiet fundamentali, għandu jiġi osservat li din iċ-ċirkustanza ma għandhiex effett fuq il-legalità tal-atti kkontestati, fin-nuqqas tal-prova mir-rikorrent li d-drittijiet fundamentali tiegħu ġew miksura. B’hekk, din il-parti ta’ dan il-motiv hija ineffettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>160</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-kwistjoni tal-bażi legali tar-Regolament Nru 36/2012, ir-rikorrent, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali magħmula waqt is-seduta, irrikonoxxa li l-Kunsill seta’ validament jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 215 TFUE biex jadotta dan ir-regolament. Ittieħdet nota ta’ din id-dikjarazzjoni fil-proċess-verbali tas-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>161</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-affermazzjoni, magħmula mir-rikorrent fir-replika tiegħu, li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kontestabbli li l-bażi legali tal-atti li jikkawżawlu preġudizzju [tippermetti] lill-Kunsill jadotta atti li jinkludu miżuri partikolarment dannużi għad-drittijiet fundamentali tad-destinatarji tagħhom, u dan mingħajr l-intervent tal-Parlament<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> għandu jitfakkar, fi kwalunkwe każ, li, għalkemm il-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-proċess leġiżlattiv hija r-riflessjoni, fuq il-livell tal-Unjoni, ta’ prinċipju demokratiku fundamentali skont liema l-popli jipparteċipaw fl-eżerċizzju tal-poter permezz ta’ assemblea rappreżentattiva, id-differenza bejn l-Artikoli 75 TFUE u 215 TFUE fir-rigward tal-involviment tal-Parlament jirriżulta minn għażla magħmula mill-awturi tat-Trattat ta’ Lisbona li jingħata rwol iktar limitat lill-Parlament fir-rigward tal-azzjoni tal-Unjoni fil-kuntest tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, C‑130/10, punti 81 u 82).</TXT></NP><NP><NO.P>162</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, li kieku kellu jitqies li r-rikorrent għandu dritt iqajjem motiv li jikkonċerna, essenzjalment, il-ksur tal-prerogattivi tal-Parlament, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, ma huwiex kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jiġu adottati miżuri li għandhom effett dirett fuq id-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi permezz ta’ proċedura li teskludi l-parteċipazzjoni tal-Parlament, ġaladarba l-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali huwa indirizzat, b’mod konformi mal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, lill-istituzzjonijiet kollha, lill-organi u l-korpi kollha tal-Unjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 215(3) TFUE, l-atti msemmija minn dan l-artikolu jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji fil-qasam tal-garanziji legali. Konsegwentement, att, bħar-Regolament Nru 36/2012, jista’ jiġi adottat abbażi tal-Artikolu 215(2) TFUE sa fejn jinkludi garanziji fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, punt 161 iktar ’il fuq, punti 83 u 84; fejn jikkonċerna l-possibbiltà għal persuna ġuridika li tinvoka l-ksur tad-drittijiet fundamentali, ara s-sentenza Melli Bank tal-Qorti Ġenerali, punt 102 iktar ’il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>163</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Regolament Nru 36/2012 jinkludi d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ġaladarba jipprovdi b’mod partikolari, fl-Artikolu 32(2) sa (4), l-obbligi, għall-Kunsill, sabiex tiġi mmotivata l-inklużjoni ta’ kull persuna fiżika jew ġuridika fil-lista tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu f’dan ir-regolament, li jikkomunika lill-imsemmija persuni, direttament jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, l-inklużjoni tagħhom, billi jagħtihom il-possibbiltà li jissottomettu osservazzjonijiet, li jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu jekk jiġu prodotti provi sostanzjali jew jekk jiġu fformulati osservazzjonijiet u li jeżamina l-listi mill-ġdid f’intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar.</TXT></NP><NP><NO.P>164</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, dawn il-motivi għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-motiv li jirriżulta mill-eżami insuffiċjenti taċ-ċirkustanzi tal-każ</P></TI></TITLE><NP><NO.P>165</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma wettaqx eżami veru taċ-ċirkustanzi tal-każ, iżda sempliċement adotta l-proposti ppreżentati mill-Istati Membri, mingħajr ma vverifika l-fondatezza u r-rilevanza tal-informazzjoni u tal-provi li fuqhom setgħet kienet ibbażata l-adozzjoni u ż-żamma ta’ miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>166</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>167</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kunsill inkluda u żamm lir-rikorrent fil-listi tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja minħabba l-fatt li l-kapital tagħha kien miżmum għal 84.2 % mis-CBS.</TXT></NP><NP><NO.P>168</NO.P><TXT>Dan il-fatt huwa minnu u r-rikorrent qatt ma kkontestah. Min-naħa l-oħra, huwa pprova juri li, minkejja din ir-rabta kapitalistika, huwa żamm l-indipendenza tiegħu fir-rigward tas-CBS.</TXT></NP><NP><NO.P>169</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mill-eżami tal-motivi bbażati fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent fil-finanzjament tar-reġim Sirjan, f’dan il-każ il-Kunsill seta’ ġustament juża l-imsemmija rabta kapitalistika biex jinkludi u jżomm lir-rikorrent fil-listi inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>170</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill ibbaża ruħu fuq l-imsemmija rabta, li l-fondatezza tagħha għandha tiġi kkonfermata, hemm lok li jiġi konkluż li huwa eżamina b’mod suffiċjenti biżżejjed iċ-ċirkustanzi tal-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>171</NO.P><TXT>Għalhekk, dan il-motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>172</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li ebda wieħed mill-motivi tar-rikorrent ma huwa fondat, fejn għaldaqstant hemm lok li r-rikorsi jiġu miċħuda fl-intier tagħhom, mingħajr ma jkun neċessarju li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà, ikkontestata mill-Kunsill, tat-talbiet tar-rikorrent intiżi għall-annullament, sa fejn meħtieġ, tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ittri deċiżjonijiet tal-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tal‑<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE> u tat‑<DATE ISO="20121130">30 ta’ Novembru 2012</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>173</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrent tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kunsill.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikorsi huma miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-Syrian Lebanese Commercial Bank SAL huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Wetter</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>