|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2400 |
5.12.2025 |
Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali
L-UNJONI EWROPEA
u
L-PRINĊIPAT TA’ ANDORRA, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Andorra”,
it-tnejn li huma, minn hawn ’il quddiem imsejħin, individwalment, “Parti Kontraenti” u, flimkien, “Partijiet Kontraenti”,
BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom relazzjoni twila u mill-qrib fir-rigward tal-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet fiskali, li kienet tikkonsisti, inizjalment, fl-applikazzjoni ta’ miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (1), u li aktar tard ġiet żviluppata fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (2) (“il-Ftehim”), kif emendat bil-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta’ dħul minn tfaddil fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (3), abbażi tal-iskambju awtomatiku reċiproku tal-informazzjoni bl-implimentazzjoni tal-Istandard għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji fi Kwistjonijiet Fiskali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) (“l-Istandard Globali”),
BILLI, wara l-ewwel rieżami komprensiv tal-Istandard Globali tal-OECD, ġew approvati emendi tal-Istandard Globali mill-Kumitat tal-OECD dwar l-Affarijiet Fiskali f’Awwissu 2022 u dawn ġew adottati mill-Kunsill tal-OECD fit-8 ta’ Ġunju 2023 bir-Rakkomandazzjoni riveduta tiegħu dwar l-Istandards Internazzjonali għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni fi Kwistjonijiet Fiskali (“l-aġġornament tal-Istandard Globali”),
BILLI r-rieżami komprensiv tal-OECD identifika l-kumplessità dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji u l-ħolqien u l-użu ta’ tipi ġodda ta’ assi diġitali u rrikonoxxa l-ħtieġa li l-Istandard Globali jiġi adattat biex tiġi żgurata konformità fiskali komprensiva u effettiva,
BILLI l-aġġornament tal-Istandard Globali espanda l-ambitu tar-rapportar biex jinkludi prodotti finanzjarji diġitali ġodda, bħal Prodotti ta’ Ħlas Elettroniku Speċifikati u Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali, li joffru alternattivi kredibbli għall-Kontijiet Finanzjarji tradizzjonali, li diġà huma soġġetti għar-rapportar skont l-Istandard Globali,
BILLI l-Qafas għar-Rapportar tal-Kriptoassi (“CARF”, Crypto-Asset Reporting Framework) il-ġdid tal-OECD, li ġie introdott b’mod parallel mal-aġġornament tal-Istandard Globali, iservi bħala mekkaniżmu komplementari fil-livell globali u huwa mfassal speċifikament biex jindirizza l-iżvilupp rapidu u t-tkabbir tas-suq tal-Kriptoassi,
BILLI kien meqjus li huwa essenzjali li tiġi żgurata interazzjoni effiċjenti bejn dawk iż-żewġ oqfsa, b’mod partikolari biex jiġu limitati każijiet ta’ rapportar doppju, billi: (i) il-Prodotti ta’ Ħlas Elettroniku Speċifikati u l-Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali jiġu esklużi mill-ambitu tal-CARF, minħabba l-kopertura tagħhom skont l-Istandard Globali aġġornat; (ii) il-Kriptoassi fl-ambitu tal-Istandard Globali aġġornat jitqiesu bħala Assi Finanzjarji għall-fini tar-rapportar ta’ Kontijiet ta’ Kustodja, Interessi ta’ Ekwità jew Dejn f’Entitajiet tal-Investiment (ħlief f’każijiet ta’ forniment ta’ servizzi li jagħmlu tranżazzjonijiet ta’ skambju għall-klijenti jew f’isimhom, li huma koperti skont il-CARF), investimenti indiretti fil-Kriptoassi permezz ta’ prodotti finanzjarji tradizzjonali oħra jew prodotti finanzjarji tradizzjonali maħruġa fil-forma ta’ kriptoassi; u (iii) tiġi prevista dispożizzjoni fakultattiva għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti biex iwaqqfu r-rapportar tar-rikavat gross għal assi li huma kklassifikati bħala Kriptoassi skont iż-żewġ oqfsa, meta tali informazzjoni tiġi rrapportata skont il-CARF, filwaqt li jkomplu jirrapportaw skont l-Istandard Globali l-informazzjoni l-oħra kollha, bħall-bilanċ tal-kont,
BILLI l-CARF ġie implimentat fl-Unjoni Ewropea permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 (4), li emendat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (5), u dawk id-dispożizzjonijiet ser japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026,
