26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Frar 2009

dwar l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma għall-2009 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), u dwar il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra li għandhom x’jaqsmu mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/158/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubbilka — b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Programm”) ħolqot it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “it-tieni Programm tas-Saħħa”.

(2)

It-tieni programm tas-Saħħa huwa maħsub biex jikkumplementa, isostni u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri u jikkontribwixxi għal żieda fis-solidarjetà u l-prosperità fl-Unjoni Ewropea. L-għanijiet tal-Programm huma li jtejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini, jippromwovi s-saħħa, partikolarment it-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa u jiġġenera u jxerred l-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa.

(3)

Skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Programm, il-Kummisssjoni għandha tadotta Pjan ta’ Ħidma annwali li jiffissa l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu eżegwiti, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, il-kriterji għall-perċentwali ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, speċjalment il-kriterji għall-valutazzjoni dwar jekk tkunx tapplika utilità eċċezzjonali, l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji konġunti u l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 tal-istess Deċiżjoni.

(4)

Taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta l-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm b’konformità mal-Artikolu 4 tal-istess Deċizjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2004/858/KE, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għandha twettaq ċerti attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-programm għas-saħħa pubblika u għal dan l-għan għandha tingħata l-approprijazzjonijiet meħtieġa.

(6)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”), deċiżjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ġew iddelegati s-setgħat mill-istituzzjoni għandha tippreċedi l-impenn tan-nefqa.

(7)

Skont l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għal programm annwali, li jrid jiġi ppubblikat fil-bidu tas-sena finanzjarja.

(8)

Skont l-Artikolu 166 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ir-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju”) (4), il-programm ta’ ħidma annwali għall-għotjiet għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni trid tispeċifika l-att bażiku, l-għanijiet u l-iskeda tas-sejħiet għall-proposti mal-ammont indikattiv u r-riżultati mistennija.

(9)

Skont l-Artikolu 90 tar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju, id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, tista’ titqies li hi d-deċiżjoni għall-iffinanzjar fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, sakemm din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed.

(10)

Skont l-Artikolu 168(1)(c) u (f) tar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li toħroġ għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lil entitajiet b’monopolju de jure jew de facto sostanzjat kif għandu jkun.

(11)

Il-miżuri li din id-Deċiżjoni tipprovdi għalihom għandhom ikunu konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013),

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Pjan ta’ Ħidma għall-2009 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) kif stabbilit fl-Anness I u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra marbutin mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet skont it-tieni Programm Komunitarju fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), kif stipulat fl-Annessi II, IV u V huma b’dan adottati.

Dawn iservu bħala d-deċiżjoni għall-iffinanzjar tal-għotjiet u l-kuntratti li l-ħruġ tagħhom ma jeħtieġx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.   Fl-ambitu tal-baġit indikattiv massimu għal kull azzjoni speċifika, tibdil kumulattiv li ma jaqbiżx l-20 % mhuwiex meqjus bħala sostanzjali sakemm ma jaffettwax b’mod sinifikanti n-natura u l-għanijiet tal-Pjan ta’ Ħidma. L-uffiċjal awtorizzanti, kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju, jista’ jadotta dan it-tibdil skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda.

3.   Id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa u l-Konsumaturi għandu jiżgura l-implimentazzjoni globali ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma.

Artikolu 2

L-għotjiet identifikati f’dan il-Pjan ta’ Ħidma għal entitajiet b’monopolju de jure jew de facto għandhom joħorġu skont il-kundizzjonijiet li jipprovdi għalihom l-Artikolu 168(1)(c) u (f) tar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 3

L-allokazzjonijiet baġitarji meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2008-2013) għandhom jiġu ddelegati lill-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi” skont il-kundizzjonijiet u fl-ambitu tal-limiti tal-ammonti stabbiliti fil-Pjan ta’ Ħidma fl-Anness I.

Is-sussidju operattiv imdaħħal fil-linja tal-baġit 17 01 04 30 għandu jitħallas lill-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi”.

Artikolu 4

L-approprijazzjonijiet koperti mill-Pjan ta’ Ħidma fl-Anness I jistgħu jintużaw biex jitħallas imgħax awtomatiku b’konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(2)   ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


ANNESS I

Pjan ta’ Ħidma Annwali 2009 inklużi l-implikazzjonijiet baġitarji u l-kriterji għall-finanzjament marbutin mal-għotjiet

1.   KUNTEST ĠENERALI

1.1.   Politika u kuntest legali

Id-Deċiżjoni 1350/2007/KE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Programm”) stabbilixxiet it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “it-tieni Programm tas-Saħħa”.

It-tieni Programm tas-Saħħa huwa maħsub biex jikkumplementa, isostni u jżid il-valur lill-politiki tal-Istati Membri u jikkontribwixxi għal żieda fis-solidarjetà u l-prosperità fl-Unjoni Ewropea. L-għanijiet tal-Programm huma li jtejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini; li jippromwovi s-saħħa, inkluż it-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa u li jiġġenera u jxerred l-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa.

Fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni tal-Programm hemm stipulat li l-Kummissjoni għandha tadotta:

(a)

il-Pjan ta’ Ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm li jistabbilixxi:

(i)

il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu attwati, inkluża l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji;

(ii)

il-kriterji għall-perċentwali ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, inklużi l-kriterji għall-ivvalutar dwar jekk tapplikax utilità eċċezzjonali jew le;

(iii)

l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-azzjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 9;

(b)

il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra marbutin mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm b’konformità mal-Artikolu 4.

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju (RF) applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, deċiżjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati s-setgħat mill-istituzzjoni għandha tippreċedi l-impenn tan-nefqa. Skont l-Artikolu 90 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (IR), id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-RF, tista’ titqies li hi d-deċiżjoni għall-iffinanzjar sakemm din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed. Il-mira ta’ dan id-dokument hi li dawn l-obbligi jiġu ssodisfati u li hu jippreżenta l-attivitajiet differenti skedati għall-2009 li hija t-tieni sena tal-implimentazzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa.

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (AESK) għandha tgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma għall-2009 skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma u skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4943 tad-9 ta’ Settembru 2008 li tiddelegalha s-setgħat.

1.2.   Riżorsi

Id-Deċiżjoni tal-Programm tiffissa baġit totali ta’ EUR 321 500 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 – 31 ta’ Diċembru 2013.

L-awtorità baġitarja approvat baġit totali ta’ EUR 48 480 000  (1) għall-2009 għal-linji baġitarji 17 03 06 u 17 01 04 02.

Linja baġitarja

Eur

17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa

47 000 000

17 01 04 02 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva

1 480 000

Total

48 480 000

Il-linja baġitarja “17 01 04 02 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva tal-programm” għandha tintuża għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma u għal-laqgħat tal-esperti, għall-pubblikazzjonijiet, diversi attivitajiet ta’ komunikazzjoni u nfiq kurrenti ieħor li jsostni l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-programm. Il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din il-linja baġitarja.

Il-kontribuzzjonijiet addizzjonali mingħand il-pajjiżi tal-EFTA li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja) u mingħand pajjiżi kandidati li qed jipparteċipaw fil-Programm huma stmati li jlaħħqu EUR 1 163 520 mill-pajjiżi EEA/EFTA u EUR 138 000 mill-Kroazja (2).

Il-baġit totali għall-2009 għalhekk huwa stmat għal EUR 49 781 520:

—

it-total għall-baġit operattiv huwa stmat għal EUR 48 261 000;

—

it-total għall-baġit amministrattiv huwa stmat għal EUR 1 520 520.

Il-linja baġitarja għall-approprijazzjonijiet amministrattivi marbuta mal-EAHC hija 17 01 04 30.

1.2.1.   Ammonti indikattivi

L-ammonti indikati fil-kapitoli li ġejjin huma ammonti indikattivi. B’konformità mal-Artikolu 90(4) tal-IR, taħt kull mekkaniżmu ta’ finanzjament huwa possibbli li jkun hemm varjazzjonijiet li ma jkunux sostanzjali fl-ambitu ta’ +/- 20 % għal kull partita.

2.   MEKKANIŻMI TA’ FINANZJAMENT

Il-firxa sħiħa ta’ mekkamiżmi ta’ finanzjament offruta taħt it-tieni Programm tas-Saħħa għandha tiġi implimentata fl-2009. Il-baġit tas-sejħa għal proposti għall-proġetti tnaqqas u żdiedet il-konċentrazzjoni fuq is-sejħiet għall-offerti u mekkaniżmi oħra ta’ finanzjament, bħalma huma azzjonijiet konġunti u għotjiet operattivi, bl-għan li jiġu sfruttati l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-azzjonijiet iffinanzjati, u li jiġi żgurat li l-finanzi jiġu kkanalizzati b’mod aktar dirett lejn il-ksib tal-miri tal-programm. Madankollu, f’każ li r-riżorsi mill-baġit operattiv jibqgħu disponibbli fl-aħħar tal-2009, dawn għandhom jiġu riallokati għall-finanzjament ta’ għotjiet li jintgħażlu bħala prijorità waqt is-sejħa tal-2009 għal proposti għall-proġetti.

Il-mekkaniżmi ta’ finanzjament kollha għandhom jiġu eżegwiti taħt ir-responsabbiltà tal-AESK, ħlief għall-punt 2.9 li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kummissjoni. Is-sejħiet u l-informazzjoni rilevanti jiġu ppubblikati fil-websajt tal-AESK (3).

2.1.   Sejħa għal proposti għall-Proġetti

L-għotjiet għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali għas-Sejħa għal proposti għall-proġetti huwa stmat għal EUR 24 130 500 (madwar 50 % tal-baġit operattiv).

Is-Sejħa għal proposti għall-proġetti se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Frar 2009 (data indikattiva) b’deskrizzjoni tas-setturi għall-finanzjament, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni.

Il-proġetti kollha għandhom jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli, ikunu innovattivi fin-natura tagħhom u t-tul ta’ żmien tagħhom normalment ma għandux jaqbeż it-tliet snin. L-impatt mistenni tal-proġett għandu jitkejjel b’indikaturi xierqa, preferibbilment bl-indikatur Snin ta’ Ħajja Sana (Healthy Life Years). Fejn huwa rilevanti, l-informazzjoni għandha tinkludi kif se jitqiesu l-perspettiva skont is-sessi u l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa.

Fejn rilevanti, il-proposti kollha jridu juru li jistgħu jiġu identifikati sinerġiji ma’ attivitajiet attwali ta’ riċerka ffinanzjati taħt it-tema tas-saħħa u temi oħra marbuta mas-7 Programm Qafas ta’ Riċerka (4).

Fejn għandha x’taqsam l-allokazzjoni tar-riżorsi għas-sejħa għal proposti għall-proġetti, għandu jiġi segwit bilanċ bejn il-linji ta’ żvilupp tal-programm, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kwalità u l-kwantità tal-proposti li jkunu daħlu, sakemm ma jinqalgħu ebda emerġenzi partikolari fis-settur tas-saħħa pubblika (pereżempju, xi influwenza pandemika) li jkunu jiġġustifikaw riallokazzjoni ta’ riżorsi.

Minħabba n-natura kumplementari u motivazzjonali tal-għotjiet Komunitarji, mill-inqas 40 % tal-ispejjeż tal-proġett iridu jiġu ffinanzjati minn sorsi oħra. Konsegwentement, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji normali jistgħu jkunu sa 60 % kull proġett tal-ispejjeż eliġibbli għall-proġetti kkunsidrati. F’kull każ individwali għandu jiġi ddeterminat il-perċentwal massimu li jkun irid jingħata.

Tista’ tkun mistennija kontribuzzjoni Komunitarja massima mingħand kull benefiċjarju (jiġifieri, mingħand kull benefiċjarju prinċipali u mingħand kull benefiċjarju assoċjat) ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli meta proposta tkun ta’ utilità eċċezzjonali, kif speċifikat fil-punt 3.1. Mhux aktar minn 10 % tal-għadd ta’ proġetti ffinanzjati għandhom jirċievu kontribuzzjoni Komunitarja ta’ aktar minn 60 %.

Għandu jiġi nnutat li l-ammont indikattiv għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja fil-proġetti magħżula jista’ jvarja bejn –10 % u + 10 % fejn għandu x’jaqsam l-ammont mitlub mill-benefiċjarju.

Dettalji dwar il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Programm, jidhru fl-Anness II.

Dettalji dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ta’ vjaġġar u sussistenza jidhru fl-Anness III.

2.2.   Sejħa għall-Offerti

Is-servizzi tal-akkwisti għandhom jiġu ffinanzjati taħt 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-għadd indikattiv ta’ kuntratti huwa speċifikat fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4 ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma.

L-ammont indikattiv globali għas-sejħiet għall-offerti jlaħħaq sa EUR 9 652 000 (madwar 20 % tal-baġit operattiv); is-sejħiet għall-offerti se joħorġu matul l-ewwel simestru bħala data indikattiva.

2.3.   Azzjonijiet konġunti

L-azzjonijiet konġunti għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat li jlaħħaq sa EUR 7 239 000 (madwar 15 % tal-baġit operattiv).

Ċerti azzjonijiet fl-2009 se jkunu eliġibbli għal finanzjament bħala azzjonijiet konġunti bejn il-Komunità u wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew bejn il-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi oħra li jkunu qed jipparteċipaw fil-Programm. Il-pajjiżi parteċipanti se jiġu mistiedna jissottomettu proposti permezz ta’ sejħa għal proposti għal azzjonijiet konġunti definiti espliċitament bħala tali fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4 ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma.

Il-kontribuzzjonijiet Komunitarji jistgħu jingħataw biss lil entità pubblika jew lil entità li l-għan tagħha mhuwiex dak li tagħmel profitt, maħtura permezz ta’ proċedura trasparenti mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti kkonċernata u bi qbil mal-Kummissjoni.

Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-azzjonijiet konġunti ma għandhiex jaqbżu l-50 %, ħlief f’każi ta’ utilità eċċezzjonali fejn il-kontribuzzjoni Komunitarja ma għandhiex taqbeż is-70 %. Utilità eċċezzjonali tiġri għal dawk l-azzjonijiet konġunti li:

—

jissodisfaw il-kriterji speċifikati fil-punt 3.1 u

—

li fihom ikun hemm jipparteċipaw entitajiet minn mhux anqas minn 10 pajjiżi parteċipanti jew, fejn l-azzjoni tkun proposta minn entità minn Stat Membru li l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea saret wara l-1 ta’ Mejju 2004 jew minn Pajjiż Kandidat, ikollhom jipparteċipaw fihom 3 pajjiżi parteċipanti.

Id-dettalji dwar il-kriterji tal-għażla u l-għoti għall-azzjonijiet konġunti jidhru fl-Anness IV. Fl-aħħar ta’ Frar 2009, il-proċedura għas-sottomissjoni tal-proposti għal Azzjoni Konġunta se tiġi ppubblikata flimkien mas-sejħa għal proposti għal azzjonijiet konġunti u l-kriterji u l-iskadenza għas-sottomissjoni.

Dettalji dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ta’ vjaġġar u sussistenza jidhru fl-Anness III.

