<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-625/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0625</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:939">EU:C:2018:939</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20181122">22.11.2018</DATE> – Kawża C-625/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 56 u 63 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Stabbilimenti ta’ kreditu</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa ta’ stabbiltà u kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ddeterminati abbażi tat-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata tal-stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni tat-tranżazzjonijiet bankarji ta’ natura transkonfinali</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tat-tranżazzjonijiet tas-sussidjarji fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Differenza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-625/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20171018">18 ta’ Ottubru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20171103">3 ta’ Novembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Feldkirch,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, Viċi President, li qed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.-C. Bonichot (Relatur), A. Arabadjiev, E. Regan u C.G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG, minn C. Nauer, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal kif ukoll minn N. Gossement u C. Tritz, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 56 u 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Hypothekenbank<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Finanzamt Feldkirch (iċ-Ċentru tat-Taxxa ta’ Feldkirch, L-Awstrija) dwar deċiżjonijiet ta’ dan tal-aħħar tal-<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE> li jistabbilixxu l-ammont tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għat-taxxa ta’ stabbiltà li kellhom jitħallsu minnha inkonnessjoni mas-sena 2014.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tas-Stabilitätsabgabegesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa ta’ Stabbiltà, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>StabAbgG<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), introdott bil-Budgetbegleitgesetz 2011 (il-Liġi ta’ Akkumpagnjament tal-Baġit tal-2011), tat-<DATE ISO="20101230">30 ta’ Diċembru 2010</DATE> (BGBl. I, 111/2010), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-attività tal-istabbilimenti ta’ kreditu hija suġġetta għat-taxxa ta’ stabbiltà. It-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>stabbilimenti ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> fis-sens ta’ din il-liġi federali jirreferi għall-istabbilimenti li għandhom liċenzja skont il-Bankwesengesetz (liġi dwar is-sistema bankarja), BGBl. 532/1993, kif ukoll għall-fergħat ta’ stabbilimenti ta’ kreditu barranin li, skont il-liġi dwar is-sistema bankarja, huma awtorizzati jipproponu servizzi permezz ta’ fergħa stabbilta fl-Awstrija. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tas-StabAbgG, fil-verżjoni preċedenti għal-Liġi Federali BGBl. I, 184/2013, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-bażi tat-taxxa ta’ stabbiltà hija ffurmata mit-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja (paragrafu 2) tal-istabbiliment ta’ kreditu, wara t-tnaqqis tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 2. Għas-snin kalendarji 2011, 2012 u 2013, jeħtieġ li jittieħed bħala bażi t-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja tas-sena kontabbli li tagħlaq matul is-sena 2010. Sa mis-sena kalendarja sussegwenti, jeħtieġ li jittieħed bħala bażi t-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja tas-sena kontabbli li tagħlaq matul is-sena ta’ qabel is-sena kalendarja li abbażi tagħha għandha titħallas it-taxxa ta’ stabbiltà.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tal-istabbilimenti ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 1, stabbiliti fi Stat Membru ieħor […] u li jeżerċitaw attività fl-Awstrija permezz ta’ fergħa, jeħtieġ li jiġi kkalkulat, skont il-paragrafi 1sa 5, total tal-karta tal-bilanċ fittizzju tal-volum tat-tranżazzjonijiet attribwibbli lil din il-fergħa, b’tali mod li t-total tal-karta tal-bilanċ fittizju jkun jifforma l-bażi tat-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tas-StabAbgG, fil-verżjoni tagħha qabel il-Liġi Federali BGBl. I, 13/2014, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>It-taxxa ta’ stabbiltà għandha tammonta fir-rigward taċ-ċifri tal-bażi tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 2,</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ta’ bejn EUR 1 u 20 biljun, għal 0.055 %</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>superjuri għal EUR 20 biljun, għal 0.085 %.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tas-StabAbgG, kif emendat bil-Liġi Federali BGBl. I, 13/2014, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>It-taxxa ta’ stabbiltà tammonta għaċ-ċifri tal-bażi tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 2,</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ta’ bejn EUR 1 u 20 biljun, għal 0.09 %</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>superjuri għal EUR 20 biljun, għal 0.11 %.