KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAUT ĠENERALI
SHARPSTON
ippreżentati fil-21 ta’ Mejju 2015 ( 1 )
Kawża C‑569/13
Bricmate AB
vs
Tullverket
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö (l‑Isvezja)]
“Validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina”
|
1. |
Fl-2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea impona dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (iktar ’il quddiem “iċ-Ċina”). Importatur Svediż ta’ madum bħal dan ikkontesta l-ġbir ta’ dak id-dazju fuq l-importazzjonijiet tiegħu. Huwa jallega li r-regolament li jimponi d-dazju huwa vvizzjat minn żbalji ta’ fatt u ta’ analiżi u minn nuqqasijiet min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li tmexxi l-proċedura ta’ investigazzjoni b’mod korrett, partikolarment li tqis ċerti sottomissjonijiet speċifiċi magħmula mill-importatur. It-tilwima issa tinsab quddiem il-Förvaltningsrätten i Malmö (Qorti Amministrattiva, Malmö) li talbet għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità tar-regolament inkwistjoni. |
|
2. |
Kwistjonijiet oħra dwar kontestazzjoni differenti tal-istess regolament kienu rrinvijati lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C‑687/13 Fliesen-Zentrum Deutschland, li fiha jiena wkoll nippreżenta l-konklużjonijiet tiegħi llum. |
Il-kuntest leġiżlattiv u proċedurali
|
3. |
Ir-regoli relattivi għall-impożizzjoni ta’ dazji antidumping jinsabu fir-Regolament Nru 1225/2009 (iktar ’il quddiem “ir-regolament bażiku”) ( 2 ). Id-dazju antidumping inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien impost l-ewwel darba bir-Regolament Nru 258/2011 (iktar ’il quddiem “ir-Regolament provviżorju”) ( 3 ) u mbagħad ikkonfermat, b’aġġustamenti, mir-Regolament Nru 917/2011 (iktar ’il quddiem “ir-regolament definittiv” jew “ir-regolament ikkontestat”) ( 4 ). |
Ir-Regolament bażiku
|
4. |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi l-prinċipju li dazju antidumping jista’ jiġi applikat għal kull prodott oġġett ta’ dumping li l-liberazzjoni tiegħu għal ċirkulazzjoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea tikkawża ħsara. L-Artikolu 1(2) jiddefinixxi prodott oġġett ta’ dumping bħala wieħed li l-prezz tal-esportazzjoni tiegħu għall-Unjoni jkun inqas minn prezz paragunabbli għal prodott simili, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, kif stabbilit għall-pajjiż esportatur. |
|
5. |
L-Artikolu 2 jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli relattivi għad-determinazzjoni ta’ dumping. Essenzjalment, għal prodott partikolari esportat minn pajjiż terz, jiġu stabbiliti valur normali fis-suq domestiku u prezz tal-esportazzjoni għall-Unjoni, u jsir paragun ġust bejn it-tnejn, billi jitqiesu diversi fatturi li jistgħu jinfluwenzaw differenzi bejniethom. Jekk paragun ta’ medji kkalkolati juri li l-valur normali jaqbeż il-prezz tal-esportazzjoni, l-ammont li bih jagħmel hekk ikun il-marġni ta’ dumping. |
|
6. |
L-Artikolu 3 (“Tistabbilixxi l-ħsara”) jipprovdi, b’mod partikolari: “[…] 2. Il-ħsara [għandha] tkun stabbilita billi tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva u għandha tinvolvi eżaminazzjoni objettiva kemm ta’:
3. Fejn għandu x’jaqsam il-volum ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, għandu jingħata kas ta’ jekk kienx hemm żjieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, jew f’termini assoluti jew imqabbla mal-produzzjoni u l-konsum [fl-Unjoni]. Fejn għandu x’jaqsam l-effett ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq prezzijiet, għandu jingħata kas ta’ jekk kienx hemm waqgħat sinifikanti fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping meta mqabbla mal-prezz ta’ prodott simili ta’ l-industrija [tal-Unjoni], jew jekk l-effett ta’ importazzjonijiet bħal dawn huwiex mod ieħor biex iwaqqa’ l-prezzijiet għal grad sinifikanti jew biex jipprevjeni żjidiet fil-prezz, li setgħu jseħħu, sa grad sinifikanti. L-ebda wieħed jew iktar minn dawn il-fatturi ma [jista’] neċessarjament jagħti gwida deċiżiva. […] 5. L-eżaminazzjoni ta’ l-impatt tal-prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-[Unjoni] konċernata għandha tinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi rilevanti u l-indiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija, inkluż il-fatt li l-industrija għadha fi proċess ta’ rkuprar mill-effetti ta’ dumping jew sussidju fil-passat, il-kobor tal-marġini attwali tax-dumping, it-tnaqqis attwali u potenzjali fil-bejgħ, il-profitti, il-produzzjoni, is-sehem fis-suq, il-produttività, ir-redditu fuq l-investimenti, l-utilizzazzjoni tal-volum; fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet [tal-Unjoni]; effetti negattivi attwali u potenzjali fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-flus, l-inventarji, il-pagi, it-tkabbir, l-abilità li l-kapital jew investimenti jiġu mgħollija. Il-lista ma [ttemmx] kollox, u lanqas ma jistgħu, wieħed jew iktar minn dawn il-fatturi, neċessarjament jagħtu gwida deċiżiva. 6. Għandu jiġi muri, mill-evidenza rilevanti kollha ppreżentata fejn jidħol il-paragrafu 2, li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping qegħdin jikkawżaw ħsara skond it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. B’mod speċifiku, dan għandu jinvolvi dimostrazzjoni li l-volum u/jew il-livelli tal-prezzijiet identifikati skond il-paragradfu 3 huma responsabbli għal impatt fuq l-industrija [tal-Unjoni] kif stabbilita fil-paragrafu 5, u li dan l-impatt jeżisti sa grad li jagħmlu possibbli li jiġi kklasifikat bħala materjali. […]” |
|
7. |
L-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku jirrigwarda t-teħid ta’ kampjuni. B’mod partikolari, meta l-għadd ta’ dawk li jilmentaw, esportaturi jew importaturi, tipi ta’ prodott jew tranżazzjonijiet ikunu kbar, l-investigazzjoni tista’ tiġi limitata għal għadd raġonevoli ta’ partijiet, prodotti jew tranżazzjonijiet billi jintużaw kampjuni li jkunu statistikament validi abbażi ta’ informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għażla (Artikolu 17(1)). Tingħata preferenza għall-għażla ta’ kampjun b’konsultazzjoni ma’, u bil-kunsens tal-partijiet ikkonċernati, sakemm partijiet bħal dawn jagħmlu lilhom infushom magħrufa u jagħmlu biżżejjed informazzjoni disponibbli (Artikolu 17(2)). |
|
8. |
L-Artikolu 20 huwa intitolat “L-iżvelar”. L-Artikolu 20(1) jgħid: “Min jagħmel l-ilment, l-importaturi u l-esportaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiż ta’ esportazzjoni, jistgħu jitolbu żvelar tad-dettalji taħt il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet fuq il-bażi li fuqha ġew imposti l-miżuri [provviżorji]. Talbiet għal żvelar bħal dan għandhom [isiru] bil-miktub immedjatament wara l-impożizzjoni tal-miżuri [provviżorji], u l-iżvelar għandu jsir bil-miktub [kemm jista’ jkun malajr] wara.” |
