8.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9552 — BP/China National Aviation Fuel Group/CNAF Air BP General Aviation Fuel Company)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 338/04)

1.   

Fit-30 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BP Global Investments Limited (“BP GIL”), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm ta’ BP plc. (“BP”);

—

CNAF Group General Aviation Development Co., Ltd, sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi taċ-China National Aviation Fuel Group Limited (“China National Aviation Fuel Group”);

—

CNAF Air BP General Aviation Fuel Company Limited (“CNAF Air BP General Aviation Fuel Company”).

BP u ċ-China National Aviation Fuel Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ CNAF Air BP General Aviation Fuel Company.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BP hija kumpanija dinjija attiva (i) fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali, (ii) fir-raffinerija, il-kummerċjalizzazzjoni, il-provvista u t-trasport ta’ prodotti taż-żejt, (iii) fil-produzzjoni u l-provvista ta’ petrokimiċi u prodotti relatati u (iv) fil-provvista’ enerġija alternattiva,

—

China National Aviation Fuel Group huwa fornitur Ċiniż parastatali tal-fjuwil tal-avjazzjoni,

—

CNAF Air BP General Aviation Fuel Company hija joint venture maħluqa ġdida li se tkun attiva fil-provvista ta’ fjuwil tal-avjazzjoni għall-finijiet tal-avjazzjoni ġenerali fiċ-Ċina.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9552 — BP/China National Aviation Fuel Group/CNAF Air BP General Aviation Fuel Company

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.