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7a(1) tas-StabAbgG, il-kontribuzzjoni speċjali għat-taxxa ta’ stabbiltà għandha tiġi kkalkulata fil-forma ta’ perċentwal tal-ammonti li għandhom jitħallsu bħala taxxa ta’ stabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7b(2) tas-StabAbgG, l-ammont tat-taxxa ta’ stabbiltà għas-sena 2014 jirriżulta mill-applikazzjoni magħquda tad-dispożizzjonijiet iċċitati, fis-seħħ qabel u wara l-emendi introdotti bil-Liġijiet Federali BGBl. I, 184/2013 u BGBl. I, 13/2014.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Hypothekenbank huwa stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija li jipprovdi servizzi bankarji lil klijenti residenti f’dan l-Istat Membru kif ukoll fi Stati Membri oħrajn. It-total tal-karta tal-bilanċ ta’ Hypothekenbank tirriżulta, għal parti mhux negliġibbli, jiġifieri kważi kwart minnha inkonnessjoni mas-sena 2014, minn tranżazzjonijiet bankarji mwettqa mat-tieni grupp ta’ klijenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>, iċ-ċentru tat-taxxa ta’ Feldkirch stabbilixxa, b’applikazzjoni tas-StabAbgG, l-ammont tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għat-taxxa ta’ stabbiltà dovut minn Hypothekenbank inkonnessjoni mas-sena 2014. Ir-rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet ġie miċħud mill-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi, l-Awstrija) permezz ta’ sentrenza tal-<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija), Hypothekenbank issostni li hija ma kienet obbligata tħallas xejn bħala taxxa ta’ stabbiltà u bħala kontribuzzjoni speċjali peress li dawn it-taxxi jmorru kontra, minn naħa, ir-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u, min-naħa l-oħra, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital. B’mod partikolari, dan l-istabbiliment ta’ kreditu jsostni li l-Artikolu 2 tas-StabAbgG jagħti lok għal diskriminazzjoni sa fejn jipprovdi għal trattament differenti għal tranżazzjonijiet simili. Filwaqt li t-tranżazzjonijiet bankarji mwettaq minn stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija, mhux permezz ta’ fergħa fi Stat Membru ieħor, ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxi kontenzjużi, l-istess tranżazzjonijiet imwettqa permezz ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru ieħor ma jittiħdux hekk inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’hekk, grupp ta’ kumpanniji jiġi intaxxat b’mod iktar favorevoli minn impriża li ma tifformax parti minn grupp. Fil-fatt, fil-każ ta’ grupp, il-kriterju ta’ nuqqas ta’ konsolidazzjoni għandu l-effett awtomatiku li jeskludi l-karti tal-bilanċ tas-sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru li ma huwiex l-Awstrija mill-bażi tat-taxxi inkwistjoni. Dan ikun differenti għal kumpannija iżolata li tipprovdi, hija stess jew permezz ta’ fergħa, servizzi fi Stati Membri li ma humiex l-Awstrija, peress li dawn is-servizzi jiġu inklużi awtomatikament fil-karta tal-bilanċ ta’ din il-kumpannija u fil-bażi tat-taxxa ta’ stabbiltà li għandha tħallas. Din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni, fatt li jirriżulta mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Hervis Sport- és Divatkereskedelmi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-385/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:47">EU:C:2014:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Din id-diskriminazzjoni tista’ tiddisturba l-provvista ta’ servizzi bankarji fi Stati Membri li ma humiex l-Awstrija. Dan seta’ jiġi evitat kieku l-bażi tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ġiet iddeterminata skont it-total tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata, billi tiġi permessa l-imputazzjoni tat-taxxi eventwali tal-istess natura li jkollhom jitħallsu minn sussidjarja fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) qieset li ma huwiex ċert li jirriżulta mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Hervis Sport- és Divatkereskedelmi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑385/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:47">EU:C:2014:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), mogħtija fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment, kif ukoll mis-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050602">2 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-174/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:350">EU:C:2005:350</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Holböck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑157/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:297">EU:C:2007:297</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), marbuta moviment liberu tal-kapital, li l-iStabAbgG ma hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, il-qorti tar-rinviju tfakkar li jirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Finanzamt