Brussell, 11.6.2021

COM(2021) 312 final

ANNESS

tal-

Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OSAKP), min-naħa l-oħra






DIKJARAZZJONI TAL-UE DWAR IL-MEZZI TA’ KOOPERAZZJONI U IMPLIMENTAZZJONI

1.    L-UE timpenja ruħha li tikkomunika, mal-ewwel opportunità u sa fejn jippermettu r-regolamenti u l-proċeduri interni tagħha, allokazzjoni indikattiva għal kull wieħed mir-reġjuni tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku rispettivi. L-UE timpenja ruħha wkoll li sussegwentement tikkomunika l-ammont ta’ pakketti reġjonali u nazzjonali għal finijiet ta’ programmazzjoni, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

2.    L-UE tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha li tikkontribwixxi għall-ispejjeż assoċjati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ istituzzjonijiet konġunti u għall-kostijiet operatorji tas-Segretarjat tal-OSAKP fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-protokolli tiegħu.