|
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 54/9 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/257
tas-16 ta’ Diċembru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titolu tal-varjabbli għad-dominju tal-forza tax-xogħol
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex jiġu koperti l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ tispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-forza tax-xogħol. |
|
(2) |
L-għadd ta’ varjabbli li jridu jinġabru ma jaqbiżx b’aktar minn 5 % lill-għadd ta’ varjabbli miġbura għad-dominju tal-forza tax-xogħol fil-mument meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet xierqa ma’ esperti nazzjonali bħala parti mit-tħejjija ta’ dan l-att delegat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għadd u t-titlu tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-forza tax-xogħol huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
L-għadd u t-titlu tal-varjabbli għas-sett tad-data fil-qasam tal-forza tax-xogħol
|
Suġġett |
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem il-varjabbli |
||
|
Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data |
REFYEAR |
Sena tal-istħarriġ |
||
|
REFWEEK |
Ġimgħa ta’ referenza |
||||
|
REFMONTH |
Xahar ta’ referenza |
||||
|
INTWEEK |
Ġimgħa tal-intervista |
||||
|
HHTYPE |
Għajxien f’unità domestika privata jew f’istituzzjoni |
||||
|
STRATUM |
Strat |
||||
|
PSU |
Unità primarja tal-kampjunar |
||||
|
FSU |
Unità finali (jew aħħarija) tal-kampjunar |
||||
|
DEWEIGHT |
Ponderazzjoni tad-disinn |
||||
|
Identifikazzjoni |
IDENT |
Identifikatur uniku |
|||
|
HHNUM |
Numru tas-serje tal-unità domestika |
||||
|
HHSEQNUM |
Numru tas-sekwenza fl-unità domestika |
||||
|
Ponderazzjonijiet |
COEFFQ |
Fattur tal-ponderazzjoni trimestrali |
|||
|
COEFFY |
Fattur tal-ponderazzjoni annwali |
||||
|
COEFF2Y |
Fattur tal-ponderazzjoni għall-varjabbli biennali |
||||
|
COEFFMOD |
Fattur tal-ponderazzjoni annwali — modulu |
||||
|
COEFFHH |
Fattur tal-ponderazzjoni annwali tal-unità domestika |
||||
|
Karatteristiċi tal-intervista |
INTWAVE |
Numru tas-sekwenza ta’ kull mewġa tal-istħarriġ |
|||
|
INTQUEST |
Kwestjonarju użat |
||||
|
MODE |
Il-modalità użata tal-intervista |
||||
|
PROXY |
It-tip ta’ parteċipazzjoni fl-istħarriġ |
||||
|
Lokalizzazzjoni |
COUNTRY |
Pajjiż ta’ residenza |
|||
|
REGION |
Reġjun ta’ residenza |
||||
|
DEGURBA |
Grad ta’ urbanizzazzjoni |
||||
|
Demografija |
SEX |
Ġeneru |
||
|
YEARBIR |
Sena tat-twelid |
||||
|
PASSBIR |
L-aħħar għeluq is-snin |
||||
|
AGE |
Età fi snin magħluqa |
||||
|
Ċittadinanza u sfond migratorju |
CITIZENSHIP |
Pajjiż taċ-ċittadinanza prinċipali |
|||
|
COUNTRYB |
Pajjiż tat-twelid |
||||
|
COBFATH |
Pajjiż tat-twelid tal-missier |
||||
|
COBMOTH |
Pajjiż tat-twelid tal-omm |
||||
|
Raġunijiet għall-migrazzjoni |
MIGREAS |