2.4.   Għotjiet operattivi

L-għotjiet operattivi għandhom jiġi ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat għal EUR 2 500 000 (madwar 5 % tal-baġit operattiv).

Sostenn finanzjarju għall-attivitiet jista’ jingħata lil dawk l-organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li d-dettalji dwarhom jinsabu fl-Anness V.

Tingħata preferenza lil dawk l-organizzazzjonijiet li jkopru attivitajiet kif speċifikat f’dan il-Pjan ta’ Ħidma, il-punti 3.2, 3.3 u 3.4 u attivitajiet fil-qasam ta’ kura tas-saħħa transkonfinali, il-mard rari, l-istaff li jaħdem fil-qasam tas-saħħa, is-sikurezza tal-pazjenti, id-donazzjoni u t-trapjant tal-organi, il-ħarsien mill-kankru u l-kontroll ta’ din il-marda, it-tilqim kontra l-influwenza, l-użu prudenti tal-antibijotiċi, it-tilqim tat-tfal, is-saħħa mentali u s-saħħa taż-żgħażagħ.

Is-sejħa għal proposti se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Frar 2009 b’deskrizzjoni tas-setturi għall-finanzjament, il-kriterji tal-għażla u l-għoti u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni.

Is-sostenn finanzjarju ma għandux jaqbeż is-60 % tan-nefqa involuta fit-twettiq tal-attivitajiet eliġibbli. Fil-każi ta’ utilità eċċezzjonali, il-kontribuzzjoni Komunitarja ma għandhiex taqbeż it-80 %. Utilità eċċezzjonali tista’ tiġri meta l-attivitajiet ikollhom valur miżjud Ewropew sinifikanti ħafna, kif indikat fil-punt 3.1.

Kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) tal-bażi legali applikabbli, it-tiġdid tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbilit fil-paragrafu 1(b) għall-entitajiet mhux governattivi u għal networks speċjalizzati jista’ jiġi eżentat mill-prinċipju ta’ tnaqqis gradwali.

2.5.   Konferenzi fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-valutazzjoni tar-riskju

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-konferenzi organizzati fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-valutazzjoni tar-riskju għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat għal EUR 1 100 000: EUR 300 000 għall-konferenzi organizzati mill-Presidenza tal-Unjoni u EUR 800 000 għal konferenzi oħra.

Għal raġunijiet amministrattivi, konferenzi eliġibbli għall-kofinanzjament iridu jsiru matul l-aħħar xahrejn tal-2009 jew fl-2010.

2.5.1.   Konferenzi organizzati mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea

Tliet konferenzi organizzati mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, waħda għal kull Presidenza (it-tieni simestru 2009 u 2010), huma eliġibbli għal kofinanzjament mill-Komunità sa EUR 100 000 kull konferenza, bir-rata massima għal kofinanzjamenti Komunitarju ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli totali. Il-kwistjonijiet ta’ politika li jiġu indirizzati f’dawn il-konferenzi għandhom ikunu marbutin mat-titjib fis-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini, il-promozzjoni tas-saħħa, partikolarment it-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa u mal-ġenerazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa.

Dawn l-avvenimenti, ta’ natura politika għolja u li jinvolvu rappreżentanza fl-ogħla livell kemm mill-Awtoritajiet Nazzjonali kif ukoll rappreżentanti Ewropej, għandhom jiġu organizzati esklussivament mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza f’idejh. Minħabba l-irwol uniku tal-Presidenza fil-qafas tal-attivitajiet Komunitarji, l-Istat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni tal-avveniment huwa kkunsidrat bħala monopolju de jure.

Skont l-Artikolu 168 (1)(c) tal-IR, għotjiet jistgħu jiġu allokati mingħajr sejħa għal proposti lil organizzazzjonijiet f’sitwazzjoni ta’ monopolju de jure jew de facto, li dwar dan tkun ingħatat prova xierqa fid-deċiżjoni tal-għoti.

Permezz tar-Rappreżentanza Permanenti, il-Presidenza għandha tissottometti talba għal għotja lis-servizzi tal-Kummissjoni għall-konferenza li għaliha l-kontribuzzjoni għandha tintalab mill-inqas erba’ xhur qabel l-avveniment. Din it-talba għal għotja għandha tispeċifika t-tema tal-konferenza, l-abbozz tal-programm, il-baġit provviżorju u l-kompożizzjoni tal-kumitati xjentifiċi u organizzattivi.

2.5.2.   Konferenzi oħra

Skont l-Artikolu 2(2) u l-punt 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità jistgħu jingħataw għall-organizzazzjoni ta’ konferenzi li:

—

Jittrattaw prijorità waħda jew aktar ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma kif imfisser fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4 jew dawn il-kwistjonijiet: kura tas-saħħa transkonfinali, il-mard rari, l-istaff li jaħdem fil-qasam tas-saħħa, is-sikurezza tal-pazjenti, id-donazzjoni u t-trapjant tal-organi, il-ħarsien mill-kankru u l-kontroll ta’ din il-marda, it-tilqim kontra l-influwenza, l-użu prudenti tal-antibijotiċi, it-tilqim tat-tfal, is-saħħa mentali u s-saħħa taż-żgħażagħ;

—

Ikollhom dimensjoni wiesgħa marbuta mal-Unjoni Ewropea, pereżempju, bil-parteċipazzjonijiet ta’ rappreżentanzi minn 10 pajjiżi jew aktar jipparteċipaw fit-tieni Programm tas-Saħħa;

—

Ikunu organizzati minn entità pubblika jew minn entità li ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt bi ftehim mal-Kummissjoni, stabbiliti f’Pajjiż li jkun qed jipparteċipa fit-tieni Programm tas-Saħħa, li joperaw f’livell Ewropew u li għandhom kopertura ġeografika bbilanċjata.

Fl-aħħar ta’ Frar 2009 se titnieda sejħa għal proposti għall-konferenzi b’deskrizzjoni tas-setturi għall-finanzjament, il-kriterji tal-għażla u l-għoti u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni. Il-konferenzi magħżula jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni Komunitarja sa EUR 100 000 għal kull konferenza (massimu ta’ 50 % tal-baġit totali għall-konferenza), għalkemm ikun qed jintalab ukoll il-kofinanzjament.

2.6.   Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-fondi għal azzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat li jlaħħaq sa EUR 2 300 000, li, bejn wieħed u ieħor, huwa madwar 5 % tal-baġit operattiv.

B’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Programm, ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jirċievu inkoraġġiment. Dan għandu jsir ma’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex jidħlu għall-prijoritajiet tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea identifikati fil-Pjan ta’ Ħidma annwali.

Il-fondi għall-azzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu allokati permezz ta’ ftehimiet dwar għotjiet mingħajr sejħa preċedenti għall-proposti kif previst fl-Artikolu 168 (1) il-premessi (f) tal-IR, lil tip partikolari ta’ entità skont il-kompetenzi tekniċi tagħha, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tagħha u s-saħħa amministrattiva tagħha.

Fil-fatt, dawn l-organizzazzjonijiet għandu jkollhom ċerti kapaċitajiet marbuta max-xogħol speċifiku li jwettqu u r-responsabbiltajiet tagħhom, li jirrenduhom partikolarment ikkwalifikati biex iwettqu wħud mill-azzjonijiet iffissati f’dan il-Pjan ta’ Ħidma u li għalihom ftehimiet għal għotjiet diretti huma kkunsidrati bħala l-iżjed proċedura xierqa. Barra minn hekk, il-ftehimiet għal għotjiet diretti jtejbu s-sinerġiji u s-sensibbiltà tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn l-azzjonijiet ikunu koperti b’mod konġunt.

L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jkun sa 60 % għal kull organizzazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjonijiet ikkunsidrati.

Fl-2009, l-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin jistgħu jirċievu fondi għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifikati fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4:

—

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD)

—

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)

—

L-Osservatorju Ewropew għall-Politiki tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa

—

Il-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti għall-HIV/AIDS (UNAIDS)

—

Il-Kunsill tal-Ewropa (CoE).

2.7.   Kumitati Xjentifiċi

L-attività tal-Kumitati Xjentifiċi rilevanti għas-Saħħa Pubblika għandha tiġi ffinanzjata taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa.

Għandu jiġi assenjat ammont globali ta’ EUR 270 000 għall-ħlas ta’ benefiċċji lill-parteċipanti f’laqgħat marbuta max-xogħol tal-kumitati xjentifiċi u tar-relaturi għall-ikkompletar tal-opinjonijiet tal-kumitat xjentifiku, fil-qafas tal-Kumitati Xjentifiċi (5). Dawn il-benefiċċji għandhom ikopru l-oqsma kollha rilevanti għat-tieni Programm tas-Saħħa, jiġifieri, 100 % tal-ispejjeż għal SCHER (il-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa u r-Riskji Ambjentali) u 50 % (bħala perċentwal indikattiv) tal-ispejjeż għal SCENIHR (il-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u li Għadhom kemm Jiġu Identifikati) u għall-Koordinazzjoni.

2.8.   Sottodelegazzjoni għad-DĠ għall-Politika Reġjonali

L-Artikoli 51 u 59 tar-RF u l-Artikoli 6 sa 8 tar-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6) jirreferu għall-kundizzjonijiet u r-regoli tal-istrument tas-sottodelegazzjoni.

Sottodelegazzjoni għal ammont massimu ta’ EUR 200 000, taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa, għandha tingħata lid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali għas-sostenn tiegħu għall-isħarriġ dwar il-Perċezzjonijiet Irreġistrati fil-Verifika Urbana organizzat permezz ta’ kuntratti speċifiċi fl-ambitu ta’ kuntratt qafas tad-DĠ COMM. F’dan il-każ għandhom japplikaw il-proċeduri tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali.

2.9.   Attivitajiet oħra

Attivitajiet oħra bħal

—

l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma u laqgħat għall-esperti, inklużi seminars organizzati f’livell nazzjonali għal gruppi ta’ esperti biex bejniethom iseħħ skambju tal-aħjar prattika fl-oqsma identifikati fil-Pjan ta’ Ħidma annwali;

—

il-pubblikazzjonijiet u d-diversi inizjattivi ta’ komunikazzjoni għall-promozzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa;

għandhom jiġu ffinanzjati prinċipalment taħt il-linja baġitarja “17 01 04 02 – Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva tal-programm” permezz ta’ sejħiet għall-offerti.

Għal wħud mill-materji tekniċi speċifiċi, kif imfisser fil-Kapitolu 3, huwa previst akkwist permezz ta’ ftehimiet amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka li għandu jiġi ffinanzjat taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa.

3.   OQSMA TA’ PRIJORITÀ GĦALL-2009

L-azzjonijiet ta’ prijorità għall-2009 ntgħażlu b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Programm. Dawn il-prijoritajiet għandhom jitqiesu fil-kuntest ta’ azzjonijiet diġà ffinanzjati taħt il-Programm preċedenti (7) u l-fatt li aktar prijoritajiet se jiġu ddefiniti fis-snin li ġejjin tal-perjodu tal-programm.

Il-Programm tas-Saħħa jimmira biex jippromwovi sinerġiji ma’ Programmi Komunitarji oħra mingħajr ma jirdoppja x-xogħol imwettaq taħt dawn il-programmi. Is-7 Programm Qafas ta’ Riċerka taħt il-tielet pilastru tat-Tema tas-Saħħa msejjaħ “Nisfruttaw il-Forniment ta’ Kura tas-Saħħa liċ-Ċittadini Ewropej”, huwa kumplementari għall-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tas-saħħa skont l-għanijiet kollha tat-tieni Programm tas-Saħħa. Għandhom isiru sforzi biex jiġu identifikati u evitati l-konverġenza u d-duplikazzjoni bejn proposti li rnexxew ta’ programmi tas-saħħa u proġetti tal-FP7 magħżula għal finanzjament taħt is-sejħiet li ħarġu s’issa.

Il-proposti għall-Programm tas-Saħħa jridu jkunu konformi għal kollox mal-miri, l-għanijiet u l-metodi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Programm. B’mod partikolari, il-proposti ma għandux ikun fihom elementi sinifikanti marbuta mar-riċerka. Il-proposti kollha jridu juru, meta dan ikun rilevanti, li jistgħu jiġu identifikati sinerġiji ma’ attivitajiet ta’ riċerka attwali u rilevanti ffinanzjati taħt is-Sostenn Xjentifiku għal attivitajiet ta’ Politiki tas-Sitt Programm Qafas (8) kif ukoll proġetti ffinanzjati taħt it-tema tas-saħħa u temi oħra relatati tas-Seba’ Programm Qafas ta’ Riċerka. B’mod partikolari, il-proposti għandhom juru li l-konverġenza u d-duplikazzjoni mal-FP7 se jiġu evitati fil-preżentazzjoni ta’ proposti għall-Pjan ta’ Ħidma 2009.

3.1.   Kwistjonijiet ta’ importanza strateġika

B’konformità mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Programm, u l-impenn fl-Istrateġija għas-Saħħa tal-UE (9) biex isir xogħol transsettorjali għal titjib fis-saħħa, għandha tingħata preferenza għolja lil azzjonijiet b’valur miżjud Ewropew sinifikanti f’dawn l-oqsma li ġejjin:

—

Kontribuzzjoni għal

—

titjib fis-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, kif imkejjel, fejn hu possibbli, permezz ta’ indikaturi xierqa, speċjalment permezz tal-indikatur Snin ta’ Ħajja Sana;

—

tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE u bejniethom;

—

bini ta’ kapaċità għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki effikaċi fis-settur tas-saħħa pubblika partikolarment fl-oqsma fejn l-aktar hemm ħtieġa;

—

involviment ta’ parteċipanti ġodda (li mhumiex parteċipanti tradizzjonali) fejn tidħol is-saħħa f’azzjonijiet sostnuti, kooperattivi u etikament b’saħħithom, kemm f’livell reġjonali u f’livell lokali kif ukoll bejn il-pajjiżi parteċipanti kollha. Dan jinkludi lis-settur pubbliku, lis-settur privat u lil dawk il-partijiet interessati minn qalb soċjetà ċivili usa’ li l-miri ewlenin tagħhom mhumiex limitati għas-saħħa pubblika (pereżempju, minn qalb l-isferi taż-żgħażagħ, il-gruppi etniċi u sferi oħra ta’ interess pubbliku bħalma huma l-ambjent u l-sport).

Il-proposti għandhom juru wkoll ix-xhieda bażi u l-ħila biex, fejn ikun possibbli, jiġu pprovduti riżultati li jkunu jistgħu jitkejlu.

Il-proposti li jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu bħala proġetti ta’ utilità eċċezzjonali. L-applikanti jkunu jridu juru kif l-azzjoni proposta se tikkontribwixxi għall-kriterji msemmija hawn fuq.

Il-prijoritajiet huma elenkati f’taqsimiet li jikkorrispondu għal-linji ta’ żvilupp imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Programm.

3.2.   Azzjonijiet ta’ prijorità għall-ewwel għan “Intejbu s-sikurezza tas-saħħa taċ-ċittadini”

3.2.1.   Ħarsien taċ-ċittadini mit-tħeddid għal saħħithom

1.