Il-proċedura antidumping u r-Regolament provviżorju
|
9. |
Il-Kummissjoni tat avviż ta’ tnedija ta’ proċedura antidumping dwar importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina fiċ-Ċina fid-19 ta’ Ġunju 2010 ( 5 ). L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 (iktar ’il quddiem “il-perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami ta’ xejriet għall-finijiet tal-analiżi tal-ħsara u tal-kawżalità kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Marzu 2010. |
|
10. |
Bricmate AB (iktar ’il quddiem “Bricmate”) wieġbet għat-talba fl-avviż għal partijiet interessati sabiex jagħmlu lilhom infushom magħrufa u ntgħażlet mill-Kummissjoni sabiex tieħu sehem fl-investigazzjoni, f’kampjun ta’ seba’ importaturi mhux relatati (importaturi indipendenti li ma jkollhom ebda rabta ma’ ebda importatur partikolari). Bricmate wieġbet il-kwestjonarju li ntbagħtilha fl-10 ta’ Settembru 2010. Hija qalet, inter alia, li l-madum li hija kienet importat miċ-Ċina kien ta’ kwalità partikolarment għolja, minkejja li kellu l-istess numri ta’ kontroll tal-prodott (iktar ’il quddiem “NKP”) bħal ta’ madum inferjuri, li miegħu ma setax jitqabbel, u li ċerti partijiet minnu kienu ġew f’qisien, jew kienu nħadmu bl-użu ta’ teknika ta’ tqattigħ, li ma setgħetx tinkiseb mingħand produtturi tal-Unjoni. |
|
11. |
Fis-16 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament provviżorju, li l-Artikolu 1(1) tiegħu impona dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ “ċangaturi u ċangar taċ-ċeramika [iggleżjati u] mhux igglejżjati, madum għall-qigħan tal-fuklari jew għall-ħitan, taċ-ċeramika glejżjata jew mhix igglejżjata; kubi tal-mużajk taċ-ċeramika glejżjata jew mhix igglejżjata u oġġetti simili, sew jekk impoġġija fuq dahar jew le li fil-preżent jaqgħu fil-[kodiċijiet] NM 6907 10 00, 6907 90 20, 6907 90 80, ( 6 ) 6908 10 00, 6908 90 11, 6908 90 20, 6908 90 31, 6908 90 51, 6908 90 91, 6908 90 93 u 6908 90 99, u li joriġinaw miċ-[Ċina]”. |
|
12. |
Skont l-Artikolu 1(2), ir-rata tad-dazju provviżorju antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti inkwistjoni mmanifatturati minn ċerti kumpaniji elenkati [fl-Anness I] kienet tvarja bejn 26.2 % u 36.6 %, b’rata ta’ 73.0 % tiġi applikata għal dawk maħduma mill-kumpaniji l-oħra kollha. |
|
13. |
Il-premessi 27 sa 32 tar-Regolament provviżorju, bit-titolu “Prodott simili”, jgħidu dan li ġej:
|
|
14. |
Il-premessi 68 sa 111 tar-Regolament provviżorju analizzaw il-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, u kkonkludew li kienet ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-regolament bażiku. |
|
15. |
Skont il-premessi 71 u 72, matul il-perjodu mill-2007 u l-perjodu tal-investigazzjoni, il-konsum fl-Unjoni naqas b’29 %, b’mod partikolari (bi 13 %), bejn l-2007 u l-2008 u (bi 8 % kif imqabbel mal-2009) fil-perjodu tal-investigazzjoni. Il-konsum fl-Unjoni kien stabbilit billi żdiedu l-volum tal-importazzjonijiet (abbażi ta’ dejta tal-Eurostat) u l-volum tal-bejgħ minn produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (abbażi ta’ dejta vverifikata mogħtija minn assoċjazzjonijiet ta’ produtturi nazzjonali u Ewropej). Wara segwiet it-Tabella 1:
|
|
16. |
Fil-premessa 73, il-Kummissjoni qalet: “Il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żviluppaw kif stabbilit hawn taħt. It-tendenzi tal-kwantità u tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq id-dejta tal-Eurostat.” Wara segwiet it-Tabella 2:
|
|
17. |
It-Tabella 11 tal-premessa 96 turi l-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta’ unità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni:
|
|
18. |
Abbażi, inter alia, ta’ dawk il-figuri, il-Kummissjoni analizzat il-kawżalità tal-ħsara materjali fil-premessi 112 sa 136. Il-premessi 113 sa 116, bit-titolu “Impatt tal-importazzjonijiet miċ-Ċina”, jgħidu hekk:
|
|
19. |
Fil-premessi 117 sa 134, il-Kummissjoni eżaminat kawżi oħra li seta’ kien hemm tal-ħsara, u kkonkludiet fil-premessi 135 u 136:
|
|
20. |
Bit-titolu “L-interess tal-importaturi’, il-Kummissjoni qalet, inter alia:
|
Żviluppi proċedurali
|
21. |
Fil-15 ta’ April 2011, Bricmate tat ir-reazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għar-regolament provviżorju, billi lmentat li l-Kummissjoni kienet naqset milli teżerċita l-kura dovuta, li tosserva d-drittijiet tad-difiża ta’ Bricmate u li tkun konformi mal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, b’mod partikolari billi naqset milli twieġeb għall-osservazzjonijiet ta’ Bricmate dwar xejriet fil-prezzijiet, paragunabbiltà tal-prodotti u d-disponibbiltà ta’ prodotti simili fis-suq tal-Unjoni. |
|
22. |
Fl-1 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni bagħtet lil Bricmate dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali (essenzjalment abbozz ta’ regolament definittiv) li abbażi tiegħu hija pproponiet li tirrakkomanda li l-Kunsill jimponi miżuri antidumping definittivi. Il-punt 77 ta’ dak id-dokument kien jgħid: “Dwar dak li għandu x’jaqsam mad-disparitajiet fl-istatistika nnotati mill-partijiet interessati kkonċernati, tqies li dawn ma kinux kbar ħafna, mingħajr impatt sinjifikattiv fuq id-determinazzjonijiet globali magħmula. Għalhekk, la hemm ħtieġa, u lanqas raġuni għalfejn id-dejta użata tiġi emendata.” |
|
23. |
Fl-istess data l-Kummissjoni wieġbet għall-kummenti ta’ Bricmate tal-15 ta’ April 2011, billi ma laqgħetx l-ilmenti tagħha. B’mod partikolari hija aċċertat lil Bricmate li l-fehmiet tagħha kienu tqiesu u qalet: “Nuqqas ta’ paragunabbiltà tal-prodotti bejn iċ-Ċina u l-Unjoni. Prodotti maħduma fiċ-Ċina ma jistgħux jinstabu banda oħra. Importaturi żgħar ma jkunux jistgħu jixtruhom. Risposta: Fir-regolament provviżorju (premessi 27-32), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prodotti maħduma fiċ-Ċina kienu paragunabbli ma’ dawk magħmula fl-Unjoni. Is-sottomissjoni tal-klijenta tiegħek tqieset ukoll. Abbażi ta’ dan, intennu dak li kien [ġie] diġà osservat fil-premessi 144-145 tar-regolament provviżorju, jiġifieri li l-prodott ikkonċernat jinħadem f’għadd tassew kbir ta’ pajjiżi li ma jagħmlux dumping. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda evidenza bħala prova li jkun hemm nuqqas kbir ta’ provvista f’każ ta’ impożizzjoni ta’ miżuri fuq madum taċ-ċeramika miċ-Ċina.” |
|
24. |