Raġuni ewlenija għall-migrazzjoni |
|||
|
Kompożizzjoni tal-unità domestika |
HHLINK |
Parentela mal-persuna ta’ referenza fl-unità domestika |
|||
|
Kompożizzjoni tal-unità domestika — dettalji speċifiċi addizzjonali |
HHSPOU |
Numru tas-sekwenza tas-sieħeb/sieħba |
|||
|
HHFATH |
Numru tas-sekwenza tal-missier |
||||
|
HHMOTH |
Numru tas-sekwenza tal-omm |
||||
|
Soġġorn fil-pajjiż |
YEARESID |
Tul tas-soġġorn fil-pajjiż ta’ residenza bħala snin sħaħ |
|||
|
COUNTRPR |
Pajjiż ta’ residenza preċedenti |
||||
|
Status tal-impjieg |
WKSTAT |
Ħidma fil-ġimgħa ta’ referenza |
||
|
ABSREAS |
Raġuni ewlenija għall-assenza tul il-ġimgħa ta’ referenza kollha |
||||
|
JATTACH |
Rabta max-xogħol |
||||
|
EMPSTAT |
Qed taħdem |
||||
|
ILOSTAT |
Status tal-impjieg ILO |
||||
|
It-tieni impjieg jew diversi impjiegi |
NUMJOB |
Għadd ta’ impjiegi |
|||
|
STAPRO2J |
Status tal-impjieg fil-każ tat-tieni impjieg |
||||
|
NACE2J2D |
Attività ekonomika tal-unità lokali għat-tieni impjieg |
||||
|
Tiftix għal impjieg |
SEEKWORK |
Tiftix għal impjieg tul l-erba’ (4) ġimgħat li jintemmu fil-ġimgħa ta’ referenza |
|||
|
SEEKREAS |
Raġunijiet ewlenin għal nuqqas ta’ tiftix ta’ impjieg |
||||
|
ACTMETNE |
Użajt metodu ta’ tiftix attiv biex tfittex impjieg (għall-persuni mhux impjegati) |
||||
|
SEEKDUR |
It-tul tat-tiftix għal impjieg |
||||
|
Ħerqa għax-xogħol |
WANTWORK |
Persuna ħerqana taħdem anke jekk mhix qed tfittex impjieg |
|||
|
WANTREAS |
Raġunijiet ewlenin għal nuqqas ta’ ħerqa għax-xogħol |
||||
|
Sottoimpjieg |
WISHMORE |
Persuna ħerqana taħdem aktar mis-sigħat tas-soltu |
|||
|
Disponibbiltà |
AVAILBLE |
Disponibbli biex tibda taħdem minnufih jew biex taħdem aktar |
|||
|
AVAIREAS |
Raġuni ewlenija għal nuqqas ta’ disponibbli biex tibda taħdem minnufih jew biex taħdem aktar |
||||
|
Post tax-xogħol |
COUNTRYW |
Pajjiż tal-post tax-xogħol għall-impjieg ewlieni |
|||
|
REGIONW |
Reġjun tal-post tax-xogħol għall-impjieg ewlieni |
||||
|
Xogħol mid-dar |
HOMEWORK |
Xogħol mid-dar għall-impjieg ewlieni |
|||
|
Karatteristiċi elementari tal-impjieg |
STAPRO |
Status tal-impjieg fil-każ tal-impjieg ewlieni |
|||
|
NACE3D |
Attività ekonomika tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni |
||||
|
ISCO4D |
Okkupazzjoni tal-impjieg ewlieni |
||||
|
FTPT |
Impjieg ewlieni full-time jew part-time (awtodefinit) |
||||
|
Tul tal-kuntratt |
TEMP |
Permanenza tal-impjieg ewlieni |
|||
|
TEMPDUR |
Tul totali tal-impjieg ewlieni temporanju |
||||
|
Dettalji tal-kuntratt |
TEMPREAS |
Raġuni ewlenija għal impjieg ewlieni temporanju |
|||
|
TEMPAGCY |
Kuntratt ma’ aġenzija tax-xogħol temporanju għall-impjieg ewlieni |
||||
|
Status full-time jew part-time — raġuni |
FTPTREAS |
Raġuni prinċipali għal xogħol part-time fil-każ tal-impjieg ewlieni |
|||
|
Ħaddiem għal rasu dipendenti |
MAINCLNT |