L-attivitajiet tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa 2008-2013 li jirrigwardaw il-ħarsien taċ-ċittadini mit-theddid għal saħħithom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-inizjattivi tal-UE li għandhom x’jaqsmu mat-theddid għas-saħħa u rigward id-Deċiżjoni li toħloq network ta’ sorveljanza Komunitarju (10). Il-mira hi li jiġu żviluppati strateġiji u mekkaniżmi biex jirreaġixxu kontra t-theddid għas-saħħa u jilqgħu għall-emerġenzi, u wkoll biex ikunu ta’ sostenn għall-ġestjoni tar-riskji marbuta mal-mard li jittieħed (CDs) fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji mwettqa miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) (11).

2.

Il-programm ikopri wkoll identifikazzjoni ta’ theddid għas-saħħa addizzjonali, bħalma hu dak maħluq minn aġenti fiżiċi u kimiċi. Attivitajiet għall-koordinazzjoni u s-sostenn għal disponibbiltà immedjata għas-sigurtà tas-saħħa, il-kapaċità għar-reazzjoni u l-ippjanar tal-Istati Membri kontra attakki minn aġenti bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi qed jiġu żviluppati mill-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) (12).

3.

Id-WHO tikkunsidra l-influwenza pandemika bħala theddida fost l-agħar theddid għas-saħħa pubblika. Vajrus pandemiku jista’ jevolvi mill-vajrus avjarju li preżentement qed jiċċirkula fost it-tjur u l-għasafar slavaġ f’bosta partijiet tad-dinja. Il-Kummissjoni hija fost id-donaturi ewlenin li qed tikkontribwixxi għar-reazzjoni globali kontra l-influwenza avjarja u qed tkun ta’ sostenn għall-approċċ “Dinja Waħda Saħħa Waħda” li l-għan tiegħu hu li jintegra s-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali (13).

Fil-qasam tas-sigurtà tas-saħħa, il-proposti għandhom jikkunsidraw dan li ġej:

—

Il-konsiderazzjoni tal-politika Ewropea tal-Partenarjat biex jiżdiedu l-konsistenza u s-sħubija;

—

Is-sostenn għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati bħala soċji assoċjati meta dan ikun possibbli u, b’mod ġenerali, bħala soċji kollaboraturi;

—

L-indirizzar tal-interoperabbiltà bejn mekkaniżmi, sistemi tas-saħħa, pjanijiet u strateġiji b’konċentrazzjoni partikolari fuq attivitajiet transettorjali, speċjalment dawk li għandhom fil-mira tagħhom ir-riskji tas-saħħa u l-mard fil-punt fejn jiltaqgħu s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u l-ekosistemi;

—

Il-proġetti għandhom jidentifikaw ukoll impatt ekonomiku u soċjali fuq l-azzjonijiet segwiti f’termini kwantifikabbli kif ukoll jindirizzaw l-impatti pożittivi u negattivi ulterjuri li jistgħu jinqalgħu (esternalitajiet) ta’ azzjonijiet fis-settur tas-saħħa pubblika.

3.2.1.1.   Żvilupp tal-prevenzjoni (Anness – il-punti 1.1.1-1.1.2)

Prattiki ta’ skambju fir-rigward tal-promozzjoni tat-tilqim fl-Istati Membri (SM), partikolarment fejn għandhom x’jaqsmu popolazzjonijiet li huma diffiċli biex jintlaħqu

Sostenn għal inizjattivi politiċi biex isir it-tilqim (Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill lill-Istati Membri biex tintlaħaq kopertura ta’ 75 % ta’ tilqim kontra l-influwenza staġjonali fil-gruppi ta’ riskju, proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex tittejjeb/tinżamm kopertura ta’ tilqim għolja kontra ċertu mard tat-tfal). Attivitajiet speċifiċi għandhom jiffukaw fuq il-ħosba u r-rubella (14), l-influwenza staġjonali (15), l-HPV, it-tetnu u vaċċini ġodda kontra l-marda tal-pnewmokokkus.

Dawn l-elementi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati meta ssir il-promozzjoni tat-tilqim:

—

Id-defiċits fl-għarfien eżistenti dwar problemi marbuta ma’ vaċċini u tilqim (16) fil-gruppi ta’ popolazzjoni magħżula u gruppi ta’ popolazzjoni aktar diversifikati;

—

Modi bbażati fuq metodi xjentifiċi għat-tnaqqis fl-ostakli għall-implimentazzjoni tat-tilqim u t-titjib fil-perċezzjoni pubblika tal-benefiċċji tat-tilqim (17);

—

Azzjonijiet ibbażati fuq metodi xjentifiċi u effikaċi ħafna għall-promozzjoni tas-saħħa b’sostenn għat-tilqim;

—

Għandhom jiġu kkunsidrati r-riżultati u l-attivitajiet attwali tal-proġetti tal-vaċċini, b’mod partikolari dawk iffinanzjati mill-Komunità taħt il-Programm tas-Saħħa Pubblika (18), u l-proċedimenti tal-“laqgħa dwar strateġija għat-tilqim”  (19) tat-13-14 ta’ Frar 2008 organizzata b’kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Identifikazzjoni tal-għodda eżistenti għall-immudellar u l-użu tagħha fil-konfront ta’ theddid eżistenti u li qed jinqala’

It-twessigħ tal-għerf dwar kif għandha tintuża l-għodda eżistenti għall-immudellar fl-Istati Membri hija kwistjoni importanti li trid tiġi indirizzata f’livell Ewropew bl-għan li:

—

l-effikaċja fl-ispiża fuq il-politiki titkejjel b’mod effettiv bħal fejn għandhom x’jaqsmu l-implimentazzjoni tagħhom u l-valutazzjoni tal-impatt ta’ vaċċini ġodda u miżuri preventivi oħra

—

jiġi vvalutat l-impatt tal-mard

—

jiġu identifikati l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima fis-settur tas-saħħa

—

jiġi appoġġjat it-teħid tad-deċiżjonijiet (l-impatt potenzjali ta’ miżuri speċifiċi bħalma hu d-distanzjar soċjali).

[Sejħa għal offerti permezz ta’ ftehim amministrattiv maċ-Ċentru għal Riċerka Konġunta (JRC) (20)]

3.2.1.2.   Sostenn għal disponibbiltà immedjata (Anness - Punti 1.1.1-1.1.2-1.1.3-1.1.5)

Skambju ta’ informazzjoni dwar theddid għas-saħħa u pjanijiet għal disponibbiltà immedjata

L-iskambju ta’ informazzjoni dwar pjanijiet għal disponibbiltà immedjata jirreferi għal disponibbiltà immedjata ġenerika u disponibbiltà immedjata speċifika (aspetti bijoloġiċi, kimiċi, radjunukleari u ta’ bidla fil-klima). L-informazzjoni tista’ tkun dwar mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, valutazzjoni tal-impatt, aspetti transsettorjali u komunikazzjoni indirizzata lejn il-professjonisti u l-pubbliku.

L-attivitajiet li jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni jistgħu jikkonsistu f’dan li ġej:

—

L-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-ġestjoni tal-kriżijiet u l-analiżi tal-kundizzjonijiet tat-trasferiment tagħhom f’diversi setturi, bħall-ġestjoni tal-informazzjoni, il-komunikazzjoni indirizzata lejn il-professjonisti, il-mezzi tax-xandir u l-pubbliku, il-linji gwida ta’ referenza dwar kif kriżi għandha tiġi amministrata; l-aspetti loġistiċi għal kriżi bħal kif għandu jiġi ffurmat tim għall-ġestjoni tal-kriżi, il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, it-taħriġ tal-istaff u staff ta’ sostenn biex jamministra dak li jista’ jinqala’ jew il-kurrikuli tat-taħriġ (natura tat-taħriġ, il-miri u l-kontenut).

—

L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-esperti u dawk li jfasslu l-politika u l-komunikazzjoni mal-pubbliku u l-mezzi tax-xandir.

—

It-tixrid fost l-Istati Membri tal-UE ta’ azzjonijiet ewlenin identifikati fl-ambitu tal-Inizjattiva għal Sigurtà tas-Saħħa Globali (GHSI) bħalma huma l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mal-mezzi tax-xandir u l-influwenza pandemika, il-kwistjonijiet ta’ rilevanza mal-laboratorju jew kontromiżuri mediċi b’laqgħa ta’ ħidma fil-mandat tan-netwerk ta’ komunikaturi tal-UE (21).

[Sejħa għall-offerti]

—

Is-sorveljar tal-mekkaniżmi tal-iskambju tal-informazzjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-kollegament ma’ għodod internazzjonali għall-iskambju, speċjalment it-tkabbir fil-kooperazzjoni mal-attivitajiet taċ-Ċentru għal Riċerka Konġunta (JRC) f’dan il-qasam u fil-livell tal-Grupp ta’ Azzjoni għal Sigurtà tas-Saħħa Globali (GHSAG) (22).

[Sejħa għall-offerti permezz ta’ ftehim amministrattiv mal-JRC]

L-irfid ta’ żvilupp rapidu ta’ kontromiżuri farmaċewtiċi inkluż il-vaċċini, għal theddid ġdid u li qed jinqala’

Il-probabbiltà li jitfaċċaw patoġeni ġodda f’żoni li qabel ma kinux infestati qed tikber, u dan kapaċi jikkawża mard imxerred ma’ kullimkien, prinċipalment minħabba fatturi bħalma huma l-ivvjaġġar li dejjem qed jikber, il-bidla fil-klima u bidliet ambjentali oħra, u l-evoluzzjoni tar-relazzjoni patoġenu/vettur/ħżin. L-isfida hija l-ħolqien tal-possibbiltà biex l-iżvilupp rapidu, il-produzzjoni u l-liċenzjar tal-vaċċini għall-mard eżistenti u dak li qed jitfaċċa, iħarsu lill-popolazzjoni tal-Ewropa u lil hinn minnha.

L-attivitajiet li għandhom jiġu żviluppati huma dawn:

—

l-iżvilupp ta’ proċess għat-tħaffif fir-rilaxx tal-produzzjoni tal-vaċċini f’każ ta’ ħtiġijiet ta’ emerġenza;

—

it-tisħiħ fin-netwerk ta’ ċentri kliniċi għas-sostenn ta’ żvilupp estensiv tal-vaċċini;

—

l-iżviluppar ta’ pjattaformi għall-vaċċini applikabbli fuq bażi wiesgħa.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-addattar tas-settur tas-saħħa għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima

L-Ewropa qed tieħu miżuri biex tindirizza t-tisħin globali u tevita l-possibbiltà ta’ tibdiliet katastrofiċi fil-klima (23)  (24). Is-setturi kollha tas-sistemi tal-kura tas-saħħa għandhom ikunu mħassba dwar l-addattar għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima (il-kura tas-saħħa, il-ħarsien u l-edukazzjoni dwar is-saħħa, il-qasam tat-theddid għas-saħħa inklużi l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima fuq il-mard li jittieħed, kif ukoll problemi oħra tas-saħħa bħalma hu l-mard respiratorju.

—

L-azzjonijiet taħt dan il-punt jistgħu jindirizzaw l-iskambju tal-informazzjoni, it-tqabbil u l-analiżi tat-trasferibbiltà ta’ miżuri u attivitajiet fir-rigward tal-addattar bikri għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima fuq is-saħħa.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.2.1.3.   Titjib fil-kxif u l-kontroll bikri tad-theddid għas-saħħa inkluż il-mard li jittieħed

Il-bini ta’ kapaċità u t-taħriġ għall-kontroll tat-tuberkolożi f’dawk il-pajjiżi fejn ir-rata tal-marda hija għolja (standards ibbażati fuq metodi xjentifiċi) u fost popolazzjonijiet esposti għar-riskju

F’Marzu 2007, il-Kummissjoni Ewropea talbet liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) biex jiżviluppa proposta għal pjan ta’ azzjoni għall-ġlieda kontra t-tuberkolożi (TB) fl-UE (25). F’ħafna mill-Istati Membri tal-UE tidher li saret evoluzzjoni pożittiva fix-xejriet tal-marda tat-TB u x’aktarx dawn se jersqu lejn sitwazzjoni ta’ qabel il-qerda totali tal-marda. Madankollu, għadhom jeżistu sitwazzjonijiet diversi ħafna bejn il-pajjiżi (26), u l-isforzi għall-kontroll tal-marda huma sfidati bi problemi bħalma huma t-TB reżistenti għall-mediċini u l-livell għoli ta’ infezzjoni fost gruppi vulnerabbli.

—

L-għoti ta’ sostenn lill-Istati Membri għall-ġlieda kontra t-tuberkolożi, b’mod partikolari f’dawk il-pajjiżi fejn ir-rata tal-marda hija għolja. Il-bini ta’ kapaċità u t-taħriġ jikkontribwixxu fl-irfid ta’ pjanijiet nazzjonali. Teżisti wkoll ħtieġa għall-iżvilupp u l-addattar ta’ metodi għall-kontroll tal-marda f’dawk il-pajjiżi fejn il-prevalenza hija baxxa, meta t-TB tkun ikkonċentrata fost gruppi speċifiċi li huma diffiċli biex jintlaħqu.

—

L-iżvilupp ta’ għodod għal evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll ibbażata fuq analiżi ta’ ko-orti.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Is-sostenn għall-għarfien, id-dijanjożi minn kmieni, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-epatite virali

It-tipi differenti tal-epatite virali huma mardiet serji b’konsegwenzi akuti mediċi, soċjali u ekonomiċi u potenzjalment b’sintomi morbużi serji u għat-tul. L-ECDC huwa responsabbli għas-sorveljanza ta’ dan it-tip ta’ mard (27). Il-popolazzjoni u l-professjonisti għandu jkollhom għarfien tal-miżuri disponibbli għall-prevenzjoni, it-taffija u l-kontroll ta’ dan il-mard.

—

It-taħriġ tal-professjonisti, informazzjoni speċifika indirizzata lejn il-pubbliku u l-professjonisti huma eżempji ta’ attivitajiet rilevanti.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-kxif bikri tat-theddid għas-saħħa u l-valutazzjoni tal-impatt tal-avvenimenti fuq is-saħħa

Hemm interess imġedded f’metodi ta’ sorveljanza sindromiċi. Diversi pajjiżi Ewropej diġà żviluppaw sorveljanza sindromika wiesgħa taħt temi differenti (mard li jittieħed, saħħa ambjentali, temi veterinarji), b’diversi sorsi ta’ dejta (dipartimenti tal-emerġenza, mortalità, linji tat-telefown għall-għoti ta’ għajnuna) u jużaw metodi differenti (studji retrospettivi jew prospettivi).

—

Tista’ tiġi żviluppata eżaminazzjoni tas-Sorveljanza Sindromika Ewropea li tkun tinkludi aktar Stati Membri u li tiddefinixxi approċċ komuni bil-konsiderazzjoni tal-proġetti eżistenti.