Linz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-66/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:661">EU:C:2015:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-persuna responsabbli għal ħlas ta’ taxxa ma tistax teċepixxi li miżura fiskali li jibbenefikaw minnha impriżi oħra tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat sabiex tevadi l-ħlas ta’ din it-taxxa. Għaldaqstant, hija tqis li ma humiex neċessarji domandi preliminari dwar dan is-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Leġiżlazzjoni li tipprevedi taxxa fuq it-total tal-karta tal-bilanċ ta’ stabbilimenti ta’ kreditu, minħabba l-fatt li l-obbligu li titħallas it-taxxa huwa impost fuq it-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata (mhux inkluż fil-kontijiet annwali kkonsolidati tal-grupp), tmur kontra l-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista fl-Artikoli 56 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. TFUE u/jew il-libertà ta’ moviment tal-kapital u tal-pagamenti prevista fl-Artikolu 63 TFUE, meta stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija jkollu jħallas it-taxxa fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bankarji mwettqa ma’ klijenti mill-bqija tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li dan ma huwiex il-każ ta’ stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija li jwettaq dawn it-tranżazzjonijiet inkwantu kumpannija omm ta’ grupp ta’ stabbilimenti ta’ kreditu permezz ta’ stabbiliment ta’ kreditu li huwa membru tal-grupp li huwa stabbilit fi Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea u li l-karta tal-bilanċ tiegħu għandha, minħabba l-appartenenza tiegħu għall-grupp, tiġi kkonsolidata mal-karta tal-bilanċ tal-istabbiliment ta’ kreditu li għandu l-kwalità ta’ kumpannija omm?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa, li l-legalità tagħha hija kkontestata fil-kawża prinċipali, jolqtu lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija kif ukoll il-fergħat ta’ stabbilimenti ta’ kreditu barranin stabbiliti f’dan l-Istat Membru. Il-bażi ta’ dawn it-taxxi hija ddeterminata skont it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tal-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija u, fil-każ ta’ fergħat ta’ kumpanniji barranin, abbażi ta’ karta tal-bilanċ fittizja. It-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>mhux ikkonsolidata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ifissru li t-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa jiġu ddeterminati skont it-total tal-karta tal-bilanċ ta’ kull persuna legali kkunsidrata individwalment u mhux skont il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata ta’ grupp ta’ kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, it-tranżazzjonijiet bankarji huma riflessi fit-total tal-karta tal-bilanċ tal-istabbilimenti ta’ kreditu. Minn dan jirriżulta li l-ammont li għandu jitħallas għat-taxxi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jvarja skont it-tranżazzjonijiet bankarji tal-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li huma jwettqu direttament jew fil-fergħat tagħhom. It-tranżazzjonijiet bankarji tas-sussidjarji ta’ tali stabbilimenti Awstrijaċi, stabbiliti fi Stati Membri oħra, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-bażi ta’ dawn it-taxxi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kawża prinċipali ma tirrigwardax il-possibbiltà tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, Hypothekenbank, li toffri servizzi sabiex tgħin stabbiliment stabbli fi Stat Membru li ma huwiex l-Awstrija jew li jistabbilixxi ruħu fih. Kif ikkonfermat hija stess fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, hija tipprovdi servizzi lill-klijenti tagħha li huma residenti fi Stati Membri oħra mingħajr ma tirrikorri għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 56 u 63 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tobbliga lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprovdu servizzi lill-klijenti tagħhom li jirrisjedu fi Stati Membri oħrajn mingħajr ma jirrikorru għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar, li jħallsu taxxa ddeterminata skont it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li tinkludi t-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa minn dawn l-istabbilimenti direttament ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, filwaqt li teskludi l-istess tranżazzjonijiet imwettqa minn sussidjarji ta’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija meta dawn is-sussidjarji jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-libertà applikabbli</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li d-domanda preliminari saret kemm fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 63 TFUE, preliminarjament jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk u, fejn applikabbli, sa liema punt leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taffettwax l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Fidelity Funds <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:480">EU:C:2018:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-kawża