Bricmate ippreżentat osservazzjonijiet ulterjuri fil-11 ta’ Lulju 2011, fejn għal darba oħra tilmenta li s-sottomissjonijiet tagħha ma kinux tqiesu. Fil-15 ta’ Lulju 2011, hija ssupplimentat dawk l-osservazzjonijiet u sostniet li figuri tal-Eurostat urew żieda minflok tnaqqis fil-prezzijiet medji għall-importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika miċ-Ċina. |
|
25. |
B’ittra tas-27 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni wieġbet għall-osservazzjonijiet ta’ Bricmate, billi għal darba oħra ma laqgħetx l-ilmenti ta’ Bricmate. B’mod partikolari qalet li l-premessa 145 tar-regolament provviżorju tagħmel riferiment speċifikatament għal Bricmate. Bricmate wieġbet fit-23 ta’ Awwissu 2011, u sostniet l-ilmenti tagħha u akkużat lill-Kummissjoni li kienet qed tkun parzjali fid-dejta tagħha. |
|
26. |
Matul dak l-istadju proċedurali, żewġ entitajiet oħra (ENMON GmbH, kumpannija importatriċi Ġermaniża, u l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Barrani, assoċjazzjoni Ewropea ta’ operaturi ekonomiċi) – iżda mhux Bricmate – bagħtu sottomissjonijiet lill-Kummissjoni u nnotaw, inter alia, li ċerta statistika tal-Eurostat użata fir-regolament provviżorju, dwar volumi u prezzijiet ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, dehru li ma kinux plawżibbli. ENMON ġibdet l-attenzjoni b’mod partikolari għal diskrepanzi b’rabta ma’ importazzjonijiet għal Spanja fl-2009. |
Ir-Regolament definittiv
|
27. |
Fit-12 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament definittiv, li l-Artikolu 1(1) tiegħu impona dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-istess prodotti bħal tar-Regolament provviżorju. |
|
28. |
Skont l-Artikolu 1(2), ir-rata tad-dazju definittiv kienet tvarja bejn 26.3 % u 36.5 % għal prodotti maħduma mill-kumpaniji elenkati, b’rata ta’ 69.7 % li tiġi applikata għal dawk tal-kumpaniji l-oħra kollha. |
|
29. |
Id-determinazzjoni tal-ħsara ġiet analizzata fil-premessi 99 sa 137, billi ġew eżaminati u mwarrba ħafna mill-oġġezzjonijiet għall-analiżi u għall-konklużjonijiet tar-regolament provviżorju. B’mod partikolari, fil-premessa 108, il-Kunsill qal: “Għal dak li jirrigwarda l-evoluzzjoni tal-prezzijiet Ċiniżi, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet indikati fil-premessa 73 tar-Regolament provviżorju kienu bbażati fuq l-istatistika tal-Eurostat. Tqajmu dubji dwar l-eżattezza tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni lejn ċerti Stati Membri iżda ma ġie kkonfermat l-ebda tibdil fl-istatistika uffiċjali. Fi kwalunkwe eventwalità, qed jiġi mfakkar li d-dejta tal-Eurostat intużat biss sabiex jiġu stabbiliti t-tendenzi ġenerali u li anki jekk il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom jiġu aġġustati sabiex [jiżdiedu, il-kwadru] ġenerali tad-dannu xorta waħda jibqa’ l-istess b’marġini għolja għat-twaqqigħ fil-prezzijiet u l-bejgħ. F’dan il-kuntest għandu jiġi nnotat li għall-kalkolu tal-marġini kemm tad-dannu kif ukoll tad-dumping ma ntużatx id-dejta tal-Eurostat. Intużat biss dejta verifikata minn kumpaniji li fihom saru żjarat sabiex jiġi determinat il-livell tal-marġini. Għalhekk, anki jekk jinstabu d-diskrepanzi mal-istatistika, dan ma għandu jkollu l-ebda impatt fuq il-livell tal-marġini żvelati.” |
|
30. |
Il-kawżalità hija eżaminata b’mod simili fil-premessi 138 sa 169, b’konklużjoni fil-premessa tal-aħħar: “L-ebda wieħed mill-argumenti sottomessi mill-partijiet interessati ma juri li l-impatt ta’ fatturi oħra minbarra l-importazzjonijiet dumped miċ-Ċina huwa tali li jinterrompi l-kawżalità bejn l-importazzjonijiet dumped u d-dannu li nstab. Il-konklużjonijiet dwar il-kawżalità fir-Regolament provviżorju qegħdin b’dan jiġu kkonfermati.” |
|
31. |
Is-sezzjoni bit-titolu “Interess tal-importaturi” fiha l-premessi li ġejjin:
|
|
32. |
Fil-15 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni bagħtet lil Bricmate ittra finali sabiex twieġeb għall-osservazzjonijiet tagħha tat-23 ta’ Awwissu 2011, u fejn għal darba oħra ċaħdet l-ilmenti tagħha. |
Il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali
|
33. |
Ir-rikors ta’ Bricmate għall-annullament tar-regolament definittiv, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-24 ta’ Novembru 2011, ġie ddikjarat inammissibbli fil-21 ta’ Jannar 2014, minħabba li r-rikorrent ma kienx milqut individwalment mir-regolament definittiv u minħabba li r-regolament definittiv kien jimplika miżuri ta’ implementazzjoni li setgħu jiġu kkontestati quddiem l-awtoritajiet nazzjonali. ( 7 ) |
Il-proċeduri nazzjonali, domandi preliminari u proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
34. |
Wara l-adozzjoni tar-regolament definittiv, it-Tullverket (is-Servizz Doganali Svediż) impona dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet minn Bricmate ta’ madum taċ-ċeramika miċ-Ċina, bir-rati speċifikati għall-prodotti tal-esportaturi Ċiniżi rilevanti. Bricmate bdiet proċeduri quddiem il-Förvaltningsrätten i Malmö, li bihom ikkontestat 32 evalwazzjoni magħmula mit-Tullverket bejn il-31 ta’ Ottubru 2011 u t-28 ta’ Mejju 2012. F’dawk il-proċeduri Bricmate ressqet żewġ motivi, bl-ewwel wieħed maqsum f’żewġ partijiet. (Għar-ratio materiae ta’ dawk l-motivi, ara iktar ’il quddiem, il-punt 37 u l-analiżi tiegħi sussegwenti tad-domanda preliminari.) |
|
35. |
Il-qorti adita bil-kawża sabet li ma setgħetx tiċħad l-argumenti ta’ Bricmate bħala manifestament infondati. Sabiex tiddeċiedi jekk id-dazji antidumping imposti mit-Tullverket kellhomx jiġu kkanċellati kien jeħtieġ isir magħruf jekk ir-regolament definittiv kienx validu. Dik kienet ħaġa li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja biss setgħet tiddeċiedi, u għalhekk kellha ssir talba għal deċiżjoni preliminari. Barra minn hekk, il-qorti nazzjonali kienet taf li Bricmate kienet fetħet kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, li l-ammissibbiltà tagħha kienet ikkontestata mill-Kunsill u mill-Kummissjoni. Għalhekk, bl-għarfien tal-ħtieġa li jkun żgurat eżami effettiv tal-kwistjoni u li jitħares id-dritt ta’ Bricmate għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, il-Förvaltningsrätten i Malmö ressaq talba għal deċiżjoni preliminari dwar id-domanda li ġejja: “[Ir-regolament definittiv] huwa invalidu għal xi waħda mir-raġunijiet segwenti:
|
|
36. |
Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn Bricmate, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, li lkoll ippreżentaw argument orali fis-seduta tat-3 ta’ Diċembru 2014. |
|
37. |
Dawk is-sottomissjonijiet kollha indirizzaw id-domanda preliminari abbażi tal-motivi ta’ Bricmate fil-kawża prinċipali. F’dan id-dawl, il-punti 1 u 2 tad-domanda jikkorrispondu għall-ewwel parti tal-ewwel motiv; il-punt 3 għat-tieni parti ta’ dak il-motiv; u l-punti 4 sa 6 għat-tieni motiv. Nieħu l-istess approċċ fl-analiżi tiegħi. |