Għadd u importanza ta’ klijenti tull it-12-il xahar li jintemmu bil-ġimgħa ta’ referenza |
|||
|
VARITIME |
Deċiżjoni dwar il-bidu u t-tmiem tal-ħin tax-xogħol |
||||
|
Responsabbiltajiet superviżorji |
SUPVISOR |
Responsabbiltajiet superviżorji tal-impjieg ewlieni |
|||
|
Daqs tal-istabbiliment |
SIZEFIRM |
Daqs tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni |
|||
|
Tiftix għal impjieg ieħor |
LOOKOJ |
Qed tfittex impjieg ieħor |
|||
|
HWWISH |
Għadd ta’ sigħat li l-persuna tixtieq taħdem b’kollox fil-ġimgħa |
||||
|
Ħtiġijiet tal-kura |
NEEDCARE |
Raġuni prinċipali għalfejn il-kura tat-tfal jew tal-qraba inabilitati tillimita l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol |
|||
|
Status tal-attività ewlenija (awtodefinit) |
MAINSTAT |
Status tal-attività ewlenija (awtodefinit) |
|||
|
Livell edukattiv milħuq |
HATLEVEL |
Livell edukattiv milħuq (l-ogħla livell edukattiv mitmum b’suċċess) |
||
|
Livell edukattiv milħuq – dettalji, inkluż edukazzjoni interrotta jew abbandunata |
HATFIELD |
Qasam tal-ogħla livell edukattiv mitmum b’suċċess |
|||
|
HATYEAR |
Sena meta ntemm b’suċċess l-ogħla livell edukattiv milħuq |
||||
|
HATWORK |
Esperjenza tax-xogħol fil-post tax-xogħol bħala parti minn HATLEVEL |
||||
|
Bidu ta’ impjieg |
YSTARTWK |
Sena meta l-persuna bdiet taħdem għall-impjegatur attwali jew għal rasha f’dawn l-impjieg ewlieni |
||
|
MSTARTWK |
Xahar meta l-persuna bdiet taħdem għall-impjegatur attwali jew għal rasha f’dawn l-impjieg ewlieni |
||||
|
Kif instab l-impjieg |
WAYJFOUN |
Servizz pubbliku tal-impjiegi li għen biex jinstab l-impjieg ewlieni attwali |
|||
|
FINDMETH |
L-aktar metodu effettiv użat biex jinstab l-impjieg ewlieni attwali (għall-persuni f’impjieg) |
||||
|
Kontinwità u pawżi tal-karriera |
EXISTPR |
Eżistenza ta’ esperjenza tax-xogħol preċedenti |
|||
|
YEARPR |
Sena meta l-persuna ħalliet l-aħħar impjieg jew negozju |
||||
|
MONTHPR |
Xahar meta l-persuna ħalliet l-aħħar impjieg jew negozju |
||||
|
LEAVREAS |
Raġuni prinċipali għalfejn il-persuna ħalliet l-aħħar impjieg jew negozju |
||||
|
Karatteristiċi elementari tal-aħħar impjieg |
STAPROPR |
Status tal-impjieg fil-każ tal-aħħar impjieg jew negozju |
|||
|
NACEPR2D |
Attività ekonomika tal-unità lokali fejn il-persuna ħadmet l-aħħar |
||||
|
ISCOPR3D |
Okkupazzjoni tal-aħħar impjieg |
||||
|
Ħinijiet tax-xogħol |
CONTRHRS |
Sigħat tax-xogħol kuntrattwali tal-impjieg ewlieni |
||
|
HWUSUAL |
Numru ta’ sigħat fil-ġimgħa li jinħadmu s-soltu fl-impjieg ewlieni |
||||
|
ABSHOLID |
Jiem ta’ assenza mill-impjieg ewlieni minħabba btajjel u liv |
||||
|
ABSILLINJ |
Jiem ta’ assenza mill-impjieg ewlieni minħabba mard, korriment jew diżabilità temporanja tal-persuna stess |
||||
|
ABSOTHER |
Jiem ta’ assenza mill-impjieg ewlieni minħabba raġunijiet oħra |
||||
|
EXTRAHRS |
Sahra jew sigħat żejda maħduma fl-impjieg ewlieni |
||||
|
HWACTUAL |
