|
23.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9405 — CPF/Itochu/HyLife)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 318/11)
1.
Fis-16 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Charoen Pokphand Foods Public Company Limited (‘CPF’, it-Tajlandja), |
|
— |
Itochu Corporation (‘Itochu’, il-Ġappun), |
|
— |
HyLife Group Holdings Ltd (‘HyLife Group, il-Kanada), ikkontrollat minn HyLife Investments Ltd. (il-Kanada) u minn Itochu. |
Itochu u CPF jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-HyLife Group kollu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal CPF: it-trobbija ta’ bhejjem bħall-majjal u l-akkwakultura, il-manifattura ta’ għalf għall-bhejjem u l-akkwakultura, kif ukoll il-produzzjoni ta’ laħam u prodotti oħra tal-ikel, kif ukoll l-operat ta’ ħwienet tal-ikel u ristoranti,
— għal Itochu: attiva f’firxa wiesgħa ta’ industriji inklużi tessuti, makkinarju, metalli u minerali, enerġija u kimiċi, prodotti ġenerali, teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni, finanzjarja u assigurazzjoni, kif ukoll ikel,
— għal HyLife: it-trobbija u t-tlestija ta’ ħnieżer imsewwija u produzzjoni ta’ prodotti tal-majjal.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10t’ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9405 — CPF/Itochu/HyLife
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 122964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).