odjerna, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, sa fejn is-servizzi bankarji jiġu pprovduti lil residenti ta’ Stati Membri li ma humiex l-Awstrija, l-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija ibatu, fir-rigward tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa, minn trattament differenti li jvarja skont jekk dawn jipprovdux tali servizzi permezz jew le ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva), Hypothekenbank, issostni li dan it-trattament differenti huwa diskriminatorju u jista’ jostakola, minn naħa, il-provvista ta’ servizzi bankarji fi Stati Membri li ma humiex l-Awstrija u, min-naħa l-oħra, il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tranżazzjonijiet bankarji, bħall-għoti ta’ krediti fuq bażi professjonali, bħala prinipju, jirrigwardaw kemm mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikoli 56 TFUE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. kif ukoll mal-moviment liberu tal-kapital fis-sens tal-Artikoli 63 TFUE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Fidium Finanz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-452/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:631">EU:C:2006:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, meta miżura nazzjonali tkun tirrigwarda kemm il-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll il-moviment liberu tal-kapital, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina l-miżura inkwistjoni, bħala prinċipju, biss fid-dawl ta’ waħda minn dawn iż-żewġ libertajiet jekk jirriżulta li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, waħda minn dawn hija kompletament sekondarja meta mqabbla mal-oħra u li tista’ tiġi assoċjata magħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>NN (L) International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-48/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:356">EU:C:2016:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Jidher li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, l-aspett tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jipprevali fuq dak tal-moviment liberu tal-kapital. Fil-fatt, permezz tal-argument tagħha, li ngħata sinteżi tiegħu mill-qorti tar-rinviju, Hypothekenbank tipprova ssostni li t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-taxxa ta’ stabbiltà u tal-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa, ta’ tranżazzjonijiet bankarji li hija twettaq mhux permezz ta’ intermedjarju ma’ klijenti fi Stati Membri li<?PAGE NO="6"?> ma humiex l-Awstrija iżid l-ispiża ta’ dawn it-tranżazzjonijiet u b’hekk jirrendi l-attività transkonfinali inqas attraenti. Tali ċirkustanza tikkonċerna b’mod prevalenti l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, filwaqt li l-effetti fuq il-moviment liberu tal-kapital huma biss konsegwenza inevitabbli ta’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, jeħtieġ li tiġi eżaminata d-domanda magħmula fir-rigward mhux tal-Artikoli 63 TFUE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., marbuta mal-moviment liberu tal-kapital, iżda tal-Artikoli 56 TFUE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., marbuta mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi rrilevat li, indipendentement mill-punt dwar jekk it-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa jikkostitwixxux taxxa diretta jew indiretta, dawn ma ġewx suġġetti għal armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni u għaldaqstant jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jeżeriċtaw din il-kompetenza b’rispett tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-253/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:795">EU:C:2011:795</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha bħala effett li tirrendi l-provvista ta’ servizzi bejn Stati Membri iktar diffiċli mill-provvista ta’ servizzi purament interna fi Stat Membru. Fil-fatt, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 56 TFUE jirrikjedi t-tneħħija ta’ kull restrizzjoni għal-libertà li jiġu provduti s-servizzi imposta minħabba li l-fornitur ikun stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak li fih jingħata s-servizz (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>TTL</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑553/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:604">EU:C:2018:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Dawk il-miżuri nazzjonali li jipprojbixxu, ifixklu jew li jirrendu inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ din il-libertà jikkostitwixxu restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>TTL</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑553/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:604">EU:C:2018:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Id-dritt għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mogħti mill-Artikolu 56 TFUE liċ-ċittadini tal-Istati Membri jinkludi l-libertà <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>passiva<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li jiġu pprovduti servizzi, jiġifieri l-libertà tad-destinatarji ta’ servizzi