<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-618/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0618</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:719">EU:C:2018:719</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180913">13.9.2018</DATE> – Kawża</HT> C‑618/16</P><P><HT TYPE="SC">Prefeta</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Att ta’ Adeżjoni tal-2003</KEYWORD><KEYWORD>Kapitolu 2 tal-Anness XII</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà għal Stat Membru li jidderoga mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 u mill-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin Pollakk li ma wettaqx perijodu ta’ tnax-il xahar ta’ xogħol irreġistrat fl-Istat Membru ospitanti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑618/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) (il-Qorti Superjuri (Awla tal-Appelli Amministrattivi), ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Rafal Prefeta</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Secretary of State for Work and Pensions</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, A. Tizzano (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, E. Levits, A. Borg Barthet u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180111">11 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal R. Prefeta, minn J. Power, solicitor, T. Royston, barrister, u R. Drabble, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn R. Fadoju u C. Crane, bħala aġenti, assistiti minn K. Apps u D. Blundell, barristers,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u J. Tomkin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Anness XII tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 236, p. 33</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 60, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Att ta’ Adeżjoni tal-2003<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Rafal Prefeta u s-Secretary of State for Work and Pensions (il-Ministru għax-Xogħol u għall-Pensjonijiet, ir-Renju Unit) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jagħti allowance komplementari u ta’ sostenn għall-impjieg marbuta mad-dħul.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Att ta’ Adeżjoni tal-2003</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tar-Repubblika tal-Polonja, u jipprevedi aġġustamenti għat-trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tieni u l-ħames inċiż tal-Artikolu 1 ta’ dan l-att jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-iskopijiet ta’ dan l-Att:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Stati Membri attwali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika Awstrijaka, ir-Repubblika tal-Il-Portugall, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Stati Membri l-ġodda<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja;</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-raba’ parti tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 tinkludi d-dispożizzjonijiet temporanji applikabbli għall-Istati Membri l-ġodda. L-Artikolu 24 tal-imsemmi att, li jinsab f’din il-parti, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-miżuri mniżżla fl-Annessi V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII u XIV ta’ dan l-Att għandhom japplikaw fir-rigward ta’ l-Istati Membri l-ġodda taħt il-kondizzjonijiet stipulati f’dawk l-Annessi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni: il-Polonja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Fil-paragrafi 1, 2, 5 u 9 tiegħu, il-Kapitolu 2 ta’ dan l-anness, liema kapitolu jikkonċerna l-moviment liberu tal-persuni, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema u tal-libertà li jiġu provduti servizzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ispostament temporanju ta’ ħaddiema kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva Nru. 96/71/KE (tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE> dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 16, p. 66</REF.DOC.OJ>)), bejn il-Polonja fuq naħa, u l-Belġju, r-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit fuq in-naħa l-oħra, l-Artikolu [45] u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu [56] [TFUE] għandhom japplikaw fl-intier tagħhom biss skond id-dispożizzjonijiet transitorji stipulati fil-paragrafi 2 sa 14.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament [tal-Kunsill (KEE)] Nru. 1612/68 [tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptiolu 5, Vol. 1, p. 15)] u sa l-aħħar tal-perijodu ta’ sentejn wara d-data ta’ l-adeżjoni, l-Istati Membri attwali ser japplikaw miżuri nazzjonali, jew dawk li joħorġu minn xi ftehim bilaterali, biex jirregolaw l-aċċess għas-swieq tax-xogħol tagħhom minn ċittadini Pollakki. L-Istati Membri attwali jistgħu jkomplu japplikaw dawn il-miżuri sa l-aħħar tal-perijodu ta’ ħames snin wara d-data ta’ l-adeżjoni.