Analiżi
L-ewwel parti tal-ewwel motiv fil-kawża prinċipali (żball manifest ta ’ fatt u żball manifest ta ’ evalwazzjoni; punti 1 u 2 tad-domanda preliminari)
Statistika
|
38. |
Il-bażi tal-argumenti ta’ Bricmate dwar il-validità tar-regolament ikkontestat huma żewġ żbalji evidenti fil figuri użati. |
|
39. |
L-ewwel nett, Bricmate tinsisti, u l-Kummissjoni kkonfermat fis-sottomissjonijiet tagħha bil-miktub, li l-figura ta’ 66023000 m2 għall-importazzjonijiet tal-Unjoni miċ-Ċina ( 8 ) matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet stmata żżejjed. Il-Kummissjoni tgħid li kellha tkun 64821000 m2; Bricmate issostni li kellha tkun 58176269 m2, għalkemm jiena ma nista’ nsib ebda prova speċifika fil-fajl tal-kawża li ssostni dik il-figura. |
|
40. |
Madankollu, Bricmate tinnota diskrepanza oħra fil-figuri għall-importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika skont il-kodiċi NM 6907 90 99 ( 9 ) miċ-Ċina għal Spanja f’Novembru 2009, li affettwat prezzijiet u volumi għas-sena kalendarja 2009 u għall-perjodu tal-investigazzjoni. |
|
41. |
Il-figuri oriġinali tal-Eurostat għall-aħħar tliet xhur tal-2009, kważi identiċi għal dawk mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli kienu kif ġej:
|
|
42. |
Abbażi, (inter alia) ta’ dawk il-figuri, id-dejta ta’ Eurostat uriet importazzjonijiet ta’ 10378191 m2 ta’ madum taċ-ċeramika (il-kodiċijiet NM kollha) miċ-Ċina għal Spanja fl-2009 (10698368 m2 għall-perjodu tal-investigazzjoni) għal prezz ta’ EUR 24891014 (EUR 27658131 għall-perjodu tal-investigazzjoni), li jammontaw għal EUR 2.40/m2 (EUR 2.59/m2 għall-perjodu tal-investigazzjoni, miġjuba sal-eqreb ċenteżmu fiż-żewġ każijiet). |
|
43. |
F’korrispondenza ma’ Bricmate f’Ottubru u f’Novembru 2011, l-awtoritajiet Spanjoli rrikonoxxew li kien hemm żball, iżda qalu li ma setax jiġi kkoreġut uffiċjalment f’dak l-istadju tard. L-istituzzjonijiet qalu li la l-Kummissjoni u lanqas Eurostat (li tifforma parti mill-Kummissjoni) ma setgħu jemendaw il-figuri mingħajr korrezzjoni uffiċjali mill-awtoritajiet Spanjoli. Madankollu fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha l-Kummissjoni tirreferi għal dikjarazzjoni ta’ Eurostat bid-data tas-27 ta’ Jannar 2014 li kienet tindika li l-figuri korretti għall-kodiċi NM 6907 90 99 kienu 881773.77 m2 ( 10 ) minflok 7372603.49 m2 għas-sena kalendarja 2009 u 64940.30 m2 minflok 6565771.02 m2 ( 11 ) għax-xahar ta’ Novembru. |
|
44. |
Fid-dawl tar-rikonoxximenti ċari fis-sottomissjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni, ser nipproċedi fuq il-bażi li l-figuri li Bricmate issostni li ma humiex korretti kienu tabilħaqq mhux korretti. Dwar l-ewwel żball (importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 6908 90 99 għall-Unjoni fl-intier tagħha), naċċetta l-figura kkoreġuta tal-Kummissjoni, u ser nassumi li tapplika għal importazzjonijiet kemm għall-2009 kif ukoll għall-perjodu tal-investigazzjoni. Dwar it-tieni żball (importazzjonijiet skont il-kodiċi NM 6907 90 99 għal Spanja għal Novembru 2009), naċċetta l-figura kkoreġuta mogħtija minn Eurostat f’Jannar 2014, li hija kemm għas-sena kalendarja 2009 kif ukoll għall-perjodu tal-investigazzjoni. Abbażi ta’ dan, il-figuri fit-Tabelli 1 u 2 tar-regolament provviżorju ( 12 ) jeħtiġilhom jiġu emendati. |
|
45. |
Għalhekk ikkalkolajt mill-ġdid dawk il-figuri. Fil-kalkoli tiegħi naqqast f’kull tabella:
|
|
46. |
Konsegwentement, naqqast total ta’ 7692830 m2 mill-volum ta’ importazzjonijiet għall-2009 u 7702831 m2 mill-volum għall-perjodu tal-investigazzjoni. |
|
47. |
Aġġustajt il-figuri fit-Tabella 2, li ġew mill-figuri tal-importazzjoni, bħala konsegwenza. |
|
48. |
Għas-sehem tas-suq minn importazzjonijiet miċ-Ċina, ikkalkolajt il-perċentwali tal-konsum totali kkoreġut fit-Tabella 1 li jagħmlu tajjeb għalih importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
49. |
Ikkalkolajt il-prezz għal kull metru kwadru ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina kif ġej. L-ewwel nett, minħabba li Bricmate ma kkontestatx l-ispiża totali tal-importazzjonijiet matul il-perijodi kkunsidrati, jiena stabbilejt dik l-ispiża totali billi mmultiplikajt il-prezz għal kull metru kwadru fit-Tabella 2 bil-volum ta’ importazzjonijiet oriġinarjament mogħtija fir-regolament provviżorju. Wara ddividejt dik l-ispiża totali bil-volum ikkoreġut tal-importazzjonijiet sabiex nasal għal prezz ikkoreġut għal kull metru kwadru. |
|
50. |
Fl-aħħar nett, ivverifikajt dak li jidher li kien żball fl-indiċi għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet bejn l-2007 u l-2008 (104 minflok 105). |
|
51. |
It-tabelli rriveduti, bl-użu tal-istess format ( 13 ) u tal-istess grad ta’ qtugħ għad-dritt bħal fl-oriġinali, huma kif ġej: Tabella 1 – Konsum
Tabella 2 – Importazzjonijiet miċ-Ċina
|
Sottomissjonijiet
|
52. |
Bricmate targumenta li l-konklużjonijiet tar-regolament definittiv kienu bbażati fuq żbalji manifesti ta’ fatt (żbalji fl-istatistika) li wasslu għal żball manifest ta’ evalwazzjoni. Billi tuża l-figuri aġġustati skont il-kalkoli tagħha ( 14 ), hija tissottometti fil-kawża prinċipali li:
Bricmate ma taqbilx ukoll mal-allegata korrelazzjoni bejn żieda fis-sehem tas-suq tal-esportaturi Ċiniżi u tnaqqis fil-profitti tal-industrija tal-Unjoni (premessa 113 tar-regolament provviżorju), li hija tqis li huwa żball manifest ta’ evalwazzjoni. Din tisħaq li:
|
|
53. |
Barra minn dawk l-iżbalji, Bricmate tqis li dak li tgħid il-premessa 108 tar-regolament definittiv (li “anki jekk il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom jiġu aġġustati sabiex [jiżdiedu, il-kwadru] ġenerali tad-dannu xorta waħda jibqa’ l-istess b’marġini għolja għat-twaqqigħ fil-prezzijiet u l-bejgħ”) huwa żball manifest ta’ evalwazzjoni għal tliet raġunijiet:
|
|
54. |
Bricmate tqis li, kieku l-Kunsill kellu l-figuri korretti għad-dispożizzjoni tiegħu, ma kienx ikun jista’ jikkonkludi li importazzjonijiet miċ-Ċina kienu kawża sinjifikattiva tal-ħsara li l-industrija tal-Unjoni tilmenta dwarha. |
|
55. |
Il-Kunsill jinnota li Bricmate ma qajmet l-ebda kwistjoni dwar kemm kienet preċiża d-dejta ta’ Eurostat qabel ma wieġbet għad-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali fil-15 ta’ Lulju 2011 (dwar l-ewwel żball) jew qabel ma kien hemm il-proċeduri fil-qorti nazzjonali (dwar id-diskrepanza fil-figuri għal Spanja). Importaturi oħra fil-fatt qajmu l-ewwel punt iżda ma identifikawx il-kodiċi NM rilevanti b’mod suffiċjenti sabiex l-allegat żball jiġi indirizzat. Dwar id-diskrepanza fil-figuri għal Spanja f’Novembru 2009, l-istituzzjonijiet kien jeħtiġilhom jieħdu d-dejta uffiċjali ta’ Eurostat bħala l-bażi tagħhom; dik id-dejta ma kinitx emendata minħabba li Eurostat togħqod fuq dejta miġbura minn korpi nazzjonali u d-dejta Spanjola ma kinitx emendata, bl-ewwel konferma uffiċjali ta’ żball issir wara l-adozzjoni tar-regolament definittiv. |
