|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5579 |
17.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11716 – NORDIC CAPITAL XI / CVC / PLATINUM IVY / HARGREAVES LANSDOWN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5579)
1.
Fl-4 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Nordic Capital XI, Limited (“Nordic Capital XI”, Jersey), proprjetà tal-grupp Nordic Capital (“Nordic Capital”, Jersey), |
|
— |
CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey), |
|
— |
Platinum Ivy B 2018 RSC Limited (“Platinum Ivy”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata minn Abu Dhabi Investment Authority (l-Emrati Għarab Maqgħquda), |
|
— |
Hargreaves Lansdown plc (“Hargreaves Lansdown”, ir-Renju Unit). |
Nordic Capital XI, CVC u Platinum Ivy se jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ Hargreaves Lansdown.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-9 ta’ Awwissu 2024.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Nordic Capital hija ditta ta’ ekwità privata li, permezz tal-fondi tagħha tinvesti f’kumpaniji kbar u ta’ daqs medju, |
|
— |
CVC tipprovdi pariri dwar l-investiment u/jew timmaniġġja l-investimenti f’isem ċerti fondi u veikoli ta’ investiment, |
|
— |
Platinum Ivy tinvesti f’assi ta’ ekwità privata, |
|
— |
Hargreaves Lansdown topera pjattaforma ta’ tifdil u investiment dirett lill-konsumatur għal investituri privati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11716 – NORDIC CAPITAL XI / CVC / PLATINUM IVY / HARGREAVES LANSDOWN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5579/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)