[Sejħa għal-proposta għall-proġetti]

3.2.1.4.   Tisħiħ tal-bini tal-kapaċità (Anness - Punti 1.1.1-1.1.4)

Is-sostenn għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) fl-Istati Membri

Ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) (28) (2005) ilhom li ġew implimentati mill-15 ta’ Ġunju 2007. Fil-livell Ewropew, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE (29) ġiet emendata sabiex in-notifikazzjonijiet jintbagħtu permezz tal-EWRS fl-istess ħin li jintbagħtu permezz tal-IHR bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/351/KE (30).

L-attivitajiet li jsostnu l-implimentazzjoni tal-IHR fl-Istati Membri ġew identifikati:

—

L-istħarriġ u l-ipparagunar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri li tittratta l-miżuri tas-sigurtà jew tas-saħħa b’rabta ma’ emerġenza tas-saħħa pubblika (sitwazzjoni ta’ kriżi);

—

L-impatt tal-miżuri tal-emerġenza tas-saħħa fuq politiki oħra bħalma huma l-mobbiltà, l-imigrazzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;

—

Il-politiki u l-prattiki attwali fl-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet fundamentali taħt l-IHR fost l-Istati Membri u r-relazzjonijiet mad-dispożizzjonijiet legali tal-UE.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Netwerk ta’ sostenn ta’ laboratorji ta’ referenza Kimiċi, Radjoloġiċi u Nukleari u valutazzjoni rapida ta’ sustanzi kimiċi industrijali tossiċi u theddid radjuattiv u żvilupp ta’ kontromiżuri għas-saħħa pubblika vvalidati xjentifikament

L-attivitajiet li jridu jiġu żviluppati għandhom iservu ta’ sostenn għall-prijoritajiet tal-HSC fejn għandhom x’jaqsmu kwistjonijiet kimiċi u radjunukleari. Fl-2009, għandha tingħata prijorità lil:

—

Inventarju u verifika ta “laboratorji nazzjonali ta’ referenza” għal sustanzi kimiċi u radjuattivi inkluż laqgħa ta’ ħidma dwar l-iskambju ta’ potenzjalitajiet u kapaċitajiet.

—

Valutazzjoni ta’ aġġornament ta’ sustanzi kimiċi industrijali tossiċi – żvilupp ta’ protokolli dwar theddid rapidu u analiżi ta’ riskju;

—

Valutazzjoni ta’ aġġornament ta’ aġenti radjuattivi - żvilupp ta’ protokolli dwar theddid rapidu u analiżi ta’ riskju.

[Sejħa għall-offerti]

3.2.2.   Titjib fis-sikurezza taċ-ċittadini. (Anness – Punt 1.2)

3.2.2.1.   It-titjib fl-użu razzjonali tal-antibijotiċi u l-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobjali u antivirali (31) (Anness – Punti 1.2.3)

Żvilupp ulterjuri fil-protokolli u sorveljar ta’ użu razzjonali tal-antibijotiċi

L-attivitajiet li jridu jiġu żviluppati huma dawn:

—

L-użu tal-antibijotiċi fil-kura ambulatorja u fl-isptarijiet: analiżi u rapport, inkluża valutazzjoni tal-piż tal-ispejjeż tat-trattament ta’ każi ta’ reżistenza għall-mediċini, inkluż il-punti fejn jiltaqgħu l-isptarijiet, il-kura Komunitarja, l-annimali u l-ikel. Dan kollu għandu jkopri wkoll l-effetti fuq is-saħħa u analiżi tal-ispejjeż ta’ tnaqqis fl-użu tal-antibijotiċi fit-trattament tal-mard tal-bniedem.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.2.2.2.   Titjib fis-sikurezza tal-pazjent permezz ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja u mingħajr perikli (Anness – Punt 1.2.3)

—

L-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri, kif ukoll riċerka dwar l-epidemjoloġija ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u dwar l-effikaċja fl-ispejjeż tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Il-provvediment tal-għodda għall-kejl u t-titjib tal-kwalità u s-sikurezza tal-kura tas-saħħa: l-iżvilupp ta’ linji gwida jew għodod bl-għan li tiġi vvalutata l-kwalità tal-kura tas-saħħa pprovduta minn stabbilimenti differenti tal-kura tas-saħħa u għall-promozzjoni tal-aħjar prattika; l-iżviluppar ta’ sistemi ta’ kejl biex tkun tista’ titkabbar il-konformità mal-protokolli tat-trattament.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-implimentazzjoni tal-azzjoni stabbilita f’COM(2008) 689 fuq telemediċina għall-benefiċċju tal-pazjenti, tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-soċjetà biex titħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn il-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti f’setturi ewlenin għal intensità ta’ applikazzjoni akbar tat-telemediċina kif stabbilit f’din il-Komunikazzjoni, sabiex jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar kif titkabbar il-kunfidenza fit-telemediċina u l-aċċettazzjoni tagħha, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aspetti etiċi u dawk marbuta mal-privatezza.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.2.2.3.   Sikurezza tan-nanomaterjali (Anness – Punt 1.2.1)

—

L-Azzjoni Konġunta fuq is-sikurezza tan-nanomaterjali: (i) biex jissaħħaħ, jitwessa’ u jinqasam l-għerf meħtieġ għall-valutazzjoni tal-perikli, il-kxif, u r-riskju globali tan-nanomaterjali, (ii) biex jitħaffef l-isfruttar tad-dejta eżistenti u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, u (iii) biex jiġi inċentivat il-ħolqien ta’ metodoloġiji b’saħħithom fl-EU kollha.

[Azzjoni konġunta]

3.2.2.4.   Sikurezza tad-demm, it-tessuti, iċ-ċelloli u l-organi (Anness – Punt 1.2.2)

—

Il-promozzjoni tal-aċċessibbiltà u t-taħriġ f’metodoloġija speċifika biex jiżdiedu d-donazzjonijiet tal-organi partikolarment fil-Programmi ta’ Titjib fil-Kwalità għad-donazzjoni tal-organi.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Il-tfassil ta’ proċeduri u għodod tal-IT għall-iskambju ta’ organi umani bejn l-Istati Membri bl-għan li l-eċċess tal-organi jiġi offrut lil pajjiżi oħra u b’referenza speċjali għall-iskambju ta’ organi għall-benefiċċju ta’ pazjenti bi ħtieġa urġenti u li t-trattament fuqhom ikun diffiċli.

[Sejħa għall-offerti]

—

Il-kooperazzjoni ad hoc mal-Kunsill tal-Ewropa fuq materji speċifiċi marbutin mal-ġisem uman (demm, tessuti, ċelluli, organi).

[Ftehim għal għotja diretta mal-Kunsill tal-Ewropa]

—

Dwar id-demm, it-tessuti u ċ-ċelluli għadhom jeżistu mistoqsijiet dwar is-sistemi tar-rappurtar u r-risposta rapida fir-rigward ta’ avvenimenti u reazzjonijiet avversi serji u fir-rigward tal-kodifikazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għall-proġetti biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-metodoloġiji f’dan il-qasam.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Il-prinċipju ta’ donazzjoni volontarja ta’ tessuti/ċelluli/demm/plażma mingħajr ħlas: analiżi tal-prattika ta’ kuljum.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.   Azzjonijiet ta’ prijorità għat-tieni għan “il-promozzjoni tas-saħħa”

L-attivitajiet f’din it-taqsima huma mfassla biex jikkumbattu l-mard gravi u jnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa fl-UE kollha billi jaffrontaw fatturi determinanti ewlenin bħalma huma n-nutriment u l-attività fiżika, l-alkoħol, it-tabakk u l-konsum tad-drogi kif ukoll fatturi determinanti tas-saħħa marbuta mal-ambjent.

Fl-2009, l-azzjonijiet ta’ prijorità għal dan l-għan se jkunu mmirati biex jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE u bejniethom; biex jippromwovu l-approċċ Saħħa fil-Politiki Kollha kif ukoll biex jivvalutaw u jinċentivaw investiment sostenibbli fis-saħħa f’livelli nazzjonali u reġjonali, u għaldaqstant isostnu t-temi strateġiċi mfissra fl-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE. B’segwitu għall-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (32), se jiġu indirizzati problemi sottostanti mqajma mill-proposta. Fir-rigward ta’ fatturi tas-saħħa determinanti, il-konċentrazzjoni se tkun b’mod partikolari fuq il-fatturi determinanti u sitwazzjonijiet li jaffettwaw is-saħħa tat-tfal u ż-żgħażagħ.

3.3.1.   It-tħeġġiġ ta’ modi ta’ għajxien aktar b’saħħithom u t-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa (Anness – Punt 2.1)

3.3.1.1.   Promozzjoni tal-approċċ Saħħa fil-Politiki Kollha (Anness – Punt 2.1.1)

—

Il-promozzjoni ta’ valutazzjoni tal-impatt fejn tidħol is-saħħa: l-organizzar ta’ azzjonijiet biex jitħeġġeġ l-użu tal-valutazzjoni tal-impatt fejn tidħol is-saħħa bħala strument għat-tfassil ta’ politika orjentata favur is-saħħa f’livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali (lokali), filwaqt li jiġu kkunsidrati aspetti ta’ ekwità.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-iżvilupp ta’ metodoloġiji għall-implimentazzjoni tal-approċċ Saħħa fil-Politiki Kollha fil-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-ippjanar ta’ proġetti u azzjonijiet marbuta mas-saħħa li huma kofinanzjati mill-Istituzzjonijiet Ewropej u Organizzazzjonijiet Internazzjonali rilevanti fil-perjodu 2003 ‘l quddiem.

[Sejħa għall-offerti]

—

L-istudju tal-impatt tal-politika tal-UE fuq is-saħħa u s-sistemi tas-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.1.2.   Bini ta’ kapaċità għas-saħħa pubblika (Anness – Punt 2.1.1)

—

L-iżviluppar ta’ għodod, proċeduri u xogħol bi prova biex titjieb l-interazzjoni bejn ir-riċerkaturi tas-saħħa pubblika u l-iżvilupp politiku f’livell tal-UE.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-iżviluppar ta’ manwali biex isostnu l-integrazzjoni tal-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni tad-disturbi mentali fil-prattika tat-taħriġ u x-xogħol tal-professjonisti fl-ambjenti taż-żgħażagħ, il-ħajja soċjali, l-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-attivitajiet taħt il-Patt Ewropew għas-Saħħa Mentali u l-Benesseri (33).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Il-promozzjoni tal-inklużjoni tal-prevenzjoni kontra l-korriment fit-taħriġ vokazzjonali marbut mas-saħħa pubblika: l-iżvilupp ta’ kurrikula modulari għal applikazzjoni fis-settur tas-saħħa.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Is-sostenn għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-UE fir-rigward ta’ fatturi determinanti ewlenin tas-saħħa (in-nutriment u n-netwerking tal-partijiet interessati – forum dwar is-saħħa).

[Sejħa għall-offerti]

—

It-titjib fil-ħiliet komunikattivi tal-professjonisti tas-saħħa sabiex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet tal-pazjenti billi tiġi kkunsidrata d-differenza bejn is-sessi, l-età u fatturi soċjo-ekonomiċi u kulturali varjabbli oħra: it-tfassil ta’ ppjanar ta’ taħriġ fil-komunikazzjoni mogħti lill-professjonisti tas-saħħa bl-għan li tiġi inkluża komunikazzjoni fi programmi edukattivi għas-saħħa pubblika, u possibbilment il-ħolqien ta’ programm li jwassal għal studji speċjalizzati.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-iżviluppar ta’ kapaċità għas-saħħa pubblika: fuq il-bażi ta’ inventarju tal-kapaċità għall-provvediment tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri kollha għall-fini tal-identifikazzjoni tal-lakuni, il-ħtiġijiet u l-proposti għall-iżvilupp, speċjalment konsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tan-netwerking f’livell tal-UE.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.1.3.   Investiment fis-saħħa (Anness – Punti 2.1.1 u 2.1.2)

—

L-istudju analitiku biex tiġi aċċessata l-korrelazzjoni bejn l-investiment għal saħħa aħjar (inklużi s-sistemi tas-saħħa) u t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp. (Anness – Punt 2.1.1).

[Sejħa għall-offerti]

—

Il-promozzjoni tal-investimenti tas-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE permezz tal-iskambju tal-prattika tajba u l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE (pereżempju, il-Bank Ewropew għall-Investimenti), l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-impriżi privati u l-NGOs. (Anness – Punt 2.1.2).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-inizjattivi biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki għal titjib fl-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-investiment reġjonali tas-saħħa. (Anness - Punt 2.1.2).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.1.4.   Tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa (Anness –Punt 2.1.2)

—

L-iżviluppar u t-tixrid ta’ prattika tajba fir-rigward tal-istrateġiji biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa bejn u fl-Istati Membri u r-reġjuni ta’ pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-programm.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-iżvilupp u l-iskambju ta’ prattika tajba fis-sistemi tas-saħħa għall-indirizzar tal-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-istudju dwar id-dimensjoni u l-implikazzjonijiet tal-inugwaljanzi fl-istatus tas-saħħa u l-provvediment tas-saħħa bejn l-Istati Membri.

—

Is-sostenn organizzattiv u tekniku għan-netwerking tal-UE biex jiġu affrontati l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.1.5.   Sostenn għall-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ kura transkonfinali (Anness – Punt 2.1.2)

—

Il-kejl tal-ekwivalenza tat-trattamenti fis-sistemi ta’ kura tas-saħħa fl-UE: il-kejl tal-komparabbiltà tal-kriterji nazzjonali u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjinijiet adottati għall-ħlas lura/akkreditament tal-interventi mediċi.

[Sejħa għall-offerti/Ftehim għal għotjiet diretti mal-Osservatorju Ewropew tal-Politiki tas-saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa]

3.3.2.   L-inkoraġġiment ta’ modi ta’ għajxien aktar b’saħħtu u t-tnaqqis fl-għadd ta’ mardiet serji u ta’ korrimenti permezz tal-ġestjoni tal-fatturi determinanti tas-saħħa (Anness – Punt 2.2)

3.3.2.1.   Tfal u żgħażagħ (Anness – Punt 2.2.1)

—

L-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Kummissjoni favur is-saħħa taż-zgħażagħ: l-għoti ta’ sostenn għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati kif ukoll għan-netwerking.

—

L-isħarriġ ta’ approċċi awtoregolatorji fil-qasam ta’ reklamar responsabbli, b’konċentrazzjoni partikolari fuq il-protezzjoni taż-żgħażagħ.

[Sejħa għall-offerti]

—

Kampanji fuq il-mezzi tax-xandir għal stili ta’ ħajja b’saħħitha mmirati lejn iż-żgħażagħ, bl-għan li jagħtuhom il-poter li jagħżlu stil ta’ ħajja b’saħħitha.

[Azzjoni konġunta]

—

L-iżvilupp tal-irwol tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-edukaturi (dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ), l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi u l-organizzazzjonijiet għat-taħriġ vokazzjonali fil-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa taż-żgħażagħ.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-korrimenti u l-mard taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-attivitajiet ta’ promozzjoni favur is-saħħa li jindirizzaw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ (ta’ bejn il-15 u l-25 sena) li mhumiex qegħin jaħdmu u anqas mhuma fis-sistema edukattiva.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.2.   Anzjanità (Anness – Punt 2.2.1)

—

Studju dwar l-implikazzjonijiet tal-anzjanità fuq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini fejn tidħol il-kura tas-saħħa jiġifieri dwar kif is-sistemi Ewropej tas-Saħħa jeħtieġu li jaddattaw irwieħhom sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa ta’ soċjetà li qed tixjieħ (il-bini fuq dejta u analiżi eżistenti).