|
56. |
Madankollu, anki kieku ntużat id-dejta ta’ Bricmate, il-konklużjonijiet ma kinux ikunu differenti. L-ewwel nett, l-evalwazzjoni hija bbażata fuq firxa ta’ indikaturi differenti, li l-ebda wieħed minnhom ma jista’ jkun deċiżiv (Artikolu 3(3) u (5) tar-regolament bażiku). Meta dawk l-indikaturi kollha jittieħdu flimkien, ir-riżultat ikun għadu ċar, anki jekk inqas jispikka meta l-figuri ta’ Eurostat jiġu aġġustati: għandu jkun hemm marġnijiet għolja ta’ twaqqigħ fil-prezzijiet; il-fatturi tal-ħsara u l-indikaturi makroekonomiċi kważi kollha ma humiex affettwati, kif ma humiex affettwati d-dejta mikroekonomika vverifikata mingħand il-produtturi tal-Unjoni li jkunu tteħdulhom kampjuni; u l-evalwazzjoni tal-ħsara u l-marġnijiet ta’ dumping ma kinux ibbażati fuq dejta ta’ Eurostat. F’kull każ, l-aġġustamenti fid-dejta tal-Eurostat jew ma humiex sinjifikattivi jew ma jaffettwawx il-konklużjonijiet dwar is-sehem tas-suq jew id-differenzjali tal-prezzijiet. Barra dan, l-istituzzjonijiet wettqu evalwazzjoni dinamika tal-fatturi kollha tal-ħsara tul il-perjodu kollu inkwistjoni. |
|
57. |
Il-Kummissjoni taċċetta li l-figuri tal-importazzjonijiet li sar riferiment għalihom minn Bricmate ma kinux korretti, iżda tissottometti li ma kinux skorretti b’mod ovvju meta kienu ġew adottati r-regolament provviżorju u r-regolament definittiv, u b’hekk ma kienx hemm kwistjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni. Bħall-Kunsill, hija tissottometti li l-evalwazzjonijiet kienu bbażati fuq firxa wiesgħa ta’ fatturi, mhux biss id-dejta ta’ Eurostat, u li l-konklużjonijiet ma kinux ikunu differenti anki kieku dik id-dejta kienet ġiet aġġustata. |
Analiżi
|
58. |
Sa fejn ir-regolament definittiv kien ibbażat fuq dejta mhux korretta, dan kien ibbażat fuq żbalji ta’ fatt. Bricmate tqis li dawk l-iżbalji ta’ fatt kienu kemm gravi kif ukoll manifesti, u taw lok għal żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li affettwaw, parzjalment, il-konklużjonijiet dwar il-ħsara lill-industrija tal-Unjoni u, partikolarment, il-konklużjonijiet dwar ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u dik il-ħsara, u li ż-żewġ tipi ta’ żball, ikkunsidrati flimkien, jikkostitwixxu motivi sabiex ir-regolament ikkontestat jiġi ddikjarat invalidu. |
|
59. |
Skont ġurisprudenza stabbilita, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jgawdu minn diskrezzjoni wiesgħa fil-qasam, b’mod partikolari, ta’ miżuri antidumping, minħabba l-kumplessità tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi, politiċi u legali li huma jkollhom jeżaminaw. “Fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ tali evalwazzjoni, dan għandu għalhekk ikun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli tal-proċedura, tal-preċiżjoni materjali tal-fatti kkunsidrati sabiex saret l-għażla kkontestata, tal-assenza ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti, jew tal-assenza ta’ użu ħażin ta’ poter.” ( 16 ) |
|
60. |
Madankollu, dan l-aspett tal-każ ma jinvolvix xi kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ regoli proċedurali, u ma hemm ebda suġġeriment ta’ użu ħażin ta’ poteri. In-nuqqas ta’ preċiżjoni ta’ ċerti fatti hija rrikonoxxuta. L-allegati żbalji ta’ evalwazzjoni kollha ġejjin minn dak in-nuqqas ta’ preċiżjoni, mhux minn evalwazzjoni żbaljata ta’ fatti li oriġinarjament kienu ddikjarati b’mod preċiż. |
|
61. |
F’dak il-kuntest, jiena tal-fehma li s-sempliċi eżistenza ta’ żbalji fattwali – kienu kemm kienu manifesti – ma għandhiex minnha nfisha timplika l-invalidità awtomatika ta’ regolament antidumping. Dak li jimporta ma huwiex kemm kienu ovvji l-iżbalji iżda jekk kinux tali li jirrendu inċert jekk il-Kunsill kienx jasal għall-istess konklużjonijiet kieku kellu l-figuri korretti għad-dispożizzjoni tiegħu ( 17 ). |
|
62. |
Madankollu, ninnota li l-figuri żbaljati għall-importazzjonijiet għal Spanja juru l-volum f’metri kwadri għal Novembru 2009 bħala kważi 100 darba ikbar minn dak għal Ottubru u kważi 70 darba ikbar minn dak għal Diċembru, għalkemm il-volum f’kilogrammi u l-valur f’euro baqgħu ftit jew wisq kostanti tul l-istess perjodu. Barra minn hekk, il-figuri għall-volum f’kilogrammi u l-valur f’euro huma koerenti tul it-tliet xhur, u dawk għall-volum f’metri kwadri huma koerenti bejn Ottubru u Diċembru. Għalhekk, naħseb li kellu jkun ovvju għal kull min kien qed jara dawk il-figuri li wisq probabbli kien hemm żball u li kien hemm ħtieġa ta’ verifika. Dwar dan il-Kummissjoni spjegat fis-seduta li l-anomalija ma kinitx evidenti qabel ma dehru l-figuri ta’ kull xahar għall-importazzjonijiet għal Spanja skont kull kodiċi NM, li d-dipartiment li kien qed jinvestiga d-dumping ma kienx kiseb figuri ddettaljati bħal dawk qabel ma kien avżat dwar id-diskrepanza fi stadju tard tal-investigazzjoni, u li wara li kisibhom, dan ivverifika sabiex jara jekk kinux biddlu l-analiżi b’xi mod, kif jingħad fil-premessa 108 tar-regolament definittiv. |
|
63. |
F’dawk iċ-ċirkustanzi, ma naħsibx li l-Kummissjoni għandha tiġi kkritikata żżejjed talli naqset milli tidentifika l-iżball qabel. |
|
64. |
Aspett ieħor tal-argument li nqis irrilevanti huwa l-fatt li Bricmate ma semmitx l-iżbalji tal-istatistika l-iktar sinjifikattivi qabel ma ntemmet l-investigazzjoni antidumping. Din hija talba għal deċiżjoni preliminari minn qorti nazzjonali, u l-unika domanda hija jekk ir-regolament ikkontestat huwiex fil-fatt ivvizzjat minn xi difett. Ma hemmx rekwiżit proċedurali li difett bħal dan kellu jitressaq għall-attenzjoni tal-istituzzjonijiet f’perjodu ta’ żmien partikolari. |
|
65. |
Ngħaddi, għalhekk, għall-qofol tal-kwistjoni: sa fejn x’aktarx l-użu tal-figuri korretti seta’ affettwa l-evalwazzjoni tad-dumping? Sabiex inwieġeb din il-mistoqsija nsibha utli li nippreżenta l-figuri rilevanti tat-Tabelli 1, 2 u 11 tar-Regolament provviżorju (inklużi l-figuri kemm mhux ikkontestati kif ukoll dawk ikkoreġuti) f’tabella waħda, u nżid ċerti ringieli ta’ “indiċi” u “bidla sena wara sena” sabiex il-paragun jitħaffef, b’mod li l-indiċi jieħu bħala l-punt tat-tluq tiegħu l-valur ta’ 100 għas-sena kalendarja 2007 (għalkemm int u taqra l-espressjoni “bidla sena wara sena”, it-twissija tibqa’ li s-sena kalendarja 2009 u l-perjodu tal-investigazzjoni – mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 – jidħlu f’xulxin kunsiderevolment sa ċertu punt): |