li jżuru Stat Membru ieħor sabiex jibbenefikaw minn servizz, mingħajr ma jkunu ostakolati minn restrizzjonijiet (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Piringer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-342/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:196">EU:C:2017:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li t-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ma jistabbilixxu l-ebda distinzjoni la skont l-oriġini tal-klijenti u lanqas skont il-post tal-provvista. Fil-fatt, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi ta’ dawn it-taxxi skont it-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja tal-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet bankarji kollha mwettqa minn tali stabbiliment, mhux permezz ta’ intermedjarju, fl-Awstrija jew fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt waħdu li dawn it-taxxi jistgħu jżidu l-ispiża tat-tranżazzjonijiet bankarji ma jistax jikkostitwixxi ostaklu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, ma humiex imsemmija fl-Artikolu 56 TFUE miżuri li l-effett waħdieni tagħhom huwa li joħolqu spejjeż addizzjonali għall-provvista inkwistjoni u li jaffettwaw bl-istess mod il-provvista ta’ servizzi bejn Stati Membri u dik fi ħdan Stat Membru (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-544/03 u C-545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Berlington Hungary <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-98/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:386">EU:C:2015:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegazzjoni li kienet teżisti diskriminazzjoni kontra stabbilimenti bankarji stabbiliti fl-Awstrija li jwettqu tranżazzjonijiet bankarji fi Stat Membru ieħor mhux permezz ta’ intermedjarju meta mqabbla ma’ dawk li joffru dan is-servizz bl-għajnuna ta’ sussidjarji indipendenti stabbiliti f’dan tal-aħħar, jeħtieġ li jiġi rrilevat li dawn l-aħħar imsemmija stabbilimenti għażlu li jeżerċitaw il-libertà<?PAGE NO="7"?> ta’ stabbiliment li huma kkonferit lilhom mill-Artikoli 49 u 54 TFUE, filwaqt li dawk tal-ewwel huma stabbiliti biss fl-Awstrija u jipprovdu servizzi li huma ta’ natura transkonfinali li jaqgħu taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li hemm lok li ssir distinzjoni bejn il-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-libertà ta’ stabbiliment. Għal dan l-għan, għandu jiġi ddeterminat jekk l-operatur ekonomiku huwiex stabbilit jew le fl-Istat Membru li fih huwa joffri s-servizz inkwistjoni. Meta dan ikun stabbilit fl-Istat Membru li fih huwa joffri dan is-servizz, huwa jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment, kif iddefinit fl-Artikolu 49 KE. Meta, min-naħa l-oħra, l-operatur ekonomiku ma jkunx stabbilit fl-Istat Membru destinatarju, huwa jkun fornitur transkonfinali li jaqa’ taħt il-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Schnitzer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-215/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:662">EU:C:2003:662</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Duomo Gpa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑357/10 sa C-359/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:283">EU:C:2012:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kunċett ta’ stabbiliment, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment, jimplika l-eżerċizzju effettiv ta’ attività ekonomika permezz ta’ installazzjoni stabbli fl-Istat Membru ospitanti għal żmien indeterminat. Konsegwentement hija tippresupponi l-installazzjoni reali tal-kumpannija kkonċernata fl-Istat Membru ospitanti u l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika effettiva fih (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑196/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:544">EU:C:2006:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, f’każ li l-fornitur ta’ servizz jispostja ruħu lejn Stat Membru ieħor la ma jkunx dak li fih huwa stabbilit, id-dispożizzjonijiet tal-kapitolu tat-Trattat marbuta mas-servizzi, u, b’mod partikolari, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE, jipprovdu li dan il-fornitur ikun qiegħed jeżerċita hemmhekk l-attività tiegħu fuq bażi temporanja (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951130">30 ta’ Novembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Gebhard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-55/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:411">EU:C:1995:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Schnitzer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:662">EU:C:2003:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni dawn id-diverġenzi u, għaldasqstant, li jittrattaw b’mod differenti, għall-finijiet tat-taxxa, l-attivitajiet ta’ persuni u impriżi li jaqgħu, rispettivament, taħt il-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u jimplikaw, bħala regola ġenerali, konsegwenzi legali u ekonomiċi differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tostakola jew tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dubjiu espressi mill-qorti