BILLI Andorra ma ġietx identifikata bħala ġuriżdizzjoni ta’ rilevanza għall-implimentazzjoni tal-CARF mill-Forum Globali tal-OECD dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta’ Informazzjoni għal Finijiet ta’ Taxxa (“il-Forum Globali”) f’dan l-istadju, iżda tibqa’ lesta li tieħu l-passi kollha meħtieġa biex timplimenta u tapplika l-CARF b’mod rapidu meta l-Forum Globali jqis li din hija ġuriżdizzjoni bħal din,
BILLI, bil-għan li jiġu limitati l-każijiet ta’ rapportar doppju, meta Andorra timplimenta l-CARF fir-rigward tal-Istati Membri, il-Partijiet Kontraenti jenħtieġ li japplikaw id-delineazzjoni bejn il-Ftehim, il-CARF u d-Direttiva (UE) 2023/2226 b’mod konsistenti mad-delineazzjoni bejn l-Istandard Globali aġġornat u l-CARF,
BILLI, bil-għan li jittejbu l-affidabbiltà u l-użu tal-informazzjoni skambjata, l-aġġornament tal-Istandard Globali jintroduċi rekwiżiti tar-rapportar aktar dettaljati u proċeduri msaħħa tad-diliġenza dovuta,
BILLI l-aġġornament tal-Istandard Globali jżid kategorija ġdida “Kont Eskluż” għall-Kontijiet ta’ Kontribuzzjoni Kapitali u limitu de minimis għar-rapportar ta’ Kontijiet Depożitarji li fihom Prodotti ta’ Ħlas Elettroniku Speċifikati,
BILLI l-Partijiet Kontraenti ser japplikaw il-liġijiet u l-prattiki rispettivi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data –– b’mod partikolari, għal Andorra, il-Liġi Kwalifikata 29/2021 dwar il-protezzjoni tad-data personali (l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data) (6) u, għall-Unjoni Ewropea, ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) –– għall-ipproċessar ta’ data personali skambjata f’konformità mal-Ftehim u jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw lil xulxin mingħajr dewmien żejjed f’każ ta’ kwalunkwe bidla fis-sustanza ta’ dawk il-liġijiet u l-prattiki,
BILLI d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/625/UE (8) ddikjarat li, għall-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), Andorra titqies li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea,
BILLI r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Jannar 2024 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ewwel rieżami tal-funzjonament tad-deċiżjonijiet ta’ adegwatezza adottati skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE (10) jikkonferma li Andorra qed tkompli tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea,
BILLI l-Istati Membri u Andorra għandhom fis-seħħ: (i) salvagwardji xierqa biex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tasal skont il-Ftehim tibqa’ kunfidenzjali u tintuża biss mill-persuni jew mill-awtoritajiet ikkonċernati għall-finijiet tal-valutazzjoni, tal-ġbir, tal-irkupru, tal-infurzar, tal-prosekuzzjoni, tas-sorveljanza jew tad-determinazzjoni ta’ appelli relatati mat-taxxi, kif ukoll għal finijiet oħra awtorizzati; u (ii) l-infrastruttura għal relazzjoni effettiva ta’ skambju (inklużi proċessi stabbiliti biex jiġu żgurati skambji ta’ informazzjoni f’waqthom, akkurati, siguri u kunfidenzjali, komunikazzjonijiet effettivi u affidabbli, u kapaċitajiet biex jissolvew minnufih mistoqsijiet u tħassib dwar skambji jew talbiet għal skambji u biex jiġu amministrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Ftehim),
BILLI l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, l-Awtoritajiet Kompetenti li jibagħtu u l-Awtoritajiet Kompetenti riċeventi, bħala kontrolluri tad-data, jenħtieġ li jżommu l-informazzjoni pproċessata f’konformità mal-Ftehim għal mhux aktar milli meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet tiegħu u billi, minħabba d-differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri u ta’ Andorra, il-perjodu massimu taż-żamma jenħtieġ li jiġi stabbilit għal kull Parti Kontraenti b’referenza għall-istatut tal-preskrizzjonijiet ipprovdut mil-leġiżlazzjoni domestika dwar it-taxxa ta’ kull kontrollur tad-data,
BILLI l-ipproċessar ta’ informazzjoni skont il-Ftehim huwa meħtieġ u proporzjonat għall-fini li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u ta’ Andorra jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod korrett u inekwivoku lill-kontribwenti kkonċernati, jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tagħhom dwar it-taxxa f’sitwazzjonijiet transfruntiera, jivvalutaw il-probabbiltà li ssir evażjoni tat-taxxa u jevitaw aktar investigazzjonijiet mhux meħtieġa,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-kliem introduttorju bejn it-titolu u l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej “L-UNJONI EWROPEA, u L-PRINĊIPAT TA’ ANDORRA, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘Andorra’, it-tnejn li huma, minn hawn ’il quddiem imsejħin, individwalment, ‘Parti Kontraenti’ u, flimkien, ‘Partijiet Kontraenti’, FTIEHMU LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:” ; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