Numru ta’ sigħat maħduma realment fl-impjieg ewlieni |
||||
|
HWUSU2J |
Numru ta’ sigħat fil-ġimgħa li jinħadmu s-soltu fit-tieni impjieg |
||||
|
HWACTU2J |
Numru ta’ sigħat maħduma realment fit-tieni impjieg |
||||
|
Arranġamenti tal-ħin tax-xogħol |
SHIFTWK |
Xogħol bix-xift fl-impjieg ewlieni |
|||
|
EVENWK |
Xogħol filgħaxija fl-impjieg ewlieni |
||||
|
NIGHTWK |
Xogħol billejl fl-impjieg ewlieni |
||||
|
SATWK |
Xogħol nhar ta’ Sibt fl-impjieg ewlieni |
||||
|
SUNWK |
Xogħol nhar ta’ Ħadd fl-impjieg ewlieni |
||||
|
Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ (4 ġimgħat) |
EDUCFED4 |
Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali (student jew apprendist) fl-aħħar 4 ġimgħat |
||
|
EDUCLEV4 |
Livell tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni jew taħriġ formali fl-aħħar 4 ġimgħat |
||||
|
EDUCNFE4 |
Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ mhux formali fl-aħħar 4 ġimgħat |
||||
|
Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (12-il xahar) |
EDUCFED12 |
Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali (student jew apprendist) fl-aħħar 12-il xahar |
|||
|
EDUCLEV12 |
Livell tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni jew taħriġ formali fl-aħħar 12-il xahar |
||||
|
EDUCNFE12 |
Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ mhux formali fl-aħħar 12-il xahar |
||||
|
Diżabbiltà u elementi oħra tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa |
GENHEALTH |
Awtoperċezzjoni dwar is-saħħa ġenerali |
||
|
Elementi tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa |
GALI |
Limitazzjoni fl-attivitajiet minħabba problemi tas-saħħa |
|||
|
Introjtu mix-xogħol |
INCGROSS |
Paga grossa fix-xahar mill-impjieg ewlieni |
||
|
INCGROSS_F |
Bandiera fuq il-paga grossa fix-xahar mill-impjieg ewlieni |
||||
|
Introjtu mill-benefiċċji tal-qgħad |
REGISTER |
Reġistrazzjoni ma’ Servizz pubbliku tal-impjiegi (PES) |
|||
|
Sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom |
HATPAR |
Livell edukattiv milħuq tal-ġenituri tar-rispondent |
||
|
HATCNTR |
Pajjiż fejn intemm b’suċċess l-ogħla livell edukattiv milħuq |
||||
|
JOBSATISF |
Sodisfazzjon tal-impjieg |
||||
|
DISCRIMI |
Sens ta’ diskriminazzjoni kontrik fuq il-post tax-xogħol fl-impjieg attwali |
||||
|
JOBOBSTA |
Ostaklu ewlieni biex jinkiseb impjieg xieraq |
||||
|
PRKNLANG |
Ħiliet bil-lingwa prinċipali tal-pajjiż ospitanti qabel il-migrazzjoni |
||||
|
LANGHOST |
Ħiliet attwali bil-lingwa prinċipali tal-pajjiż ospitanti |
||||
|
SKILLEQ |
Ekwivalenza tal-ħiliet bejn l-impjieg ewlieni l-ġdid u l-impjieg ewlieni antik |
||||
|
LANGCOUR |
Parteċipazzjoni f’kors dwar il-lingwa prinċipali tal-pajjiż ospitanti |
||||
|
DURFIJOB |
Ħin meħtieġ biex jinstab l-ewwel impjieg imħallas fil-pajjiż ospitanti |
||||
|
ESTQUAL |
Rikonoxximent ta’ kwalifiki formali miksuba barra mill-pajjiż |