|
66. |
Abbażi ta’ dan, insib li l-asserzjonijiet ta’ Bricmate, li jinsabu fil-punt 52 iktar ’il fuq, huma parzjalment korretti:
|
|
67. |
Kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni jargumentaw, essenzjalment, li l-Kummissjoni eżaminat id-diskrepanzi kollha (u ma nara ebda raġuni għala għandi nixħet dubju fuq dik id-dikjarazzjoni, magħmula wkoll fid-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali u fir-regolament definittiv) u sabet li ma kinux suffiċjenti, meta kkunsidrati flimkien mal-fatturi ekonomiċi l-oħra kollha li għandhom jitqiesu, sabiex jaffettwaw l-evalwazzjoni tal-ħsara jew tal-kawżalità. Huma jqisu li, filwaqt li xi xejriet kienu jispikkaw inqas minn kif iddikjarat fir-regolament provviżorju, il-kwadru globali baqa’ l-istess u ssokta jiġġustifika l-konklużjonijiet li kienu nġibdu. |
|
68. |
Jidhirli li kull differenza identifikata skont (ii) u (iv) iktar ’il fuq tista’ tiġi injorata għax hija insinjifikattiva. |
|
69. |
Fir-rigward tal-bqija tal-punti, inqis li:
|
|
70. |
F’dawk iċ-ċirkustanzi nista’ naqbel mal-Kunsill u mal-Kummissjoni li l-iżbalji tal-istatistika ma kinux tali li xeħtu dubju fuq il-konklużjonijiet li hemm fir-regolament ikkontestat. Anki jekk il-volum, il-prezz u s-sehem tas-suq minn importazzjonijiet miċ-Ċina segwew xejriet globali fl-Unjoni pjuttost iktar mill-qrib milli kien jidher mill-istatistika uffiċjali attwalment użata fir-regolamenti, jibqa’ jkun hemm indikazzjonijiet ċari li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara minn importazzjonijiet, u li kien hemm rabta kawżali bejn importazzjonijiet miċ-Ċina u dik il-ħsara. |
|
71. |
Huwa minnu li ħsara sempliċi ma hijiex biżżejjed sabiex tiġġustifika miżuri antidumping. Skont l-Artikolu 3(6) tar-regolament bażiku, għandu jintwera li l-volum u/jew il-livelli tal-prezzijiet identifikati jkunu responsabbli għall-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni, u li dan l-impatt ikun jeżisti sa grad “materjali”. |
|
72. |
Madankollu, hija ġurisprudenza stabbilita li tali materji jinsabu fid-diskrezzjoni wiesgħa tal-istituzzjonijiet meta jevalwaw sitwazzjonijiet ekonomiċi u politiċi kumplessi, u l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa, għalhekk, limitat għall-verifika li ma kienx hemm żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni ( 18 ). |
|
73. |
F’dan il-każ, b’mod partikolari, il-prezzijiet ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina kienu inqas minn 60 % tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u żdiedu kemm bħala proporzjon tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali għall-Unjoni. Barra dan, l-iżbalji fattwali li ppreżentajt fil-punti 66 u 69 iktar ’il fuq ma jidhrux li huma ta’ importanza tant kbira li jindikaw li l-istituzzjonijiet kellhom jiġbdu konklużjonijiet differenti mill-figuri kkoreġuti minn dawk li siltu mill-figuri l-ħżiena. Fl-aħħar nett, ħafna mill-fatturi li l-Kummissjoni qieset meta evalwat il-ħsara (pereżempju, l-evoluzzjoni tal-impjiegi u tal-produttività tul il-perjodu kkunsidrat, jew iż-żieda fl-istokkijiet tal-industrija tal-Unjoni) jibqgħu mhux affettwati mill-iżbalji ta’ fatt identifikati. |
|
74. |
Jidhirli, għalhekk, li ma hemmx ġustifikazzjoni sabiex wieħed jikkonkludi li l-konklużjonijiet tal-istituzzjonijiet dwar l-eżistenza u l-livell ta’ dumping, u dwar l-eżistenza u n-natura materjali tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, kienu manifestament (jew anki neċessarjament) ħżiena anki jekk ċertu għadd tal-fatti ddettaljati li fuqhom kienu bbażati kien fihom żbalji. |
|
75. |
Dawk l-istess kunsiderazzjonijiet iwassluni wkoll sabiex ma nilqax is-sottomissjonijiet ulterjuri ta’ Bricmate imsemmija fil-punt 53 iktar ’il fuq, li jallegaw żball ta’ evalwazzjoni fil-premessa 108 tar-regolament definittiv. |
It-tieni parti tal-ewwel motiv fil-kawża prinċipali (nuqqas ta ’ eżerċizzju ta ’ kura dovuta u injorar tal-Artikolu 3(2) u (6) tar-regolament bażiku; il-punt 3 tad-domanda preliminari)
Sottomissjonijiet
|
76. |
Fit-tieni parti tal-ewwel motiv tagħha fil-kawża prinċipali, Bricmate tallega li l-istituzzjonijiet kienu naqsu mill-obbligu tagħhom li jeżerċitaw il-kura dovuta u li injoraw l-Artikolu 3(2) u (6) tar-regolament bażiku, peress li Bricmate (u operaturi oħra li kienu kkooperaw fl-investigazzjoni) kienet ipprotestat mal-Kummissjoni li l-istatistika ta’ Eurostat dehret li ma kinitx korretta iżda l-istituzzjonijiet naqsu milli jinvestigaw u jikkoreġu l-iżball. |
|
77. |
Bricmate targumenta li l-istituzzjonijiet naqsu milli jinvestigaw u jikkoreġu l-iżball – kuntrarjament għar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) u (6) tar-regolament bażiku. Il-premessa 108 tar-regolament definittiv turi li l-istituzzjonijiet ma qdewx dmirijiethom f’dak ir-rigward. Bricmate f’dan il-każ qed tinvoka l-ġurisprudenza stabbilita fis-sens li l-Qrati tal-Unjoni għandhom ikunu huma stess sodisfatti li l-istituzzjonijiet ikunu qiesu ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha u evalwaw il-fatti bil-kura kollha dovuta ( 19 ). |
|
78. |
Bricmate tisħaq ukoll dwar kemm kien faċli jiġi aċċertat l-iżball fil-figuri għal importazzjonijiet għal Spanja f’Novembru 2009, u tiċċita GLS: “Kif irrileva [l-Avukat Ġenerali Bot] fil-paragrafi 101 u 102 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li teżamina ex officio l-informazzjoni kollha disponibbli peress li l-irwol tagħha f’investigazzjoni antidumping ma huwiex dak ta’ arbitru b’kompetenza limitata li tiddeċiedi biss fid-dawl tal-informazzjoni u l-provi mressqa mill-partijiet fl-investigazzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament bażiku, fl-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu, jawtorizza lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jipprovdulha informazzjoni kif ukoll li jwettqu l-verifiki u l-kontrolli kollha meħtieġa.” ( 20 ) In-nuqqasijiet huma partikolarment gravi f’dan il-każ minħabba li diversi operaturi kienu ġibdu l-attenzjoni dwar il-figuri anomali, u Eurostat jifforma parti mill-Kummissjoni. |
|
79. |
Il-Kunsill u l-Kummissjoni t-tnejn jissottomettu li l-argumenti ta’ Bricmate huma infondati. Il-figuri kienu eżaminati sewwa; il-Kummissjoni vverifikat jekk il-konklużjonijiet dwar il-ħsara u l-kawżalità setgħux kienu b’xi mod differenti kieku l-figuri ta’ Eurostat kienu ġew aġġustati (minkejja li ma setgħux fil-fatt jiġu aġġustati f’waqtu), u hija tal-fehma li l-konklużjonijiet ma setgħux kienu differenti. Il-konklużjonijiet kollha saru abbażi ta’ fatti oġġettivi, meħuda globalment, mhux biss fuq il-figuri ta’ Eurostat ikkontestati minn Bricmate. |