[Sejħa għall-offerti]

3.3.2.3.   Saħħa fuq ix-xogħol (Anness – Punt 2.2.1)

—

It-titjib fis-saħħa fuq ix-xogħol, b’mod partikolari permezz tal-promozzjoni ta’ organizzar tax-xogħol b’mod aktar effikaċi u kontroll tal-impjiegi filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aspetti ekonomiċi.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.4.   Nutriment u attività fiżika (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformità mal-White Paper dwar in-nutriment u l-attività fiżika (34) u x-xogħol tal-Pjattaforma għal Azzjoni fuq id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa tal-UE:

—

L-implimentazzjoni u l-iskambju ta’ prattika tajba favur inizjattivi komprensivi biex jiġi indirizzat it-tnaqqis fil-livelli tax-xaħmijiet saturati u l-aċidi xaħmija (xaħmijiet trans – trans fats), il-melħ u z-zokkor fl-ikel manifatturat.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Il-promozzjoni tal-attività fiżika permezz ta’ infrastruttura u stili ta’ ħajja b’saħħitha, ippjanar urban/reġjonali u użu aħjar tal-ambjent fiżiku, b’konċentrazzjoni partikolari fuq it-tfal u ż-żgħażagħ: il-promozzjoni u l-iskambju ta’ prattika tajba f’livelli lokali/reġjonali.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Il-ħolqien ta’ dehra panoramika fuq l-UE kollha tat-tipi differenti ta’ approċċi komunitarji lokali biex titnaqqas l-obeżità tat-tfal, b’mod speċjali tal-inizjattivi bbażati fl-iskejjel.

—

Il-valutazzjoni tal-Pjattaforma għal Azzjoni fuq id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa bħala mudell għal kooperazzjoni effikaċi fil-ġlieda kontra l-obeżità f’livell tal-UE.

[Sejħa għall-offerti]

—

Il-promozzjoni ta’ netwerking Ewropew fil-qasam tal-Attività Fiżika.

[ftehim għal għotjiet diretti mad-WHO]

3.3.2.5.   Saħħa sesswali u l-HIV-AIDS (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjonji dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS (35) u b’konformità mal-iżvilupp lejn inizjattivi politiċi favur iż-żgħażagħ u s-saħħa sesswali, u tħeġġiġ għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-Ewropa tal-Lvant skont l-Art. 12 tad-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE dwar il-Programm tas-Saħħa 2008-2013, għandha tingħata prijorità partikolari lil:

Is-saħħa sesswali (Anness – Punt 2.2.1)

—

Il-kontribuzzjoni lejn twessigħ fil-bażi tal-għerf dwar l-imġiba sesswali taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-iżviluppar ta’ attivitajiet li jippromwovu u jsaħħu edukazzjoni sesswali komprensiva.

[Għotja operattiva]

—

Il-kontribuzzjoni lejn l-iżvilupp u promozzjoni tal-politika tas-saħħa sesswali.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Il-kontribuzzjoni lejn il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet trażmessi sesswalment.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

HIV/AIDS

—

Attivitajiet li jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni 2005-2009 għall-HIV/AIDS, b’mod partikolari dwar l-aċċess għall-eżaminar, it-trattament u l-kura, dwar attivitajiet immirati lejn titjib fis-sitwazzjoni fl-Ewropa tal-Lvant, speċjalment fir-rigward tal-IDUs, u dwar il-promozzjoni tas-saħħa għaż-żgħażagħ u l-gruppi bir-riskju.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

It-tifrix u l-iskambju ta’ prattika tajba biex jiġu intensifikati l-inizjattivi għal żieda fl-għarfien u biex issir kontribuzzjoni għal żviluppi ġejjiena fil-politika Ewropea (b’konċentrazzjoni partikolari fuq strateġiji għas-sensibilizzazzjoni tal-gruppi li jinsabu fir-riskju biex jiġu eżaminati għall-HIV).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Titjib fis-sitwazzjoni globali fl-Ewropa tal-Lvant f’termini ta’ żvilupp politiku u implimentazzjoni. Titjib fis-sitwazzjoni tan-nies li jgħixu mal-HIV/AIDS, b’konċentrazzjoni fuq il-prevenzjoni u proġetti mmirati lejn l-aċċessibbiltà għal antiretrovirali għal prezz konvenjenti.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Is-sostenn għan-netwerks u l-gruppi li qed jiġġieldu kontra l-HIV/AIDS, b’konċentrazzjoni partikolarment fuq il-gruppi li jinsabu f’riskju u s-sitwazzjoni fl-Ewropa tal-Lvant.

[Għotja operattiva]

—

It-tkabbir fl-għarfien dwar l-HIV/AIDS b’konċentrazzjoni partikolari fuq l-Ewropa tal-Lvant: appoġġ għall-Konferenza Dinjija dwar l-AIDS li se ssir fi Vjenna fl-2010.

[Ftehim għal għotjiet diretti mal-UNAIDS]

3.3.2.6.   Saħħa mentali (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformità mal-approċċ strateġiku globali lejn is-saħħa mentali (36), kif rifless ukoll fil-Patt Ewropew għas-Saħħa Mentali u l-Benesseri (37),

—

L-iżviluppar ta’ partenarjati għal azzjoni biex il-mezzi tax-xandir u l-Internet jintużaw għall-promozzjoni tas-saħħa mentali, il-prevenzjoni tad-disturbi mentali u l-ġlieda kontra l-istigma, b’konċentrazzjoni speċifika fuq iż-żgħażagħ u fuq il-bank tax-xogħol, u għall-indirizzar tal-isfidi relatati, bħalma hi l-imġiba suwiċidali u awtodistruttiva kif ukoll id-disturbi fil-komportament alimentari.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Is-sostenn għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji Komunitarji dwar is-saħħa mentali.

—

Il-ġbir fil-qosor tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tas-saħħa ta’ azzjoni favur is-saħħa mentali għall-UE, b’konċentrazzjoni fuq it-temi ta’ prijorità tal-Patt Ewropew għas-Saħħa Mentali u l-Benesseri.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.2.7.   Prevenzjoni tad-dipendenza mid-drogi (Anness – Punt 2.2.1)

It-tabakk

L-azzjonijiet huma żviluppati b’konformità mal-approċċ globali tal-UE lejn il-kontroll tat-tabakk kif ukoll mal-Konvenzjoni Qafas għall-Kontroll tat-Tabakk.

—

L-istudju dwar it-tabakk u r-responsabbiltà li jġorr miegħu l-prodott: il-mezzi ekonomiċi biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà marbuta mal-prodott u l-implimentazzjoni tagħha u l-mekkaniżmi ta’ infurzar jeħtieġ li ssirilhom eżaminazzjoni fid-dettall biex titjieb l-internalizzazzjoni tal-kosti esterni tat-tipjip.

—

L-istudju dwar il-leġiżlazzjoni tal-bejgħ tat-tabakk sabiex jitħarsu ż-żgħażagħ.

[Sejħa għall-offerti]

—

Il-bini ta’ kapaċità għall-istrateġiji ta’ kontroll fuq it-tabakk mal-medda politika kollha, speċjalment fis-setturi tat-tassazzjoni u l-kummerċ illegali.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-iżvilupp ta’ strateġiji innovattivi u l-aħjar prattiki speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu l-programmi tat-taħriġ għall-professjonisti u l-għalliema tas-saħħa li jikkonċernaw it-tipi kollha ta’ metodi u servizzi ta’ konsum u prevenzjoni u waqfien marbuta mal-prodotti tat-tabakk. Iridu jitqiesu kif ikun xieraq id-differenza bejn is-sessi, l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa, ix-xenarji ewlenin u l-gruppi ta’ referenza waqt l-iżviluppar ta’ dawn l-istrateġiji u programmi.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Is-sostenn għall-implimentazzjoni tad-direttivi dwar it-tabakk, partikolarment rigward l-ingredjenti tat-tabakk u t-Twissijiet bl-Istampi: wara l-adozzjoni tat-twissijiet testwali, it-twissijiet bl-istampi wkoll għandhom jiġu aġġornati għal implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar il-prodotti tat-Tabakk.

[Offerti permezz ta’ ftehim amministrattiv mal-JRC u Sejħa għall-offerti]

L-Alkoħol (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE għal sostonn lill-Istati Membri biex titnaqqas il-ħsara marbuta mal-alkoħol (38), u sabiex tkompli tiġi żviluppata politika għal tnaqqis fil-ħsara kkawżata mill-alkoħol, għandha tingħata prijorita partikolari lill-proġetti li jiffukaw fuq dan li ġej:

—

L-alkoħol u l-postijiet tax-xogħol: l-identifikazzjoni u r-raggruppament ta’ prattika tajba għal azzjonijiet effikaċi f’dan is-settur, bl-involviment ta’ min iħaddem (u l-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jħaddmu), it-trejdjunjins u l-professjonisti tas-saħħa. Dan għandu jinkludi l-iżviluppar ta’ possibbiltajiet ta’ kif tiġi implimentata prattika tajba fuq skala usa’ u l-identifikar ta’ lakuni fl-approċċi attwali.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

It-trażżin tal-konsum tax-xorb minn persuni taħt l-età: l-identifikazzjoni u r-raggruppament ta’ prattika tajba fejn għandhom x’jaqsmu kwistjonijiet bħalma huma l-edukazzjoni indirizzata lejn it-tfal, il-ġenituri tagħhom u l-ħaddiema fis-settur tal-bejgħ u x-xiri bl-imnut. Ta’ importanza partikolari huwa l-infurzar tal-limiti legali tal-età għall-bejgħ tal-alkoħol.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Ix-xogħol fuq l-impatt tal-komunikazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni fuq il-konsum, speċjalment miż-żgħażagħ u fuq is-sorveljar tal-effikaċja u t-trasparenza ta’ mekkaniżmi awtoregolatorji.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Drogi illegali (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformita mal-Istrateġija u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Ewropej għad-Drogi (39), il-programm ta’ prevenzjoni u informazzjoni marbuta mad-Droga (40) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/448/KE tat-18 ta’ Ġunju 2003 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara fejn tidħol is-saħħa assoċjata mad-dipendenza mid-droga (41):

L-iżviluppar, l-implimentar u l-ivvalutar tal-attivitajiet għal tnaqqis fid-domanda għad-drogi, partikolarment:

—

Il-prevenzjoni tal-ewwel użu jew l-użu sperimentali fost iż-żgħażagħ f’xenarji differenti filwaqt li jitqiesu l-interrelazzjoni ma’ problemi oħra tas-saħħa (inkluż il-mard mentali) u l-problemi soċjali (pereżempju, l-esklużjoni soċjali).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

Il-prevenzjoni tal-użu tal-polidroga, speċifikament l-użu fl-istess ħin mal-alkoħol inkluża l-prevenzjoni tas-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi u x-xorb filwaqt li jitqies ix-xogħol li twettaq qabel f’dan il-qasam, fil-kuntest ta’ azzjonijiet marbuta mas-sikurezza fit-toroq.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-approċċi selettivi u innovattivi lejn il-prevenzjoni bl-użu tal-għodda tal-IT għall-persuni li jużaw id-drogi li juru mġiba problematika.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.8.   Prevenzjoni ta’ mard serju u rari (Anness – Punt 2.2.2)

Il-kankru

—

L-iżvilupp ta’ indikaturi jew indiċi li jikkonċernaw speċifikament il-marda tal-kankru għal sostenn aħjar ta’ azzjoni marbuta mal-marda tal-kankru mal-UE kollha.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-mard rari

—

L-iżviluppar ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari, partikolarment fir-rigward tal-identifikazzjoni tiegħu, l-iskambju ta’ informazzjoni dwaru, u kooperazzjoni transkonfinali fejn għandhom x’jaqsmu d-dijanjożi u t-trattament permezz ta’ networks ta’ referenza Ewropej.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-implimentar tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2008) 679 finali dwar il-Mard Rari: l-isfidi għall-Ewropa huma:

—

Il-valutazzjoni tal-prattika tal-iskrining tal-popolazzjoni tat-trabi tat-twelid fl-Istati Membri,

—

Ir-rapportar tal-informazzjoni dwar il-mard rari, dijanjożi u trattament bl-użu ta’ inizjattivi Ewropej (b’mod partikolari l-Orphanet).

[Sejħa għall-offerti]

—

Sostenn għan-netwerks ta’ referenza pilota u n-netwerks ta’ informazzjoni

[Sejħa għal proposti għall-proġetti/Għotja operattiva]

3.3.2.9.   Ambjenti ta’ saħħa (Anness – Punt 2.2.3)

B’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa (42):

—

Il-kwantifikazzjoni tal-emissjoni ta’ pollutanti tal-arja ewlenin ta’ ġod-dar minn prodotti għall-konsum ġenerali bħalma huma l-prodotti għall-kura personali u l-prodotti tat-tindif u d-duħħan tat-tabakk fl-ambjent (ETS – environmental tobacco smoke), u informazzjoni dwar l-iskema ta’ użu ta’ dawn il-prodotti fl-Istati Membri tal-UE.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

—

L-istudji dwar l-impatt mistenni tal-azzjonijiet fuq il-kwalità tal-arja ta’ ġod-djar, il-kampijiet elettromanjetiċi u t-taħriġ tal-professjonisti fis-setturi tal-ambjent u s-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

—

L-iżviluppar ta’ linji gwida Ewropej għall-ventilazzjoni bbażata fuq is-saħħa għad-djar, l-uffiċċji u l-postijiet pubbliċi bħalma huma l-iskejjel u l-krexxijiet. Dawn il-linji gwida għandhom iservu ta’ għajnuna lill-Istati Membri biex jerġgħu jeżaminaw il-kodiċi u l-prattiki eżistenti tal-bini fil-kuntest tal-effikaċja tal-enerġija fejn għandu x’jaqsam il-bini.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.10.   Prevenzjoni tal-korrimenti (43) (Anness – Punt 2.2.4)

It-tisħiħ tan-netwerking ta’ prattika tajba fis-seba’ setturi ta’ prijorità li dwarhom saret enfasi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza (44) bl-għan li jitħeġġu azzjonijiet iffukati fl-Istati Membri kollha.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.4.   Azzjonijiet ta’ prijorità għat-tielet għan “Niġġeneraw u nferrxu l-informazzjoni u l-għerf marbuta mas-saħħa”

3.4.1.   Skambju tal-għerf u l-aħjar prattika (Anness – Punt 3.1.2)

—

L-iffaċilitar tal-iskambju tal-għerf, l-aħjar prattika u l-provvediment ta’ għajnuna teknika (ġemellaġġ, konsulenza) bejn l-Istati Membri u pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm.

[Sejħa għall-offerti]

—

Il-bini fuq il-kompetenzi li huma diġà żviluppati fil-qasam tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, l-iżgurar tal-kontinwazzjoni u l-iżvilupp tal-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) fl-UE, inkluż xogħol fuq l-effikaċja relattiva (RE) tal-mediċini.