tar-rinviju fir-rigward tar-rilevanza tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Hervis Sport- és Divatkereskedelmi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-385/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:47">EU:C:2014:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokata quddiemha mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jeħtieġ jitfakkar li, fil-punti 37 sa 41 ta’ din is-sentenza kif ukoll fil-punt 23 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>ANGED</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-234/16 u C-235/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:281">EU:C:2018:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li taxxa obbligatorja li tipprevedi kriterju ta’ differenzazzjoni apparentement oġġettiv iżda li jisfavorixxi fil-parti l-kbira tal-każijiet, fid-dawl tal-karatteristiċi tiegħu, lill-kumpanniji li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stati Membri oħra u li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ dawk li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-Istat Membru tat-taxxa, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq il-post tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanniji pprojbita mill-Artikoli 49 u 54 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta mill-punti 18 u 26 tas-sentenza odjerna, fil-kawża prinċipali, Hypothekenbank ma tistax tinvoka ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE marbuta mal-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tiddefinixxi l-kuntest fattwali tad-domandi li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180710">10 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Jehovan todistajat</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-25/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:551">EU:C:2018:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Ċertament, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, Hypothekenbank issostni li, fil-prattika, l-istabbilimenti ta’ kreditu reġjonali stabbiliti fl-Awstrija qrib il-fruntieri ta’ dan l-Istat Membru jipprovdu iktar spiss servizzi ta’ natura transkonfinali mill-istabbilimenti ta’ kreditu reġjonali l-oħra stabbiliti f’dan l-istess Stat Membru, b’tali mod li t-taxxa ta’ stabbiltà u l-kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa kienu jaffettwaw b’mod prevalenti l-ewwel imsemmija stabbilimenti. Din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni paragunabbli għal dik inkwistjoni fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Hervis Sport- és Divatkereskedelmi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-385/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:47">EU:C:2014:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Madankollu, il-ftit data pprovduta minn Hypothekenbank fis-settur bankarju fl-Awstrija ma tippermettix li tiġi vverifikata l-fondatezza tal-allegazzjonijiet tagħha. Fi kwalunkwe każ, dawn l-elementi fattwali ma ġewx ippreżenatati mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li ma huwiex stabbilit li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ toħloq sitwazzjoni paragunabbli ma’ dik inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza ta-l<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Hervis Sport- és Divatkereskedelmi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑385/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:47">EU:C:2014:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma hemmx lok li tiġi eżaminata l-applikabbiltà, b’analoġija fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 39 tas-sentenza odjerna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, jeħtieġ li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tobbliga lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprovdu servizzi lill-klijenti tagħhom li jirrisjedu fi Stati Membri oħrajn mingħajr ma jirrikorru għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar, li jħallsu taxxa ddeterminata skont it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li tinkludi t-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa minn dawn l-istabbilimenti direttament ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, filwaqt li teskludi l-istess tranżazzjonijiet imwettqa minn sussidjarji ta’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija meta dawn is-sussidjarji jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tobbliga lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprovdu servizzi lill-klijenti tagħhom li jirrisjedu fi Stati Membri oħrajn mingħajr ma jirrikorru għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar, li jħallsu taxxa ddeterminata skont it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li tinkludi t-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa minn dawn l-istabbilimenti direttament ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, filwaqt li teskludi l-istess tranżazzjonijiet imwettqa minn sussidjarji ta’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija meta dawn is-sussidjarji jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>