</ALINEA><ALINEA>Ċittadini Pollakki li jkunu jaħdmu skond il-liġi f’xi Stat Membru attwali fid-data ta’ l-adeżjoni u li kienu tħallew jidħlu fis-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ 12-il xahar jew aktar għandhom igawdu aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru iżda mhux għas-suq tax-xogħol ta’ Stati Membri oħra li japplikaw xi miżuri nazzjonali.</ALINEA><ALINEA>Ċittadini Pollakki li tħallew jidħlu fis-suq tax-xoghol ta’ xi Stat Membru attwali wara l-adeżjoni għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ 12-il xahar jew aktar għandhom ukoll igawdu l-istess drittijiet. Iċ-ċittadini Pollakki msemmija fit-tieni u fit-tielet sub-paragrafi ta’ hawn qabel jiefqu milli jgawdu d-drittijiet li hemm f’dawk is-sub-paragrafi jekk minn jeddhom jitilqu mis-suq tax-xoghol ta’ l-Istat Membru attwali in kwistjoni.</ALINEA><ALINEA>[Ċittadini Pollakki li jkunu jaħdmu skond il-liġi f’xi Stat Membru attwali fid-data ta’ l-adeżjoni, jew matul xi perijodu li fih ikunu applikati miżuri nazzjonali, u li kienu tħallew jidħlu fis-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru għal perijodu ta’ inqas minn tnax il xahar ma għandhomx igawdu dawn id-drittijiet] [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="024.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru li jżomm fis-seħħmiżuri nazzjonali jew miżuri li joħorġu minn xi ftehim bilaterali fl-aħħar tal-perijodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 2 jista’, f’każ ta’ taqlib serju jew ta’ theddida ta’ taqlib serju fis-suq tax-xogħol tiegħu u wara li javża lill-Kummissjoni, ikompli japplika dawn il-miżuri sa l-aħħar tal-perijodu ta’ seba’ snin wara d-data ta’ l-adeżjoni. Fin-nuqqas ta’ dan l-avviż, l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament [Nru 1612/68] għandhom japplikaw.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="024.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva [tal-Kunsill] 68/360/KEE [tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE> dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment u residenza fi ħdan il-Komunità għal ħaddiema ta’ Stati Membri u l-familji tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 27)] ma jistgħux jiġu mifruda minn dawk tar-Regolament [Nru 1612/68] li l-applikazzjoni tagħhom hija ddifferita konformement mal-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8, il-Polonja u l-Istati Membri attwali jistgħu jidderogaw minn dawk id-disposizzjonijiet sakemm ikun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 492/2011</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kapitolu I tar-Regolament Nru 492/2011 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-impjieg, l-ugwaljanza fit-trattament u l-familji tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt it-Taqsima 1 ta’ dan il-kapitolu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Eliġibbiltà għall-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament Nru 492/2011 jipprojbixxu, essenzjalment, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi, kif ukoll il-prattiċi amministrattivi ta’ Stat Membru li jillimitaw jew jissuġġettaw għal kundizzjonijiet mhux previsti għaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru t-talba u l-offerta tal-impjieg, l-eliġibbiltà għall-impjieg u l-eżerċizzju tiegħu miċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-Taqsima 2 ta’ dan il-kapitolu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Impjieg u ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, l-Artikolu 7 ta’ dan l-istess regolament jistabbilixxi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 492/2011 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ir-Regolament [Nru 1612/68] huwa mħassar.</ALINEA><ALINEA>Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Dritt ta’ residenza ta’ aktar minn tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ aktar minn tliet xhur jekk huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ħaddiema jew nies li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ospitanti; […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(a), ċittadin ta’ l-Unjoni li m’għadux jaħdem jew li m’għadux jaħdem għal rasu għandu jżomm l-istatus ta’ ħaddiem jew ta’ persuna li taħdem għal rasha fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata ma tistax taħdem għal żmien temporanju minħabba mard jew inċident;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata, wara li tkun spiċċat involontarjament bla xogħol wara li ħadmet għal aktar minn sena, tirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol ma’ l-uffiċċju ta’ l-impjieg rilevanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata spiċċat involontarjament bla xogħol wara li lestiet kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss ta’ anqas minn sena jew wara li spiċċat involontarjament bla xogħol matul l-ewwel tnax-il xahar u rreġistrat bħala persuna li qed tfittex xogħol ma’ l-uffiċċju ta’ l-impjieg rilevanti. F’dan il-każ, l-istatus ta’ ħaddiem għandu jinżamm għal perjodu li mhux inqas minn sitt xhur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata tibda taħriġ professjonali. Sakemm ma tispiċċax involontarjament bla xogħol, iż-żamma ta’ l-istatus ta’ ħaddiem teħtieġ li t-taħriġ ikun jirrelata max-xogħol preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P><P>[…]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Abrogazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE għandhom jitħassru b’effett mit-<DATE ISO="20060430">30 ta’ April 2006</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-referenzi li jsiru għad-disposizzjonijiet u għad-Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala li qed isiru għal din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Accession (Immigration and Worker Registration) Regulations 2004/1219, (ir-Regolament 2004/1219 fuq l-Adeżjoni (Immigrazzjoni u Reġistrazzjoni tal-Ħaddiema)), kif emendat bl-Immigration (European Economic Area) Regulations 2006/1003 (ir-Regolament 2006/1003 fuq l-Immigrazzjoni (Żona Ekonomika Ewropea), iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Regolament tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), adottat għall-finijiet ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/38, l-applikazzjoni, għar-Renju Unit, tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema ġiet iddifferita f’dak li jikkonċerna ċ-ċittadini ta’ tmienja mill-għaxar Stat Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, fosthom ir-Repubblika tal-Polonja. Dawn il-miżuri derogatorji, adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 24 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, baqgħu fis-seħħ sat-<DATE ISO="20110430">30 ta’ April 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-Regolament 2004/1219 fuq l-Adeżjoni (Immigrazzjoni u Reġistrazzjoni tal-Ħaddiema), kif emendat bir-Regolament tal-2006 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Regolament tal-2004<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), kien jipprevedi sistema ta’ reġistrazzjoni (<HT TYPE="ITALIC">Accession State Worker Registration Scheme</HT> (sistema ta’ reġistrazzjoni għall-ħaddiema tal-Istati Membri aderenti)) applikabbli għaċ-ċittadini ta’ dawn it-tmien Stati aderenti li ħadmu fir-Renju Unit matul il-perijodu mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> sat-<DATE ISO="20110430">30 ta’ April 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Ħaddiem ta’ Stat aderenti suġġett għar-reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-paragrafi segwenti ta’ dan l-artikolu, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ħaddiem ta’ Stat aderenti suġġett għar-reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> huwa ċittadin ta’ Stat aderenti kkonċernat, li ħadem fir-Renju Unit fil-perijodu ta’ adeżjoni.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadin ta’ Stat aderenti kkonċernat, li ħadem legalment fir-Renju Unit għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ tnax-il xahar li jkun, kollu jew in parti, wara t-<DATE ISO="20040430">30 ta’ April 2004</DATE>, ma jibqax ħaddiem ta’ Stat aderenti suġġett għar-reġistrazzjoni fi tmiem dan il-perijodu ta’ tnax-il xahar.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="002.008"><NO.PARAG>(8)</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet tal-paragrafi 3 u 4, persuna titqies li tkun ħadmet fir-Renju Unit għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ tnax-il xahar jekk hija tkun ħadmet legalment fir-Renju Unit fil-bidu u fit-tmiem ta’ dan il-perijodu u jekk it-total tal-perijodu intermedju li matulu hija ma tkunx ħadmet legalment fir-Renju Unit ma jeċċedix 30 jum.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament kien jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Ċittadin ta’ Stat aderenti kkonċernat, li jkollu l-istatus ta’ ħaddiem ta’ Stat aderenti obbligat li jirreġistra ruħu jekk huwa jibda jaħdem fir-Renju Unit, ma għandux id-dritt li jirrisjedi fir-Renju Unit fil-kwalità tiegħu ta’ persuna li tfittex impjieg sabiex tibda tfittex xogħol hemmhekk.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) u (4) tar-Regolament tal-2004 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>(3)</NO.PARAG><ALINEA>bla ħsara għall-paragrafu 4, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal‑2006 ma huwiex applikabbli għal ħaddiem ta’ Stat aderenti, suġġett għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni, li ma jibqax jaħdem.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>meta ħaddiem ta’ Stat aderenti, suġġett għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni, ma jibqax jaħdem għal persuna li timpjega awtorizzata fiċ-ċirkustanzi li jissemmew fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-2006 matul il-perijodu ta’ xahar b’effett mid-data li fiha beda jaħdem, dan l-artikolu japplika għal dan il-ħaddiem matul il-kumplament ta’ dan il-perijodu ta’ xahar.