[Azzjoni konġunta]

3.4.2.   Il-ġbir, l-analizzar u t-tifrix tal-informazzjoni dwar is-saħħa (Anness – Punt 3.2.1)

—

Il-ġbir tad-dejta dwar il-perċezzjoni dwar is-saħħa u l-benesseri f’livell urban f’75 belt fl-UE, il-Kroazja u t-Turkija permezz tal-Istħarriġ tal-Perċezzjoni bbażat fuq Verifika Urbana.

[Sottodelegazzjoni tad-DĠ għall-Politika Reġjonali]

—

L-implimentar ta’ moduli tad-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi (it-tabakk, l-organi, ir-reżistenza antimikrobjali, it-tilqim, it-tilqim kontra l-influwenza staġjonali) fl-istrumenti ta’ stħarriġ tal-Kummissjoni (Eurobarometer).

[Sejħa għall-offerti]

3.4.2.1.   Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa (Anness – Punt 3.2.1)

—

L-azzjoni konġunta għall-implimentazzjoni tal-Istħarriġ Ewropew pilota tal-Eżaminar tas-Saħħa.

[Azzjoni konġunta]

—

Għat-titjib jew il-ħolqien ta’ sistemi ta’ informazzjoni sostenibbli dwar mard serju u kroniku u kundizzjonijiet bħal fil-mard kardjovaskulari, id-disturbi tal-ispettru tal-awtiżmu, kundizzjonijiet newro-deġenerattivi/demenzji u fis-saħħa orali. L-iżvilupp ta’ networks sentinelli (sentinel networks), koordinazzjoni tar-reġistri u informazzjoni dwar liċenzjar mill-isptar u użu ta’ stħarriġ dwar is-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

—

Ir-reviżjoni tal-Klassifika Internazzjonali tal-Mard.

[Ftehim għal għotja diretta mad-WHO/Sejħa għall-offerti]

—

Il-ġbir, l-analizzar u r-rappurtar tad-dejta klinika li tipprovdi informazzjoni dwar il-prevalenza u l-morbidità tad-dermatite li tittieħed fl-Ewropa.

[Sejħa għall-offerti]

—

Il-qafas multiannwali biex ikompli jiżviluppa u jtejjeb id-dejta, l-indikaturi u l-analiżi marbutin mas-saħħa u b’mod partikolari kura tas-saħħa b’kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), b’sostenn għax-xogħol tal-Kumitat tas-Saħħa tal-OECD.

[Ftehim għal għotja diretta mal-OECD]

—

Il-qafas multiannwali għall-iżvilupp u t-titjib tal-informazzjoni u l-analiżi permezz tal- Osservatorju Ewropew għall-Politika tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa.

[Ftehim għal għotja diretta mal-Osservatorju Ewropew għall-Politika tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa]

—

Il-ftehim għal għotja diretta min-Netwerk ta’ Xhieda tas-Saħħa tad-WHO b’sostenn għas-Sistema ta’ Informazzjoni u Għerf dwar is-Saħħa.

[Ftehim għal għotja diretti mad-WHO]

—

Il-ħolqien ta’ mekkaniżmi għall-ġbir flimkien tal-aktar dejta, informazzjoni, xhieda u konsulenza teknika avvanzata u moderna dwar suġġetti speċifiċi marbutin mas-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

3.4.2.2.   Tixrid u applikazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-saħħa (Anness – Punt 3.2.2)

—

L-azzjonijiet li jikkonċernaw it-tixrid u l-applikazzjoni tal-informazzjoni dwar is-saħħa:

—

L-analiżi tal-utenti tal-informazzjoni tas-saħħa tal-UE u l-ħtiġijiet tagħhom għall-informazzjoni.

—

Il-ġestjoni ta’ mekkaniżmi biex jitjiebu u jiġu ssorveljati t-tixrid u l-applikazzjoni mill-partijiet interessati differenti f’informazzjoni marbuta mas-saħħa pprovduta permezz tal-Kummissjoni.

—

Il-provvediment ta’ ġabriet fil-qosor ta’ informazzjoni dwar is-saħħa marbutin ma’ għanijiet u prijoritajiet prinċipali tal-Istrateġija tas-Saħħa; il-proposti u l-azzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa u s-sitwazzjoni globali tas-saħħa tal-Istati Membri.

—

L-iżvilupp u l-ġestjoni tal-Portal tas-Saħħa Pubblika tal-UE u strumenti oħra tal-ICT għall-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni dwar is-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

—

Attivitajiet ta’ komunikazzjoni fil-qasam tas-Saħħa, inklużi:

—

Il-Programm tas-Saħħa (2008-2013): sostenn għall-attivitajiet immirati biex jikkomunikaw ir-riżultati tal-attivitajiet iffinanzjati permezz tad-Deċiżjoni tal-Programm.

—

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika (2003-2008): ir-rapport finali u l-promozzjoni tar-riżultati tal-Programm.

—

L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-saħħa tal-UE, inkluża l-kampanja Ewropa għall-Pazjenti fil-forma ta’ premju ġurnalistiku Komunjitarju għas-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

3.4.3.   Analiżi u rappurtar (Anness – Punt 3.2.3)

—

Azzjonijiet:

—

L-analiżi tar-rilevanza tas-saħħa għal materji politiċi u kwistjonijiet oħra, bħalma huma l-aġenda ta’ Liżbona, il-problemi soċjali, it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbi, il-konsumaturi, l-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni, l-ambjent, it-trasport u l-edukazzjoni.

—

Ir-rappurtar ta’ erba’ kwistjonijiet ewlenin marbutin mas-saħħa: is-saħħa tal-irġiel, il-kundizzjonijiet muskuloskeletali, il-mard kardjovaskulari u s-saħħa tat-tfal (minn sena sa 12-il sena).

[Sejħa għall-offerti]


(1)  Ammont indikattiv, soġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità Baġitarja.

(2)  Ammont indikattiv: Din iċ-ċifra hija l-ammont massimu u tiddependi mill-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Pajjiżi EEA/EFTA u l-Pajjiżi Kandidati.

(3)  http://ec.europa.eu/eahc/

(4)   ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2005 dwar ir-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (taqsima tal-Kummissjoni).

(7)  Ara http://ec.europa.eu/health/ph_projects/project_en.htm

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/834/KE tat-30 ta’ Settembru 2002 li tadotta programm speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni: “L-integrazzjoni u t-Tisħiħ tas-Settur Ewropew ta’ Riċerka” (2002-2006), (ĠU L 294, 29.10.2002, p. 1). Proġetti tal-FP6 marbuta mas-saħħa pubblika taħt is-Sostenn Xjentifiku għall-Politiki – il-websajt ta’ CORDIS: http://www.cordis.lu/lifescihealth/ssp.htm

(9)  Ara http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm- COM(2007) 630 finali tat-23.10.2007.

(10)  Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1).

(11)  Il-proposti li jidħlu mis-sejħiet tal-Programm tas-Saħħa ma għandhomx jikkoinċidu ma’ dawk li jaqgħu taħt il-mandat tal-ECDC. Il-programm strateġiku multiannwali tal-ECDC 2007-2013 jinsab fil-websajt http://www.ecdc.europa.eu/en/About_us/Key_documents/Documents/ECDC_MAS_.pdf

(12)  Il-prijoritajiet HSC għall-2008-2013 jinsabu fil-websajthttp://ec.europa.eu/health/ph_threats/Bioterrorisme/docs/keydo_bio_05_en.pdf

(13)  Aktar informazzjoni tinsab fil-websajt: http://www.undg.org/docs/9517/GoE-final-SeS-statement.pdf

(14)  Ara l-pjan WHO għall-eliminazzjoni tal-ħosba u r-rubella http://www.euro.who.int/Document/E87772.pdf

(15)  Ara r-riżoluzzjoni ta’ WHO dwar it-tilqim kontra l-influwenza staġjonali http://www.who.int/gb/ebwha/pdf_files/WHA56/ea56r19.pdf

(16)  Ara l-pariri xjentifiċi tal-ECDC dwar it-tilqim tat-tfal kontra l-influwenza staġjonali http://ecdc.europa.eu/documents/pdf/Flu_vacc_18_Jan.pdf. Il-pariri xjentifiċi dwar l-HPV: http://ecdc.europa.eu/pdf/HPV_report.pdf. Il-pariri xjentifiċi dwar il-gruppi ta’ riskju għall-influwenza staġjonali http://ecdc.europa.eu/en/files/pdf/Publications/priority_risk_groups_forinfluenza_vaccination.pdf

(17)  Ara “laqgħa dwar strateġija għat-tilqim” hawn taħt.

(18)  Ara l-websajt Europa: http://ec.europa.eu/health/ph_projects/action2_en.htm

(19)  http://ec.europa.eu/health-eu/doc/vaccination_workshop.pdf; http://ec.europa.eu/phea/technical_meetings/technical_meetings_en.html

(20)  Iċ-Ċentru għal Riċerka Konġunta huwa organizzazzjoni għal sostenn politiku msejsa fuq ir-riċerka u f’parti integrali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-JRC qed jipprovdi l-pariri xjentifiċi u l-kompetenza teknika għas-sostenn ta’ firxa wiesgħa ta’ politiki tal-UE li tinkludi t-theddid għas-saħħa. http://ec.europa.eu/dgs/jrc/index.cfm

(21)  In-netwerk ta’ komunikaturi tal-UE jiffunzjona taħt l-umbrella tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sigurtà (HSC). Il-mandat tiegħu jiffoka fuq il-komunikazzjoni tal-kriżijiet, inklużi aspetti ta’ disponibbiltà immedjata għall-komunikazzjoni, dwar kwistjonijiet marbuta mat-theddid għas-saħħa. In-netwerk jikkomunika wkoll dwar il-ġestjoni tar-riskju li jinkludi l-komunikazzjoni reattiva fi kriżi pereżempju, it-tħejjija ta’ kontribuzzjonijiet għall-pubblikazzjoni fuq l-Internet waqt avveniment jew l-armonizzar ta’ messaġġi li jistgħu jintużaw fl-avveniment.

(22)  F’Novembru 2001, l-ewwel laqgħa ministerjali tal-Inizjattiva għal Sigurtà tas-Saħħa Globali (GHSI) saret f’Ottawa, biex tiġi diskussa s-sigurtà tas-saħħa globali. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa hija konsulent tekniku tal-GHSI u l-Kummissjoni Ewropea hija Membru. Esperti fi Grupp ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tas-Saħħa Globali (GHSAG) tqabbdu jiżviluppaw proposti u azzjonijiet konkreti għal titjib fis-sigurtà tas-saħħa globali. Il-GHSAG jservi wkoll bħala network ta’ komunikazzjoni/reazzjoni rapida fl-eventwalità ta’ kriżi. http://www.ghsi.ca/english/background.asp

(23)  Il-Green Paper dwar “l-addattar għall-bidla fil-klima fl-Ewropa – għażla għal azzjonijiet Komunitarji” tad-29 ta’ Ġunju 2007 (ara p. 16 dwar l-aspetti tas-saħħa): http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri = COM:2007:0354:FIN:EN:PDF

(24)  Informazzjoni dwar il-White Paper li tittratta l-addattar għall-bidla fil-klima tinsab fuq il-links li ġejjin: http://ec.europa.eu/research/environment/newsanddoc/article_4059_en.htm http://ec.europa.eu/environment/climat/adaptation/stakeholder_consultation.htm

(25)  Id-dokument ta’ referenza huwa l-pjan ta’ azzjoni għat-TB tal-ECDC: http://ecdc.europa.eu/pdf/080317_TB_Action_plan.pdf. Ara wkoll id-dikjarazzjoni ta’ Berlin dwar it-TB: http://www.euro.who.int/document/e90833.pdf

(26)  Il-pjan biex titrażżan it-TB fi 18-il pajjiż ta’ prijorità għolja fir-reġjun Ewropew tad-WHO: http://www.euro.who.int/document/E91049.pdf

(27)  Ara pp 107-115 tar-rapport tal-ECDC dwar l-istatus tal-mard li jittieħed fil-pajjiżi tal-UE u ż-ŻEE/EFTA: http://ecdc.europa.eu/pdf/ECDC_epi_report_2007.pdf

(28)  Regolament Internazzjonali dwar is-Saħħa 2005: http://www.who.int/csr/ihr/en/

(29)   ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32.

(30)   ĠU L 117, 1.5.2008, p. 40.

(31)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2002/77/KE tal-15 ta’ Novembru 2001 dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali fil-mediċini għall-konsum uman (ĠU L 34, 5.2.2002, p. 13).

Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-bażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2002/77/KE) dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali fil-mediċini għall-konsum uman (it-22 ta’ Diċembru 2005): http://ec.europa.eu/health/ph_threats/com/mic_res/com684_en.pdf

(32)  Ara http://ec.europa.eu/health/ph_overview/co_operation/healthcare/cross-border_healthcare_en.htm

(33)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/mental/mental_health_en.htm

(34)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/nutrition/documents/nutrition_wp_en.pdf

(35)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (COM(2005) 654 finali tal-15.12.2005).

(36)  Il-Green paper “Ninċentivaw is-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija għas-saħħa mentali fl-UE” (COM(2005) 484 finali tal-14.10.2005).

(37)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/mental/mental_health_en.htm

(38)  COM(2006) 625 tal-24 ta’ Ottubru 2006.

(39)  http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/04/st15/st15074.en04.pdf

(40)  http://ec.europa.eu/justice_home/funding/drugs/funding_drugs_en.htm

(41)   ĠU L 165, 3.7.2003, p. 31.

(42)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (COM(2004) 416 finali tad-9.6.2004).

(43)  L-attivitajiet implimentati biex titnaqqas il-ħsara kkawżata mill-alkoħol (ara aktar “il fuq”), u speċjalment dawk immirati lejn it-trażżin tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, ukoll jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-korrimenti.

(44)   ĠU C 164, 18.7.2007, p. 1.


ANNESS II

Prinċipji ġenerali u kriterji tal-għażla u l-għoti u kriterji oħra li għandhom x’jaqsmu mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet taħt it-tieni programm komunitarju fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

SEJĦA GĦAL PROPOSTI GĦALL-PROĠETTI

(Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007, l-Artikolu 4.1 (a))

Dan id-dokument japplika biss għall-kofinanzjament ta’ azzjonijiet individwali taħt it-tieni Programm tas-Saħħa permezz ta’ għotjiet wara sejħiet għal proposti għall-proġetti.

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1.   Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Implimentattivi tiegħu huma d-dokumenti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa.

2.   L-għotjiet iridu jkunu konformi ma’ dawn il-prinċipji li ġejjin:

—

ir-regola tal-kofinanzjament: huwa meħtieġ kofinanzjament estern minn sors li ma jkunx sors ta’ fondi Komunitarji, jew permezz ta’ riżorsi proprji tal-benefiċjarju jew inkella riżorsi finanzjarji ta’ terzi. Kontribuzzjonijiet imħallsa b’oġġetti u mhux bil-flus mingħand terzi jistgħu jitqiesu bħala kofinanzjament jekk ikunu kkunsidrati meħtieġa jew xierqa (l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u 172 tar-Regoli Implimentattivi).

