|
3.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/41 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/325
tat-2 ta' Marzu 2015
li jimplimenta l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010. |
|
(2) |
Fid-19 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ħassar persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 7 tar-Riżoluzzjoni 1844 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
|
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
ANNESS
L-entrata fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 għall-persuna li ġejja hija mħassra:
Mohamed SA'ID