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-2006, dwar l-ipoteżijiet li fihom ċittadin ta’ Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jista’ jibbenefika mid-dritt ta’ residenza estiż fit-territorju tar-Renju Unit, kien jipprovdi, fil-verżjoni applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-regolament, il-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>persuna eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> tinkludi kull ċittadin taż-ŻEE stabbilit fir-Renju Unit bħala:</P><P>[…];</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>impjegat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tal-imsemmi regolament, li kien jippreċiża l-kundizzjonijiet li kellha tissodisfa persuna li tkun waqfet mix-xogħol sabiex iżżomm il-kwalità ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 6(1)(b) tal-istess artikolu, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Bla ħsara għall-Artikolu 7A(4), persuna li ma tibqax taħdem ma tispiċċax milli titqies bħala ħaddiem għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(b) jekk</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija tkun affettwata minn inkapaċità temporanja għax-xogħol riżultanti minn mard jew inċident;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>hija tkun f’sitwazzjoni ta’ qagħad involontarju debitament ikkonstatat wara li kienet impjegata fir-Renju Unit, bil-kundizzjoni li tkun irreġistrata bħala persuna li qiegħda tfittex impjieg mad-dipartiment tal-impjiegi kompetenti u li hija</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>ġiet impjegata għal sena jew iktar qabel ma sabet ruħha bla xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>ma tkunx qiegħda għal iktar minn sitt xhur; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>tista’ tressaq prova li hija qiegħda tfittex impjieg fir-Renju Unit u għandha possibbiltà reali li tiġi impjegata;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 7A(4) tar-Regolament tal-2006 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>L-Artikolu 6(2) huwa applikabbli għal ħaddiem ta’ Stat aderenti jekk</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huwa kien persuna li għaliha l-Artikolu 5(4) tar-[Regolament tal-2004] kien applikabbli fit-<DATE ISO="20110430">30 ta’ April 2011</DATE>; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huwa kien affettwat minn inkapaċità għax-xogħol, sab ruħu qiegħed jew waqaf milli jaħdem, skont il-każ, wara l-<DATE ISO="20110501">1 ta’ Mejju 2011</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>R. Prefeta, ċittadin Pollakk, daħal fir-Renju Unit matul is-sena 2008 u ħadem hemmhekk mis-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE> sal-<DATE ISO="20110311">11 ta’ Marzu 2011</DATE>, data li fiha l-impjieg tiegħu ġie fi tmiemu minħabba korriment li seħħ barra x-xogħol tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sa minn meta wasal fir-Renju Unit, R. Prefeta kien jaqa’ taħt l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ħaddiem ta’ Stat aderenti suġġett għar-reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-2004. Madankollu, peress li kiseb ċertifikat ta’ reġistrazzjoni bħala ħaddiem biss fil-<DATE ISO="20110105">5 ta’ Jannar 2011</DATE>, R. Prefeta eżerċita attività ta’ xogħol irreġistrat matul perijodu totali ta’ xahrejn u sitt ijiem biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara l-<DATE ISO="20110311">11 ta’ Marzu 2011</DATE>, filwaqt li kien jinsab f’sitwazzjoni ta’ qgħad involontarju debitament ikkonstatat, R. Prefeta rreġistra ruħu bħala persuna li qiegħda tfittex impjieg, mad-dipartiment nazzjonali kompetenti. Huwa bbenefika, bħala tali, minn benefiċċji tal-qgħad mill-<DATE ISO="20110320">20 ta’ Marzu 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20111020">20 ta’ Ottubru 2011</DATE>, R. Prefeta ressaq quddiem il-Ministru talba sabiex jibbenefika mill-allowance komplementari u ta’ sostenn għall-impjieg marbuta mad-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din l-allowance, li hija maħsuba għal kategoriji ta’ persuni li l-kapaċità tagħhom għax-xogħol hi limitata minħabba l-qagħda fiżika jew mentali tagħhom, tista’ tingħata biss lill-ħaddiema, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(b) u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-2006, u mhux għal dawk li qed ifittxu impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Ministru għalhekk ċaħad it-talba ta’ R. Prefeta billi kkunsidra li dan ma kienx wera li kien ħadem, qabel ma tilef l-impjieg tiegħu, għal perijodu mhux interrott ta’ tnax-il xahar jew iktar waqt li kien irreġistrat skont ir-Regolament tal-2004, li kien jippermettilu li jżomm l-istatus tiegħu ta’ ħaddiem, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(b) u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>R. Prefeta ressaq rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ministru qudiem il-First‑tier Tribunal (Social Entitlement Chamber). (il-Qorti tal-Ewwel Istanza (Awla tal-Benefiċċji Soċjali)), ir-Renju Unit). Peress li din il-qorti ċaħdet ir-rikors tiegħu, R. Prefeta appella quddiem l-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) (il-Qorti Superjuri (Awla tal-Appelli Amministrattivi), ir-Renju Unit).