—

ir-regola ta’ bla profitt: l-għotja ma għandux ikollha l-għan jew l-effett li tiġġenera profitt għall-benefiċjarju (l-Artikoli 109(2) tar-Regolament Finanzjarju u 165 tar-Regoli Implimentattivi).

—

ir-regola ta’ bla retroattività: l-ispejjeż eliġibbli għall-iffinanzjar għandhom jiġu onorati wara li jkun ġie ffirmat il-kuntratt. F’każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun aċċettabbli li spejjeż li kienu onorati mid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jiġu kkunsidrati, iżda mhux dawk onorati aktar kmieni (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju).

—

ir-regola ta’ bla akkumulazzjoni: tista’ tingħata biss għotja waħda għal azzjoni speċifika mwettqa minn benefiċjarju speċifiku darba kull sena finanzjarja (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) (1).

3.   Il-proposti għall-azzjonijiet (il-proġetti) għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:

—

il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà, biex tiġi vvalutata l-eliġibbiltà tal-applikant – l-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju;

—

il-kriterji tal-għażla, biex tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant għat-tkomplija tal-azzjoni proposta – l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju;

—

il-kriterji tal-għoti, biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-proposta bil-kunsiderazzjoni tal-kost tagħha.

Dawn it-tliet kategorji ta’ kriterji għandhom jiġi kkunsidrati konsekuttivament matul il-proċedura ta’ valutazzjoni. Proġett li ma jasalx biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ waħda mill-kategoriji ma jiġix ikkunsidrat fl-istadju ta’ valutazzjoni li jkun imiss u għandu jiġi eliminat.

4.   Fir-rigward tat-Tieni Programm tas-Saħħa, għandha tingħata prijorità lil proġetti li:

—

ikollhom karattru innovattiv fir-rigward tas-sitwazzjoni eżistenti u ma jkunux ta’ natura rikorrenti;

—

jipprovdu valur miżjud f’livell Ewropew fil-qasam tas-saħħa pubblika: il-proġetti jridu jipproduċu ekonomiji ta’ skala rilevanti, jinvolvu numru xieraq ta’ pajjiżi eliġibbli fejn għandu x’jaqsam l-ambitu tal-proġett u jridu jkunu jistgħu jiġu rreplikati bnadi oħra;

—

jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika Komunitarja fis-settur tas-saħħa pubblika u joffrulha sostenn;

—

jagħtu attenzjoni xierqa lil struttura effikaċi ta’ ġestjoni, proċess ċar ta’ valutazzjoni u deskrizzjoni preċiża tar-riżultati mistennija;

—

jinkludu pjan għall-użu u t-tifrix tar-riżultati f’livell Ewropew lil udjenzi xierqa fil-mira tagħhom.

2.   KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI U ELIĠIBBILTÀ

1.   L-applikanti għandhom jitħallew barra milli jipparteċipaw fi proċedura ta’ għoti f’rabta mat-tieni Programm tas-Saħħa jekk:

(a)

ikunu falluti jew ikunu qed jiġu likwidati, ikun qed ikollhom in-negozju tagħhom amministrat mill-qrati, ikunu daħlu f’arranġamenti mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, ikunu soġġetti għal proċedimenti li jikkonċernaw dawn il-materji, jew ikunu jinsabu fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga maħluqa minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew ir-regolamentazzjoni nazzjonali;

(b)

ikunu nstabu ħatja ta’ offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom b’sentenza ta’ forza ta’ res judicata;

(ċ)

ikunu ħatja ta’ kondotta professjonali ħażina serja pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista’ tiġġustifika;

(d)

ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi marbuta mal-ħlas ta’ kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta’ taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih ikunu stabbiliti jew dawk tal-pajjiż tal-Uffiċjal Awtorizzanti jew dawk tal-pajjiż fejn għandu jkun attwat il-kuntratt;

(e)

kienu soġġetti għal sentenza li għandha l-forza ta’ res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f’organizzazzjoni kriminali jew għal kwalunkwe attività illegali oħra li hija detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

(f)

ikunu preżentement soġġetti għall-penali amministrattivi msemmija fl-Artikolu 96(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(g)

ikunu rċevew għajnuna illegali, li dwarha l-Kummissjoni kienet adottat deċiżjoni negattiva li tinvolvi ordni għal irkupru, u l-għajnuna ma tkunx ġiet irkuprata skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2).

Prova: il-kandidati għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq unurhom, iffirmata u datata kif xieraq, li tafferma li ma jkunux jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati hawn fuq.

2.   Kwalunkwe proposta li tasal wara l-iskadenza stabbilita għall-għeluq, kull proposta li ma tkunx kompluta jew li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għall-proposti għandha titħalla barra milli tipparteċipa fit-“Tieni Programm tas-Saħħa”, bl-eċċezzjoni ta’ żbalji fl-ikkupjar fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 178(2) tar-Regoli Implimentattivi.

Kull applikazzjoni trid tkun kompluta u jkun fiha mill-inqas dawn id-dokumenti li ġejjin:

—

Id-dejta amministrattiva dwar is-soċju ewlieni u s-soċji assoċjati;

—

Deskrizzjoni teknika tal-proġett;

—

Il-baġit globali tal-proġett u l-livell ta’ kofinanzjament Komunitarju mitlub.

Prova: Il-kontenut tal-applikazzjoni.

3.   L-azzjonijiet li diġà jkunu bdew sad-data li fiha tkun irreġistrata l-applikazzjoni għall-għotja jitħallew barra milli jipparteċipaw fil-programm “Saħħa Pubblika”.

Prova: Id-data tal-bidu skedata u t-tul ta’ żmien skedat tal-azzjoni jridu jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja.

3.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Dawk il-proposti li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji ta’ esklużjoni biss jistgħu jkunu eliġibbli għall-valutazzjoni. Il-kriterji tal-għażla kollha li ġejjin għandhom jiġi ssodisfati.

1.   Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi ta’ finanzjament stabbli u suffiċjenti biex ikunu jistgħu jżommu l-attività tagħhom għaddejja matul il-perjodu kollu li fih tkun qed titwettaq l-attività u biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Prova: L-applikanti jridu jissottomettu l-kont tal-profitt u t-telf u l-karti tal-bilanċ għas-sentejn finanzjarji sħaħ imgħoddija

Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma tapplikax għall-entitajiet pubbliċi, jew għal organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi jew għal aġenziji speċjalisti li nħolqu b’dawn il-ftehimiet.

2.   Kapaċità operattiva

L-applikant irid ikollu r-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa biex ikun jista’ jwettaq u jtemm l-azzjoni proposta.

Prova: L-applikanti jridu jissottomettu r-rapport annwali tal-attivitajiet l-aktar riċenti tal-organizzazzjoni inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-istaff professjonali rilevanti fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-proġett.

3.   Dokumenti addizzjonali għandhom jiġu ppreżentati fuq talba tal-Kummissjoni.

Jekk issir talba għalih, l-applikanti jridu jippreżentaw rapport ta’ verifika estern magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u li jipprovdi valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant.

4.   KRITERJI TAL-GĦOTJA

Dawk il-proġetti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni u l-għażla għandhom ikunu eliġibbli għal valutazzjoni ulterjuri fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji tal-għotja li ġejjin.

1.    Rilevanza politika u kontestwali tal-proġett (40 punt, limitu bażiku: 20 punt)

(a)

Il-kontribuzzjoni tal-proġett għat-tieni Programm Komunitarju fis-settur tas-Saħħa u l-pjan ta’ ħidma annwali tiegħu f’termini tal-ilħuq tal-għanijiet u l-prijoritajiet (8 punti);

(b)

Ir-rilevanza strateġika f’termini ta’ rilevanza għall-Istrateġija għas-Saħħa tal-UE (3) u f’termini tal-kontribuzzjonijiet mistennija għall-għarfien eżistenti u l-implikazzjonijiet għas-saħħa (8 punti);

(ċ)

Valur miżjud f’livell Ewropew fis-settur tas-saħħa pubblika (8 punti):

—

impatt fuq il-gruppi ta’ referenza, l-effett għat-tul, u l-effetti multiplikaturi potenzjali bħalma huma l-attivitajiet replikabbli, trasferibbli u sostenibbli;

—

kontribuzzjoni għall-politiki rilevanti tal-UE u programmi oħra u kumplementarjetà, sinerġija u kompatibbiltà magħhom;

(d)

Pertinenza tal-kopertura ġeografika (8 punti)

L-applikanti jridu jiżguraw li kopertura ġeografika tal-proġett tkun xierqa fir-rigward tal-għanijiet tagħha, waqt li jitfisser l-irwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala soċji u r-rilevanza tar-riżorsi tal-proġett jew il-popolazzjonjijiet destinatarji li dawn jirrappreżentaw.

Il-proposti f’dimensjoni nazzjonali jew sub-nazzjonali (jiġifieri, li jinvolvu biss pajjiż eliġibbli wieħed jew reġjun ta’ pajjiż eliġibbli) għandhom jiġu miċħuda.

(e)

L-adegwatezza tal-proġett ma’ kuntest soċjali, kulturali u politiku. (8 punti)

L-applikanti jridu jorbtu l-proġett mas-sitwazzjoni tal-pajjiżi jew iż-żoni speċifiċi involuti, filwaqt li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-azzjonijiet previsti mal-kultura u l-fehmiet tal-pubbliki destinatarji.

2.    Kwalità teknika tal-proġett (30 punt, limitu bażiku: 15-il punt)

(a)

Prova bażi (6 punti)

L-applikanti jridu jinkludu l-analiżi tal-problema u jiddeskrivu b’mod ċar il-fatturi, l-impatt, l-effikaċja u l-applikabbiltà tal-miżuri proposti;

(b)

Speċifikazzjoni tal-kontenut (6 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu b’mod ċar il-miri u l-għanijiet, il-pubbliku destinatarju inklużi l-fatturi ġeografiċi rilevanti, il-metodi, l-effetti u r-riżultati antiċipati;

(ċ)

In-natura innovattiva, il-kumplementarjetà teknika u l-evitar tad-duplikazzjoni ta’ azzjonijiet eżestenti oħra f’livell tal-UE (6 punti)

L-applikanti jridu jidentifikaw b’mod ċar il-progress li hu ppjanat li jikseb il-proġett fl-ambitu tas-settur f’rabta mal-metodi l-aktar moderni u jiżguraw li la jkun hemm duplikazzjoni mhux xierqa u lanqas irkib fuq xulxin, la parzjali u lanqas totali, bejn il-proġetti u l-attivitajiet li diġà qed jitwettqu f’livell Ewropew u f’livell internazzjonali.

(d)

Strateġija ta’ valutazzjoni (6 punti)

L-applikanti jridu jfissru b’mod ċar it-tip u l-adegwatezza ta’ dawk il-metodi proposti u l-indikaturi magħżula.

(e)

Strateġija ta’ tifrix (6 punti)

L-applikanti jridu jispjegaw bl-eżempji l-adegwatezza tal-istrateġija prevista u l-metodoloġija proposta biex jiżguraw it-trasferibbiltà tar-riżultati u s-sostenibbiltà tat-tixrid.

3.    Kwalità ta’ ġestjoni tal-proġett u baġit (30 punti, limitu bażiku: 15-il punt)

(a)

Ippjanar u organizzazzjoni tal-proġett (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-attivitajiet li għandhom jiġi attwati, l-iskeda taż-żmien, l-għanijiet intermedjarji, il-prodotti tal-kunsinna, in-natura u t-tqassim tal-biċċiet tax-xogħol, l-analiżi tar-riskju.

(b)

Kapaċità organizzattiva (5 punti)

L-applikanti jridu jiddiskrivu l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenza tal-istaff, ir-responsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-sorveljar;

(ċ)

Kwalità tal-partenarjat (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-partenarjati previsti f’termini ta’ estensività, rwoli, u responsabbiltajiet, relazzjonijiet fost is-soċji differenti, sinerġija u kumplementarjetà tad-diversi soċji fil-proġett u l-istruttura tan-netwerk.

(d)

Strateġija tal-komunikazzjoni (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-istrateġija tal-komunikazzjoni f’termini ta’ ppjanar, pubbliku destinatarju, adegwatezza tal-mezzi użati, viżibbiltà tal-kofinanzjament tal-UE.

(e)

Baġit globali u ddettaljat inkluża l-ġestjoni finanzjarja (10 punti, livell bażiku: 5 punti)

L-applikanti jridu jiżguraw li l-baġit ikun rilevanti, xieraq, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu, bejn is-soċji u mal-għanijiet speċifiċi tal-proġett. Il-baġit għandu jitqassam fost is-soċji f’livell raġonevoli minimu, waqt li tiġi evitata frammentazzjoni eċċessiva.

L-applikanti jridu jiddeskrivu ċ-ċirkuwiti finanzjarji, ir-responsabbiltajiet, il-proċeduri ta’ rappurtar u l-kontrolli.

Kwalunkwe proġett li ma jirnexxilux jikseb il-punti tal-limiti bażiċi għandu jiġi miċħud.

Wara li tintemm il-valutazzjoni, il-proposti rrakkomandati għall-finanzjament jiddaħħlu f’lista u jiġu kklassifikati skont il-punti totali li jkunu ġabu. Skont id-disponibbiltà tal-baġit, il-proposti li jkunu ġew ikklassifikati fl-ogħla postijiet jingħataw kofinanzjament. Il-bqija tal-proposti rrakkomandati għal kofinanzjament jiddaħħlu f’lista ta’ riżerva.


(1)  Dan ifisser li azzjoni speċifika, ippreżentata minn applikant wieħed għal għotja, tista’ tiġi approvata għal kofinanzjament mill-Kummissjoni biss darba fis-sena, irrispettivament mit-tul ta’ żmien li tieħu din l-azzjoni.

(2)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(3)  COM(2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm


ANNESS III

Eliġibbiltà għall-ispejjeż tas-safar u s-sussistenza

Dawn il-linji gwida japplikaw għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza:

—

tal-istaff impjegat mill-benefiċjarju (il-benefiċjarji ewlenin u assoċjati) tal-għotjiet u l-esperti mistiedna mill-benefiċjarju biex jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma;

—

meta jkun ipprovdut għalihom b’mod espliċitu fil-kuntratti ta’ servizz.

1   L-allokazzjonijiet ta’ sussistenza b’rata fissa jkopru l-ispejjeż ta’ sussistenza kollha li jsiru matul il-missjonijiet, inklużi l-lukandi, ir-ristoranti u t-trasport lokali (taxis u/jew it-trasport pubbliku). L-allokazzjonijiet għat-trasport japplikaw għal kull jum tal-missjoni fuq bażi ta’ distanza minima ta’ 100 km mill-post tax-xogħol normali. L-allokazzjoni ta’ sussistenza tvarja skont il-pajjiż li fih tkun qed titwettaq il-missjoni. Ir-rati ta’ kuljum jikkorrispondu għas-somma tal-allokazzjoni ta’ kuljum u l-prezz massimu tal-lukanda ffissat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1313 (1) kif emendata.