; |
|
(3) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Anness III, jitħassar is-subparagrafu (ac). |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan il-Protokoll Emendatorju jirrikjedi li jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti f’konformità mal-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija ta’ dawn il-proċeduri. Il-Protokoll Emendatorju għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar wara l-aħħar notifika.
2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 1(2), (3)(b) u (5)(c) ta’ dan il-Protokoll Emendatorju għandu japplika mid-data li fiha l-Prinċipat ta’ Andorra jibda japplika l-CARF mal-Istati Membri kollha.
Artikolu 3
Lingwi
Dan il-Protokoll Emendatorju għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Katalan, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti, debitament awtorizzati għal dan l-għan, iffirmaw dan il-Protokoll Emendatorju.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ dħul minn tfaddil fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/48/oj).
(2) ĠU L 359, 4.12.2004, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/828/oj.
(3) ĠU L 268, 1.10.2016, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2016/1751/oj.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L, 2023/2226, 24.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2226/oj).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/16/oj).
(6) Il-Liġi Kwalifikata 29/2021, tat-28 ta’ Ottubru, dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali (BOPA Nru 119, is-sena 2021 (17 ta’ Novembru 2021)), kif emendata bil-Liġi Kwalifikata 12/2024, tal-15 ta’ Lulju, li temenda l-Liġi Kwalifikata 29/2021, tat-28 ta’ Ottubru, dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali (BOPA Nru 87, is-sena 2024 (7 ta’ Awwissu 2024)).
(7) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/625/UE tad-19 ta’ Ottubru 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta’ data personali pprovduta f’Andorra (ĠU L 277, 21.10.2010, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/625/oj).
(9) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/46/oj).
(10) COM(2024) 7 final.
DIKJARAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET KONTRAENTI
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR ID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-PROTOKOLL EMENDATORJU
Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li huma jistennew li r-rekwiżiti kostituzzjonali ta’ Andorra u r-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar id-dħul fi ftehimiet internazzjonali ser jiġu ssodisfati fil-ħin biex il-Protokoll Emendatorju jkun jista’ jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar 2026. Huma ser jieħdu l-miżuri kollha fis-setgħa tagħhom sabiex jilħqu dak l-għan.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IL-FTEHIM U L-ANNESSI
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-Annessi kif emendati mill-Protokoll Emendatorju tat-13 ta’ Ottubru 2025, li l-Kummentarji tal-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u l-Istandard Komuni ta’ Rapportar, kif ukoll il-Kummentarji tal-Addendum tal-2023 tal-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u tal-aġġornament tal-2023 għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar, jenħtieġ li jkunu sors ta’ spjegazzjoni jew interpretazzjoni sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 5 TAL-FTEHIM
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-Artikolu 5 tal-Ftehim huwa allinjat mal-aħħar standard tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali minqux fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD. Għalhekk, il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5, li l-kummentarju dwar l-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq l-Introjtu u fuq il-Kapital jenħtieġ li jkun sors ta’ interpretazzjoni.
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2025/2400/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)