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-appell tiegħu, R. Prefeta essenzjalment isostni li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-2004 kien iżomm liċ-ċittadini tal-Istati aderenti kkonċernati, li ma ħadmux fir-Renju Unit b’ċertifikat ta’ reġistrazzjoni matul perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ tnax-il xahar, milli jżommu l-istatus ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 u milli, b’hekk, jibbenefikaw mill-ugwaljanza fit-trattament imsemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011. Issa, skont R. Prefeta, leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għal dawn l-aħħar żewġ dispożizzjonijiet ma setgħetx tiġi ġġustifikata fuq il-bażi tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, peress li dan ma jippermettix derogi mill-imsemmija dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Ministru jsostni, għall-kuntrarju, li r-Regolament tal-2004 kien kompatibbli mal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. F’dan ir-rigward, jinnota li l-Kapitolu 2(2) tal-Anness XII tal-imsemmi Att ta’ Adeżjoni jipprevedi li ċ-ċittadini Pollakki li jaħdmu legalment matul perijodu li fih ikunu applikati miżuri nazzjonali, u li kienu ammessi fis-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru għal perijodu ta’ inqas minn tnax-il xahar ma għandhomx igawdu d-drittijiet li jgawdu minnhom il-ħaddiema skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) (il-Qorti Superjuri (Awla tal-Appelli Amministrattivi)), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1)</NO.P><TXT>L-Anness XII [tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003] kien jawtorizza lill-Istati Membri jeskludu lil ċittadini Pollakki mill-benefiċċji tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament [Nru 492/2011] u tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva [2004/38] meta l-ħaddiem, minkejja li kien ikkonforma ruħu tardivament mar-rekwiżit nazzjonali li l-impjieg tiegħu jkun irreġistrat, ma kienx għadu ħadem għal perijodu ta’ tnax-il xahar irreġistrat mingħajr interruzzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta tkun negattiva, ħaddiem ta’ nazzjonalità Pollakka fiċ-ċirkustanzi tal-ewwel domanda, jista’ jinvoka l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva [2004/38] li jikkonċerna ż-żamma tal-istatus ta’ ħaddiem?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li, matul il-perijodu tranżitorju previst minnu, kien jawtorizza lir-Renju Unit jeskludi mill-benefiċċju tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 ċittadin Pollakk li ma jissodisfax il-kundizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li wieħed ikun eżerċita attività ta’ xogħol irreġistrata fit-territorju tiegħu għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ tnax-il xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, preliminarjament, li l-Kapitolu 2(1) tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jipprovdi li l-Artikolu 39 KE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 49 KE (li saru, rispettivament, l-Artikolu 45 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 TFUE) japplikaw bis-sħiħ biss suġġett għad-dispożizzjonijiet tranżitorji previsti fil-paragrafi 2 sa 14 ta’ dan l-istess kapitolu, fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jinvolvu moviment temporanju ta’ ħaddiema bejn il-Polonja u l-Istati Membri attwali. Dawn id-dispożizzjonijiet tranżitorji essenzjalment jipprevedu derogi mill-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament Nru 1612/68, kif ukoll, taħt ċerti kundizzjonijiet, mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 68/360.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ċertament, il-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 la jirreferi għad-Direttiva 2004/38 u lanqas għar-Regolament Nru 492/2011, peress li dawn it-testi ġew adottati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-istess att ta’ adeżjoni. Madankollu, mill-kliem stess tal-Artikolu 38(3) ta’ din id-direttiva u tal-Artikolu 41 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li r-riferimenti magħmula għar-Regolament Nru 1612/68 u għad-Direttiva 68/360, imħassra minn dawn iż-żewġ atti, għandhom jitqiesu bħala riferimenti għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2004/38 u tar-Regolament Nru 492/2011 rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’hekk, sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, hemm lok li jiġi vverifikat jekk il-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 kienx jawtorizza lir-Renju Unit sabiex, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jeskludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3)<?PAGE NO="9"?