Analiżi
|
80. |
Jidhirli li t-tieni parti tal-motiv għandha taqsam l-istess xorti bħall-ewwel parti. |
|
81. |
Kieku r-regolament definittiv kellu jiġi annullat minħabba li, abbażi tal-figuri aġġustati, l-istituzzjonijiet ma setgħux jaslu għall-konklużjonijiet li fil-fatt waslu għalihom, ma kienx ikun hemm raġuni konvinċenti sabiex wieħed imur lil hinn u jqis l-obbligu tal-kura jew tal-konformità mal-Artikolu 3(2) u (6) tar-Regolament bażiku. |
|
82. |
Madankollu, eżaminajt il-figuri u kkunsidrajt li l-istituzzjonijiet setgħu b’mod ġustifikabbli jaslu għal dawk il-konklużjonijiet. L-argumenti ta’ Bricmate dwar it-tieni parti tal-motiv, għalhekk, jidhru li għalija ma jreġux. Filwaqt li għandu jiġi rrikonoxxut li l-iżball fl-istatistika Spanjola għal Novembru 2009 kien tali li missu kien ovvju mill-ewwel, jibqa’ l-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli ma kkoreġewhx f’waqtu u li l-Kummissjoni ma kinitx f’qagħda li tikkoreġi l-iżball hija nfisha, iżda li (b’mod kruċjali) fil-fatt qieset jekk id-diskrepanzi li nġibu għall-attenzjoni tagħha setgħux jaffettwaw li konklużjonijiet li kienu nġibdu. |
It-tieni motiv fil-kawża prinċipali (nuqqas ta ’ motivazzjoni adegwata, nuqqas ta ’ rispett għad-drittijiet tad-difiża, nuqqas ta ’ qies tal-Artikolu 17 tar-regolament bażiku; punti 4 sa 6 tad-domanda preliminari)
Sottomissjonijiet
|
83. |
Fit-tieni motiv tagħha fil-kawża prinċipali, Bricmate issottomettiet li l-Kummissjoni kienet naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, ma kinitx qieset id-drittijiet tad-difiża ta’ Bricmate u injorat l-Artikolu 17 tar-regolament bażiku billi ma qisitx l-argumenti ta’ Bricmate, ippreżentati fil-kapaċità tagħha ta’ importatriċi indipendenti magħżula, fir-rigward ta’ differenzi fil-proċessi ta’ manifattura ta’ produtturi tal-madum Ċiniżi u Ewropej u tal-provvista ta’ madum fis-suq tal-Unjoni. |
|
84. |
Bricmate tisħaq li, bħala parti mill-kampjun magħżul ta’ importaturi mhux relatati, hija speċifikat seba’ tipi ta’ firxiet ta’ madum li ma setgħetx tikseb fl-Unjoni minħabba differenzi fil-proċess ta’ tqattigħ, u nnotat li l-NKP użati u l-kalkoli tal-ħsara ma kkunsidrawx dawn id-differenzi. Aġġustament kien jirriżulta f’marġni inqas ta’ ħsara. Barra dan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tforni madum żgħir. Madankollu, dik l-informazzjoni ma tqisitx, u l-opinjonijiet ta’ Bricmate ma ttiħdux bħala rappreżentattivi ta’ importaturi oħra mhux magħżula, iżda ma ngħatax każ tagħhom b’riferiment għal informazzjoni oħra. Hija tirreferi għal Gul Ahmed ( 21 ): “meta t-teħid ta’ kampjuni jsir skont l-Artikolu 17 tar-regolament bażiku, l-istituzzjonijiet tal-UE, fil-prinċipju, iqisu d-dejta dwar l-esportazzjonijiet tal-impriżi kollha fil-kampjun”; l-istess għandu japplika meta t-teħid ta’ kampjuni jkun dwar importaturi indipendenti. In-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-informazzjoni ta’ Bricmate kien ifisser nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata. |
|
85. |
Barra dan, il-Kummissjoni naqset milli tkun konformi mal-Artikolu 20(1) tar-regolament bażiku meta naqset milli tgħarraf lil Bricmate dwar “il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali” li abbażi tagħhom kienu imposti miżuri provviżorji. Meta ma laqgħetx l-argument ta’ Bricmate b’rabta ma’ nuqqas ta’ madum f’daqsijiet iżgħar billi rreferiet għal informazzjoni oħra, il-Kummissjoni naqset milli tagħti motivazzjoni u kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Bricmate: ma ntqalx x’informazzjoni oħra kien hemm, u t-tweġiba ma waslitx qabel is-27 ta’ Lulju 2011, tard wisq għal Bricmate sabiex tikseb iktar provi. |
|
86. |
Fl-aħħar nett il-Kummissjoni, meta qalet li hija ma kienet kisbet ebda dejta li kienet turi “riskju gravi ta’ nuqqas ta’ provvista” ta’ madum, injorat ix-xhieda ta’ Bricmate tal-15 ta’ April 2011. Għandha titqies l-informazzjoni mill-importaturi kollha fil-kampjun. Minħabba li Bricmate kienet inkluża, l-informazzjoni tagħha għandha titqies bħala rappreżentattiva tal-impriżi ta’ daqs żgħir u medju l-oħra mhux magħżula. Dik l-informazzjoni kien imissha ttieħdet, għalhekk, bħala prova li l-miżuri antidumping kienu jwasslu għal nuqqas gravi għall-impriżi ta’ daqs żgħir u medju, li ma setgħux jieħdu xogħol ta’ prodotti mill-industrija tal-Unjoni jew minn pajjiżi terzi minħabba li ma kienx hemm proċess ta’ tqattigħ u minħabba volumi żgħar ta’ ordnijiet. Il-Kummissjoni, għalhekk, kisret ir-regoli ta’ għażla tal-Artikolu 17 tar-regolament bażiku u manifestament għamlet evalwazzjoni skorretta. |
|
87. |
Il-Kunsill jissottometti, l-ewwel nett, li l-informazzjoni ta’ Bricmate ma ġietx injorata, iżda l-Kummissjoni sabet li t-tipi ta’ madum li ma kinux jinsabu fl-Unjoni setgħu jinkisbu mingħand produtturi f’għadd ta’ pajjiżi terzi barra miċ-Ċina. Dik it-tweġiba ngħatat lil Bricmate u hemm riferiment għaliha kemm fir-regolament provviżorju kif ukoll fir-regolament definittiv, u l-varjetà ta’ sorsi ssemmiet anki fid-digriet tal-Qorti Ġenerali ( 22 ). Erba’ importaturi oħra li kien itteħdilhom kampjun qalu li setgħu jibdlu s-sorsi ta’ provvista tagħhom. |
|
88. |
It-tieni nett, l-istituzzjonijiet eżaminaw bir-reqqa l-allegazzjonijiet ta’ Bricmate dwar id-differenza fi proċessi tal-produzzjoni u spjegaw, kemm lil Bricmate kif ukoll fiż-żewġ regolamenti, għaliex dawk l-allegazzjonijiet tqiesu li kienu infondati. Il-Kummissjoni wieġbet għall-argumenti kollha ta’ Bricmate sa fejn kienu rilevanti għall-investigazzjoni. Sabiex jinkisru d-drittijiet tad-difiża ta’ Bricmate, kien meħtieġ, l-ewwel nett, li kien hemm irregolarità proċedurali u, it-tieni nett, li kien hemm il-possibbiltà li, minħabba din l-irregolarità, il-proċedura amministrattiva setgħet tirriżulta f’eżitu differenti ( 23 ). |
|
89. |
Fl-aħħar nett, is-sottomissjonijiet kollha ta’ Bricmate kienu eżaminati matul l-investigazzjoni u mqabbla ma’ dawk tal-importaturi l-oħra fil-kampjun, bis-sottomissjonijiet kollha jingħataw importanza ndaqs. |
|
90. |
Il-Kummissjoni ssostni li hija qieset is-sottomissjonijiet kollha ta’ Bricmate, iżda waslet għal konklużjoni differenti. Tagħmel riferiment iddettaljat għad-diversi ittri u premessi li fihom wieġbet għal dawk is-sottomissjonijiet, u tinnota li l-Qorti Ġenerali kienet sabet li Bricmate ma kinitx iġġustifikata meta sostniet li l-impożizzjoni tad-dazji antidumping, li jikkonċernaw biss l-importazzjonijiet tal-prodotti inkwistjoni miċ-Ċina, neċessarjament kellhom konsegwenzi gravi fuq l-attivitajiet ekonomiċi tagħha ( 24 ). |