2   Missjonijiet f’pajjiżi li ma jinkludux is-27 pajjiż tal-UE, il-pajjiżi mixjin lejn l-adeżjoni u l-pajjiżi applikanti kif ukoll il-pajjiżi tal-EFTA u ż-ŻEE għandhom ikunu soġġetti għall-ftehim preċedenti tal-Kummissjoni. Dan il-ftehim għandu jkun relatat mal-għanijiet tal-missjoni, il-kosti tagħha u r-raġunijiet għaliex kienu saru dawn il-kosti.

3   L-ispejjeż tat-trasport huma eliġibbli taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

—

l-ivvjaġġar għandu jsir fuq l-iżjed rotta diretta u ekonomika;

—

distanza ta’ mill-inqas 100 km bejn il-post fejn tkun qed issir il-laqgħa u l-post normali tax-xogħol;

—

l-ivvjaġġar bil-ferrovija: l-ewwel klassi;

—

l-ivvjaġġar bl-ajru: klassi ekonomija, sakemm ma tinstabx rata aktar irħisa (eż. bl-Apex); l-ivvjaġġar bl-ajru huwa awtorizzat biss għal vjaġġi bir-ritorn ta’ aktar minn 800 km;

—

l-ivvjaġġar bil-karozza: imħallas lura fuq il-bażi tal-ekwivalenti għal kemm tiswa r-rata l-ewwel klassi bil-ferrovija.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni li jadottaw il-Linji Gwida għall-missjonijiet imwettqa mill-uffiċjali u membri oħra taċ-ċivil impjegati mal-Kummissjoni Ewropea.


ANNESS IV

Kriterji marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm Komunitarju fis-settur tas-saħħa (2008-2013)

(Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007, l-Artikolu 4.3)

1.   KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI U ELIĠIBBILTÀ

Azzjonijiet konġunti jistgħu jiġu implimentati ma’ entitajiet pubbliċi jew entitajiet li mhumiex governattivi:

—

li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt u li huma indipendenti mill-industrija, minn interessi industrijali, kummerċjali jew interessi oħra kunfliġġenti,

—

li jsegwu bħala l-mira primarja tagħhom għan wieħed jew aktar tal-programm,

—

li huma nnominati minn proċeduri trasparenti mill-Pajjiż parteċipanti fit-Tieni Programm Komunitarju tas-saħħa,

—

li ma jsegwux għanijiet ġenerali direttament jew indirettament kuntrarji għall-politika tal-UE jew li mhumiex assoċjati ma’ immaġni li mhix adegwata,

—

li taw lill-Kummissjoni kont sodisfaċenti tas-sħubija tagħhom, tar-regoli interni u tas-sorsi ta’ finazjament,

—

li mhuma fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-kriterji tal-għażla joħolqu l-possibbiltà li jiġu vvalutati l-qagħda finanzjarja u l-kapaċità operattiva tal-applikant f’konnessjoni mat-tkomplija tal-programm ta’ ħidma propost.

L-applikanti jrid ikollhom ir-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa għat-tkomplija tal-azzjoni proposta.

L-applikanti jrid ikollhom ir-riżorsi finanzjarji xierqa biex iżommu għaddejja l-attività tagħhom matul il-perjodu kollu li fih tkun qed titwettaq l-attività u biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Kull applikant irid jipprovdi:

—

Baġit ċar, eżawrjenti u ddettaljat ħafna u evalwat bir-reqqa tal-ispejjeż marbutin mal-attivitajiet korrispondenti mwettqa minn kull waħda mill-entitajiet li tkun qed tieħu sehem fil-proġett konġunt.

—

Dikjarazzjoni kemm dwar id-disponibbiltà ta’ biżżejjed riżorsi finanzjarji proprji sabiex ikopru dawn l-ispejjeż mingħajr sostenn mill-kontribuzzjoni tal-Komunità kif ukoll dwar deċiżjoni li l-entità tkun lesta timpennja r-riżorsi proprji tagħha f’każ li ma jkunx hemm sostenn finanzjarju mogħti mill-Komunità.

—

Kopja tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu li tiġi ppreżentata qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni (għall-entitajiet mingħajr għan ta’ profitt għajr għall-entitajiet pubbliċi).

Il-parteċipanti fl-azzjoni konġunta jridu jkunu entitajiet li lilhom, l-Istati Membri jkunu attribwew biċċiet ta’ xogħol li jikkonċernaw l-attivitajiet marbuta mas-saħħa pubblika, kif xieraq għas-settur kopert fis-sejħa għall-proposti.

3.   KRITERJI TAL-GĦOTJA

—

Il-kontribuzzjoni tal-azzjoni għat-tieni Programm Komunitarju fis-settur tas-Saħħa u l-pjan ta’ ħidma tiegħu f’termini tal-ilħuq tal-għanijiet u l-prijoritajiet;

—

Il-benefiċċji potenzjali tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni f’termini tal-kontribuzzjonijiet mistennija għall-għarfien eżistenti jew żieda fl-effikaċja fis-settur kopert.

—

Għadd xieraq ta’ Stati Membri li jkunu qed jipparteċipaw li jiżguraw li l-kopertura ġeografika tal-azzjoni tkun xierqa fejn għandhom x’jaqsmu l-għanijiet tagħha, li jfissru x’inhu l-irwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala soċji u r-rilevanza tar-riżorsi tal-proġett jew il-popolazzjonijiet destinatarji li dawn jirrappreżentaw.

—

Ċarezza u kwalità tal-għanijiet, pjan ta’ ħidma, organizzazzjoni u deskrizzjoni tar-riżultati u l-benefiċċji mistennija kif ukoll il-komunikazzjoni u t-tixrid tal-istrateġiji.

—

Parteċipazzjoni bbilanċjata tal-proponenti fl-attivitajiet ippjanati.


ANNESS V

Kriterji marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-funzjonament ta’ entità mhux governattiva jew netwerk speċjalizzat

(Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007, l-Artikolu 4.1 (b))

1.   KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI U ELIĠIBBILTÀ

Jistgħu jingħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità għall-funzjonament ta’ entità jew netwerk speċjalizzata li mhijiex governattiva (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “organizzazzjoni”) li

—

ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt u li hija indipendenti mill-industrija, minn interessi industrijali, kummerċjali jew interessi oħra kunfliġġenti,

—

għandha membri f’mill-inqas nofs l-Istati Membri,

—

għandha kopertura ġeografika bbilanċjata,

—

issegwi bħala l-għan primarju tagħha wieħed jew aktar mill-għanijiet tal-programm,

—

ma ssegwix għanijiet ġenerali direttament jew indirettament kuntrarji għall-politika tal-Unjoni Ewropea jew li ma jkunux assoċjati ma’ immaġni li mhix adegwata,

—

tat lill-Kummissjoni kont sodisfaċenti tas-sħubija tagħha, tar-regoli interni u tas-sorsi ta’ finazjament,

—

ipprovdiet lill-Kummissjoni bil-pjan ta’ ħidma annwali tagħha għas-sena finanzjarja u r-rapport tal-attività annwali tagħha l-aktar riċenti u, jekk disponibbli, ir-rapport ta’ valutazzjoni l-aktar riċenti,

—

ma hija fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-kriterju “indipendenti mill-industrija, minn interessi industrijali, kummerċjali jew interessi oħra kunfliġġenti” jirreferi għal tliet aspetti li kollha jridu jiġu ssodisfati mill-organizzazzjoni applikanti:

 

Indipendenza legali

Żewġ entitajiet legali għandhom jitqiesu bħala indipendenti minn xulxin meta t-tnejn ma jkunux taħt il-kontroll la tal-waħda u lanqas tal-oħra jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett ta’ xulxin jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett ta’ entità terza bħalma tista’ tkun l-oħra.

Il-kontroll jista’, b’mod partikolari, jieħu waħda minn dawn iż-żewġ forom:

(a)

L-investiment dirett jew indirett ta’ aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-entità legali kkonċernata, jew ta’ maġġoranza tad-drittijiet għall-vot tal-partijiet interessati jew tas-soċji ta’ dik l-entità;

(b)

Iż-żamma ta’ poteri diretti jew indiretti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, fattwalment jew legalment, fl-entità legali kkonċernata.

Madankollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn l-entitajiet legali m’għandhomx fihom infushom jitqiesu li qed jikkostitwixxu relazzjonijiet ta’ kontroll:

(a)

L-investiment dirett jew indirett ta’ aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju tal-organizzazzjoni li qed tapplika, jew ta’ maġġoranza tad-drittijiet għall-vot tal-partijiet interessati jew tas-soċji tal-entitajiet legali jkunu f’idejn l-istess entità pubblika;

(b)

L-entitajiet legali kkonċernati jkunu proprjetà tal-istess entità pubblika jew ikunu ssorveljati minnha.

 

Indipendenza finanzjarja

Bħala regola ġenerali, organizzazzjonijiet applikanti li jirċievu aktar minn 20 % tal-finanzjament tagħhom mis-settur privat (1) għall-iffunzjonar (finanzjament ċentrali) għandhom jitqiesu bħala finanzjarjament indipendenti.

 

Trasparenza tal-attivitajiet u l-finanzjament tal-applikant

(a)

L-attivitajiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-applikant (2). Applikanti li jaħdmu ma’ parteċipanti minn settur privat li mhumiex ikkunsidrati eliġibbli, pereżempju, minħabba li n-natura tal-attività tagħhom ma tkunx kompatibbli mal-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea kif stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jistgħu ma jkunux ikkunsidrati bħala aċċettabbli.

(b)

L-informazzjoni kollha dwar il-finanzjament għandha tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tal-websajt tal-applikant, imqassma skont it-tip ta’ finanzjament (finanzjament ċentrali u finanzjament tal-proġett, kontribuzzjoni f’natura ta’ oġġetti) u skont l-entità li tkun qed tipprovdi l-finanzjament.

(ċ)

L-istqarrijiet tal-pożizzjoni eżistenti tal-applikanti fir-rigward tar-rekwiżit tagħhom fejn tidħol trasparenza għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

2.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-kriterji tal-għażla joħolqu l-possibbiltà li tiġi vvalutata l-qagħda finanzjarja u l-kapaċità operattiva tal-applikant f’konnessjoni mat-tkomplija tal-programm ta’ ħidma propost.

Jistgħu jirċievu għotja biss dawk l-organizzazzjonijiet li jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw il-funzjonament tagħhom. Bħala prova ta’ dan iridu:

—

jehmżu kopja tal-kontijiet annwali tal-organizzazzjoni għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu qabel ma ntefgħet l-applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni għall-għotja tkun mingħand organizzazzjoni Ewropea ġdida, l-applikant irid jipproduċi l-kontijiet annwali (inklużi l-karta ta’ bilanċ u stqarrija dwar il-profitti u t-telf) tal-organizzazzjonijiet membri tal-entità l-ġdida għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu qabel ma ntefgħet l-applikazzjoni;

—

jippreżentaw baġit bil-quddiem iddettaljat għall-organizzazzjoni, ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u ħruġ;

—

jehmżu rapport estern ta’ verifika maħruġ minn awditur approvat f’każ ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi li jaqbżu l-EUR 100 000, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja u li jipprovdi valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjoni applikanti.

Jistgħu jirċievu għotja biss dawk l-organizzazzjonijiet li jkollhom ir-riżorsi operattivi, il-kompetenzi u l-esperjenza professjonali meħtieġa. Għal dan il-għan, trid tinhemeż l-informazzjoni li ġejja bħala sostenn għall-applikazzjoni:

—

ir-rapport ta’ attività annwali tal-organizzazzjoni l-aktar riċenti, jew fil-każ ta’ organizzazzjoni kostitwita ġdida, il-curricula vitae tal-membri tal-bord ta’ tmexxija u ta’ istaff ieħor u r-rapporti ta’ attività annwali tal-organizzazzjoni membru tal-entità l-ġdida;

—

kwalunkwe referenza marbuta mal-parteċipazzjoni f’azzjonijiet iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea jew ma’ applikazzjonijiet għalihom, konklużjoni ta’ ftehimiet dwar l-għotja u konklużjoni ta’ kuntratti mill-baġit Komunitarju.

3.   KRITERJI TAL-GĦOTJA

Il-kriterji tal-għotja joħolqu l-possibbiltà li jintgħażlu programmi ta’ ħidma li jistgħu jiggarantixxu tixrid u komunikazzjoni xierqa tal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni, b’mod speċjali l-viżibbiltà tal-iffinanzjar Komunitarju.

Għal dan l-għan, il-programm ta’ ħidma annwali ppreżentat bil-ħsieb li jinkiseb finanzjament Komunitarju jrid jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

Rilevanza politika u kuntestwali

Il-programm ta’ ħidma annwali jrid ikun konsistenti mal-għanijiet tat-tieni Programm Komunitarju fis-settur tas-saħħa fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma annwali għall-2009.

(b)

Kwalità teknika tal-programm ta’ ħidma propost

Il-programm ta’ ħidma jrid ikun ċar, realistiku u ddettaljat ħafna, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawn l-aspetti li ġejjin:

—

ċarezza tal-għanijiet u l-konvenjenza tagħhom għall-ksib tar-riżultati mistennija;

—

deskrizzjoni tal-attivitajiet ippjanati, biċċiet ta’ xogħol u responsabbiltajiet u skedi ta’ żmien, inklużi azzjonijiet marbutin mal-komunikazzjoni u t-tixrid;

—

deskrizzjoni tal-valutazzjoni interna u esterna tal-azzjonijiet u tal-indikaturi li jridu jintużaw sabiex jiġi vverifikat li l-għanijiet tal-programm ta’ ħidma jkunu nkisbu.

Il-programm ta’ ħidma jrid ikun effikaċi fir-rigward ta’ spejjeż u b’hekk jagħti prova li l-baġit huwa fi proporzjon sewwa mar-riżorsi li għandhom jintużaw.

(ċ)

Kwalità ta’ ġestjonji

L-organizzazzjoni li tkun qed tapplika għall-finanzjament trid:

—

tiggarantixxi struttura regolatorja, proċessi ta’ ġestjoni, riżorsi umani u finanzjarji u amministrazzjoni xierqa, u kif ukoll relazzjonijiet ta’ xogħol tajbin mas-soċji u l-partijiet interessati rilevanti;

—

tkun tista’ tippreżenta provi tal-livell tal-ilħuq tal-għanijiet organizzattivi tagħha u l-kapaċità tagħha biex tikseb ir-riżultati.


(1)  It-terminu “settur privat” ikopri kumpaniji/intrapriżi/korporazzjonijiet li l-għan tagħhom hu li jagħmlu profitt, organizzazzjonijiet kummerċjali u entitajiet oħra irrispettivament min-natura legali tagħhom (irreġistrati/mhux irreġistrati), sjieda (totalment jew parzjalment tal-privat/tal-istat) jew daqs (kbar/żgħar), jekk mhumiex ikkontrollati mill-pubbliku.

(2)  Għandhom jiġu elenkati l-kollaboraturi li jkunu jinsabu f’pożizzjoni li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess (l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 34 tar-Regoli Implimentattivi).