19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/83


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2378

tal-15 ta' Diċembru 2017

dwar il-konformità tar-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013

(notifikata bid-dokument C(2017) 8501)

(It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. L-iskema komuni ta' imposti hija element integrali għall-kisba tal-għanijiet tal-iskema ta' prestazzjoni kif stabbilita mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (5) tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, fosthom il-mira tal-kosteffikaċja tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, espressa f'kosti unitarji determinati għall-forniment ta' dawn is-servizzi, għat-tieni perjodu ta' referenza li jkopri u jinkludi s-snin mill-2015 sal-2019.

(3)

Skont l-Artikolu 17(1)(b) u (c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-1 ta' Ġunju 2016 bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1) u 9(2) ta' dak ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni tikkonċerna l-konformità ta' dawn ir-rati unitarji mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha tar-rati unitarji bl-appoġġ tal-Unità ta' Eżami tal-Prestazzjoni ta' Eurocontrol, bl-użu tad-dejta u l-informazzjoni addizzjonali mogħtija mill-Istati Membri sal-1 ta' Novembru 2016. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni qieset ukoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija u l-korrezzjonijiet li saru qabel il-laqgħa konsultattiva dwar ir-rati unitarji għall-2017 għas-servizzi en route, li saret fit-23 ta' Novembru 2016 b'applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, kif ukoll il-korrezzjonijiet tar-rati unitarji li għamlu l-Istati Membri wara li saru komunikazzjonijiet sussegwenti mal-Kummissjoni.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni sabet li r-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti en route mressqa mill-Awstrija, mill-Belġju, mill-Kroazja, minn Ċipru, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mill-Estonja, mill-Finlandja, minn Franza, mill-Ġermanja, mill-Ungerija, mill-Irlanda, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mil-Lussemburgu min-Netherlands, mill-Portugal, mir-Rumanija, mis-Slovakkja, mis-Slovenja, minn Spanja, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit jikkonformaw mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(6)

Skont l-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jiġu avżati dwar dik is-sejba.

(7)

Is-sejba u l-avviż li r-rati unitarji għaż-żoni tal-imposti jikkonformaw mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 huma mingħajr ħsara għall-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti en route stabbiliti fl-Anness jikkonformaw mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta' Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lill-Ungerija, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Iżvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)   ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).


ANNESS

 

Żona tal-imposti

Rata unitarja en route tal-2017 fil-munita nazzjonali (*1)

1

L-Awstrija

72,71

2

Il-Belgju - Il-Lussemburgu

67,46

3

Il-Kroazja

346,74

4

Ċipru

34,32

5

Ir-Repubblika Ċeka

1 134,76

6

Id-Danimarka

450,23

7

L-Estonja

28,46

8

Il-Finlandja

56,23

9

Franza

67,00

10

Il-Ġermanja

69,36

11

L-Ungerija

10 898,29

12

L-Irlanda

29,54

13

L-Italja

80,00

14

Il-Latvja

27,46

15

Il-Litwanja

44,42

16

In-Netherlands

66,26

17

Il-Portugall

40,12

18

Ir-Rumanija

149,21

19

Is-Slovakkja

52,54

20

Is-Slovenja

64,60

21

Spanja - il-Gżejjer Kanarji

58,36

22

Spanja Kontinentali

71,69

23

L-Iżvezja

580,71

24

Ir-Renju Unit

64,54


(*1)  Dawn ir-rati unitarji ma jinkludux ir-rata unitarja amministrattiva msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 u japplikaw għal Stati li huma firmatarji tal-Ftehim Multilaterali tal-Eurocontrol dwar l-imposti tar-rotot.