Analiżi
|
91. |
L-argumenti ta’ Bricmate jirrigwardaw allegat nuqqas li s-sottomissjonijiet tagħha jittieħdu għand il-Kummissjoni – essenzjalment il-pretensjonijiet tagħha li ċerti tipi ta’ madum, iddefinit skont il-kwalità u l-metodu ta’ tqattigħ, ma setgħux jinkisbu minn sorsi oħra ħlief miċ-Ċina – sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni. Bħala korollarju, fil-fehma ta’ Bricmate, il-motivazzjoni fir-regolament definittiv ma kinitx adegwata, u l-Kummissjoni la qieset kif imiss l-istatus ta’ Bricmate bħala importatriċi li kien ittiħdilha kampjun skont l-Artikolu 17 tar-regolament bażiku u lanqas ma żvelat id-dettalji li kienu l-bażi tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kienu imposti miżuri antidumping, kuntrarjament għall-Artikolu 20(1) tal-istess regolament. It-tweġiba tal-istituzzjonijiet essenzjalment hija li dawk is-sottomissjonijiet kienu tqiesu, iżda li l-konklużjonijiet li kienu nġibdu, wara eżami, ma kinux l-istess bħal dawk li ġibdet Bricmate, u li kienu ngħataw tweġibiet għad-diversi sottomissjonijiet. |
|
92. |
Jiena mhux konvint bl-argumenti ta’ Bricmate, meta niftakar li jirrigwardaw jekk is-sottomissjonijiet tagħha kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni, mhux jekk il-kunsiderazzjoni ta’ dawk is-sottomissjonijiet kinitx adegwata. |
|
93. |
Jidhirli li huwa ċar mill-korrispondenza u mill-premessi li jiena ppreżentajt fil-punti 10, 13, 20 sa 25 u 30 iktar ’il fuq li l-ewwel il-Kummissjoni, u wara l-Kunsill, qiesu s-sottomissjonijiet ta’ Bricmate (flimkien, mid-dehra, mas-sottomissjonijiet tal-istess xorta mingħand waħda jew iktar mill-partijiet interessati l-oħra). |
|
94. |
Ovvjament ikun ta’ piż bla bżonn għall-istituzzjonijiet (b’mod partikolari l-Kummissjoni) jekk, matul investigazzjoni antidumping, huma kien ikun jeħtiġilhom iwieġbu wieħed wieħed għal kull punt iddettaljat magħmul minn kull parti interessata. L-essenzjali huwa li tingħata tweġiba suffiċjenti sabiex il-parti kkonċernata tkun tista’ tifhem li l-punti jkunu tqiesu, li kien intlaħaq ħsieb partikolari u li l-ħsieb kien ibbażat fuq raġunijiet identifikabbli. Hija mbagħad tkun tista’ (jekk tagħżel li tagħmel hekk) tipprova tikkontesta jekk il-mod li bih is-sottomissjonijiet tagħha jkunu tqiesu kienx adegwat. |
|
95. |
Jidhirli li dawk ir-rekwiżiti tħarsu f’dan il-każ. |
Konklużjoni
|
96. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni kollha msemmija iktar ’il fuq, jiena tal-opinjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi lill-Förvaltningsrätten i Malmö fis-sens li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma huwiex invalidu fuq ebda wieħed mill-motivi mressqa fit-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha. |
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.
( 2 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata) (ĠU L 343, p. 51).
( 3 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2011, tas-16 ta’ Marzu 2011, li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 70, p. 5).
( 4 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, p. 1).
( 5 ) ĠU C 160, p. 20 (“l-avviż ta’ tnedija”). L-investigazzjoni kopriet il-madum taċ-ċeramika kollu importat taħt l-intestaturi 6907 u 6908 tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddim “NM”) fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-[Tariffa Doganali Komuni] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat.
( 6 ) Dan il-kodiċi tan-NM fl-2011 kien jaqbel mal-kodiċi 6907 90 99 matul il-perjodu tal-investigazzjoni (ara l-punt 39 et seq. iktar ’il quddiem).
( 7 ) Digriet Bricmate vs Il-Kunsill, (T‑596/11, EU:T:2014:53). Kontestazzjoni diretta oħra għar-regolament definittiv kienet ġiet miċħuda, għal raġunijiet differenti, mill-Qorti Ġenerali fit-22 ta’ Mejju 2014 fis-sentenza tagħha Guangdong Kito Ceramics et vs Il-Kunsill, (T-633/11, EU:T:2014:271).
( 8 ) Kemm Bricmate kif ukoll il-Kummissjoni jirreferu għal żball dwar importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 6908 90 99, li jidher li affettwa figuri għall-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina, kemm għall-perjodu tal-investigazzjoni kif ukoll għall-2009.
( 9 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 iktar ’il fuq.
( 10 ) Fil-fatt, il-Kummissjoni tagħti figura ta’ 881733.77 m2 fil-verżjoni Svediża tal-osservazzjonijiet tagħha, u 888733.77 m2 fil-verżjoni Franċiża, filwaqt li qabel irreferiet għal 888773 m2 fiż-żewġ verżjonijiet. Nieħu l-figura ta’ 881733.77 m2 miċ-ċertifikat oriġinali tal-awtoritajiet Spanjoli, anness mal-osservazzjonijiet tal-Kunsill.
( 11 ) Din il-figura tidher li ġiet emendata xi ftit, meta pparagunata ma’ dik mogħtija mill-Qorti Ġenerali, li tinsab fil-punt 41 iktar ’il fuq.
( 12 ) Ara l-punti 15 u 16 iktar ’il fuq.
( 13 ) Inter alia, segwejt it-tabelli oriġinali meta indikajt l-evoluzzjoni bejn l-2009 u l-perjodu tal-investigazzjoni bħala bidla “sena wara sena”, anki jekk fil-fatt hemm partijiet li jidħlu f’xulxin kunsiderevolment bejn iż-żewġ perjodi.
( 14 ) Il-kalkoli ta’ Bricmate, f’anness mal-osservazzjonijiet tagħha, juru figuri ta’ importazzjoni li huma ftit inqas minn dawk għall-2009, u ftit ogħla għall-perjodu tal-investigazzjoni, minn dawk li kkalkolajt jiena.
( 15 ) Sentenza Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill, (T‑199/04, EU:T:2011:535, punt 77).
( 16 ) Ara, bħala każ reċenti, is-sentenza Simon, Evers & Co, (C‑21/13, EU:C:2014:2154, il-punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 17 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza Aluminium Silicon Mill Products vs Il-Kunsill, (T‑107/04, EU:T:2007:85, il-punt 66).
( 18 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi Hoesch Metals and Alloys, (C‑373/08, EU:C:2010:68, il-punti 61 u 62), u CHEMK u KF vs Il-Kunsill, (C‑13/12 P, EU:C:2013:780, il-punti 60 sa 63).
( 19 ) Sentenza Shandong Reipu Biochemicals vs Il-Kunsill, (T‑413/03, EU:T:2006:211, punti 63 sa 65 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 20 ) Sentenza GLS, (C‑338/10, EU:C:2012:158, punt 32) (Enfasi ta’ Bricmate).
( 21 ) Sentenza Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill, (T-199/04, EU:T:2011:535, punt 77).
( 22 ) Digriet Bricmate vs Il-Kunsill, T‑596/11, EU:T:2014:53, punti 49 sa 51 (ara l-punt 33 iktar ’il fuq).
( 23 ) Sentenza Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware vs Il-Kunsill, (C-141/08 P, EU:C:2009:598, punt 81).
( 24 ) Digriet Bricmate vs Il-Kunsill, (T-596/11, EU:T:2014:53, punt 54).