> tad-Direttiva 2004/38. Fil-fatt, l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, li jistipula li l-ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru għandu jibbenefika, fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra, mill-istess vantaġġi soċjali u fiskali bħall-ħaddiema nazzjonali, tippreżupponi li persuna fis-sitwazzjoni ta’ R. Prefeta, li tkun waqfet teżerċita attività bħala impjegat jew bħala persuna li taħdem għal rasha, tista’ madankollu żżomm l-istatus tagħha ta’ ħaddiem abbażi tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li, skont il-Kapitolu 2(9) tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, huwa biss jekk ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 ma jkunux jistgħu jiġu disassoċjati minn dawk tar-Regolament Nru 492/2011 li l-applikazzjoni tagħhom hija ddifferita skont il-paragrafi 2 sa 5, 7 u 8 tal-Kapitolu 2 tal-Anness XII ta’ dan l-Att ta’ Adeżjoni, li l-Polonja u l-Istati Membri attwali jistgħu jidderogaw minn dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38, sa fejn hu meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ dawk il-paragrafi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk huwa importanti li jiġi vverifikat, l-ewwel nett, jekk l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 jistax jiġi disassoċjat mill-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament Nru 492/2011 li l-applikazzjoni tagħhom ġiet għaldaqstant iddifferita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-possibbiltà għal ċittadin tal-Unjoni, li temporanjament waqaf jeżerċita attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, li jżomm l-istatus ta’ ħaddiem fuq il-bażi tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38, kif ukoll id-dritt ta’ residenza korrispondenti, skont l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva, tibbaża ruħha fuq il-premessa li dan iċ-ċittadin għandu jkun disponibbli u kapaċi jintegra mill-ġdid is-suq tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti fi żmien raġonevoli (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140619">19 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Saint Prix</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑507/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2007">EU:C:2014:2007</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 7(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 jirrigwarda s-sitwazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni li ntlaqat minn inkapaċità temporanja għax-xogħol riżultanti minn marda jew inċident, sitwazzjoni li timplika li l-imsemmi ċittadin ikun jista’ jeżerċita mill-ġdid attività bħala impjegat jew bħala persuna li taħdem għal rasha ladarba dik l-inkapaċità temporanja għax-xogħol tasal fi tmiemha. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 7(3)(b) u (ċ) ta’ din id-direttiva jeżiġi li ċittadin tal-Unjoni ekonomikament inattiv jirreġistra bħala persuna li qed tfittex impjieg mad-dipartiment tal-impjieg kompetenti, filwaqt li l-Artikolu 7(3)(d) tal-imsemmija direttiva jobbligah jieħu, taħt kundizzjonijiet determinati, taħriġ professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 għalhekk jirrigwarda sitwazzjonijiet fejn l-integrazzjoni mill-ġdid taċ-ċittadin tal-Unjoni fis-suq tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti hija possibbli fi żmien raġonevoli. Konsegwentement, l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax jiġi disassoċjat minn dik tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 492/2011 li jirregolaw l-aċċess għall-impjieg ta’ ċittadin ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jiġifieri l-Artikoli 1 sa 6 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi vverifikat jekk hijiex neċessarja deroga mill-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 għall-applikazzjoni tad-derogi previsti mid-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fil-paragrafi 2 sa 5, 7 u 8 tal-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fil-Kapitolu 2 tal-Anness XII ta’ dan l-Att ta’ Adeżjoni għandhom l-għan li jiġi evitat li, wara l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Unjoni, ma jkunx hemm taqlib fis-suq tax-xogħol tal-Istati Membri l-antiki minħabba l-wasla immedjata ta’ għadd kbir ta’ ħaddiema li jkunu ċittadini tal-imsemmija Stati ġodda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110210">10 ta’ Frar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Vicoplus <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑307/09 sa C‑309/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:64">EU:C:2011:64</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jenfasizzaw il-Gvern tar-Renju Unit u l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, ir-Regolament tal-2004 ġie adottat minn dan l-Istat Membru skont id-derogi previsti mid-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fil-paragrafi 2 u 9 tal-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel subparagrafu tal-Kapitolu 2(2) tal-Anness XII ta’ dan l-Att ta’ Adeżjoni jipprovdi, essenzjalment, li, b’deroga mill-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament Nru 492/2011 u matul il-perijodu tranżitorju wara d-data tal-adeżjoni, l-Istati Membri attwali għandhom japplikaw miżuri li jirregolaw l-aċċess taċ-ċittadini Pollakki għas-suq tax-xogħol tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa għalhekk fuq din il-bażi li l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-2004 introduċa, fl-ordinament ġuridiku Britanniku, l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ħaddiem ta’ Stat aderenti suġġett għar-reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istati aderenti li jaħdmu fir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament. Kien previst mill-imsemmi regolament li l-ħaddiema kkonċernati ma jibqgħux koperti minn dak l-istatus ladarba jkunu wettqu tnax-il xahar mingħajr interruzzjoni ta’ attività tax-xogħol irreġistrata fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru, fejn din l-attività għandha titwettaq kompletament jew parzjalment wara t-<DATE ISO="20040430">30 ta’ April 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għall-perijodu li matulu ċittadin ta’ Stat aderenti kkonċernat kien jaqa’ taħt l-imsemmi status, huwa kellu jikseb ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tax-xogħol tiegħu mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma kienx jibbenefika mid-drittijiet li d-dritt tal-Unjoni jagħti lil ċittadin ta’ Stat Membru li jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor sabiex jaħdem hemmhekk. B’mod partikolari, l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-2004 kienu jillimitaw id-dritt ta’ ċittadin ta’ Stat aderenti li jirrisjedi fir-Renju Unit bħala persuna li qed tfittex impjieg sabiex ifittex impjieg hemmhekk, kif ukoll il-possibbiltà għalih li jżomm il-kwalità ta’ ħaddiem u d-dritt ta’ residenza korrispondenti meta ma jibqax jeżerċita attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Hekk kif osservat, essenzjalment, il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, id-deroga mill-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38, introdotta mir-Renju Unit, kienet għaldaqstant neċessarja sabiex tagħti l-effett sħiħ lill-miżuri adottati minn dak l-Istat Membru b’applikazzjoni tad-derogi previsti mid-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fil-paragrafi 2 u 9 tal-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, li kieku ħaddiem ta’ Stat aderenti li waqaf jeżerċita attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, mingħajr ma jkun ikkompleta tnax-il xahar mingħajr interruzzjoni ta’ attività tax-xogħol irreġistrata fir-Renju Unit, seta’ jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 7(3) tal-imsemmija direttiva biex iżomm l-istatus ta’ ħaddiem kif ukoll id-dritt ta’ residenza korrispondenti skont l-Artikolu 7(1) tal-istess direttiva, ir-Renju Unit ma kienx ikun jista’ jagħti effett sħiħ lil dawk il-miżuri ta’ deroga, li b’mod partikolari kellhom l-għan li jirrestrinġu d-dritt taċ-ċittadini ta’ Stat aderenti ekonomikament inattivi li jirrisjedu fit-territorju tiegħu sabiex ifittxu impjieg hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jiġi konkluż li l-paragrafi 2 u 9 tal-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 kien jawtorizza lir-Renju Unit jeskludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax titqiegħed inkwistjoni mill-fatt li, f’dan il-każ, qabel ma waqaf jeżerċita l-attività tiegħu, R. Prefeta kien ħadem fir-Renju Unit matul il-perijodu bejn is-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE> u l-<DATE ISO="20110311">11 ta’ Marzu 2011</DATE>, jiġifieri għal perijodu ta’ madwar għoxrin xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punti 69 sa 71 tal-konklużjonijiet tiegħu, mit-tielet subparagrafu tal-Kapitolu 2(2) tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jirriżulta li ċ-ċittadini Pollakki għandhom jissodisfaw żewġ kundizzjonijiet kumulattivi sabiex jevadu l-miżuri<?PAGE NO="11"?> derogatorji adottati abbażi ta’ dan it-test, jiġifieri, minn naħa, it-twettiq ta’ perijodu ta’ xogħol mingħajr interruzzjoni ta’ tnax-il xahar u, min-naħa l-oħra, l-ammissjoni fis-suq tax-xogħol tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din it-tieni kundizzjoni, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament tal-2004 kien jissuġġetta l-ammissjoni fis-suq tax-xogħol għall-kisba ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li R. Prefeta kiseb iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tax-xogħol tiegħu mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tar-Renju Unit biss fil-<DATE ISO="20110105">5 ta’ Jannar 2011</DATE>, b’mod li għandu jiġi kkunsidrat li ġie ammess fis-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru għal perijodu totali ta’ xahrejn u sitt ijiem biss, jiġifieri inqas mit-tnax-il xahar meħtieġa mit-tielet subparagrafu tal-Kapitolu 2(2) tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li R. Prefeta ma setax jibbenefika mill-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 sabiex iżomm l-istatus ta’ ħaddiem wara li waqaf jeżerċita xogħlu, huwa lanqas ma kien f’pożizzjoni li jinvoka l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, għaliex dan tal-aħħar jikkonċerna ċ-ċittadini ta’ Stat Membru li jibbenefikaw mill-imsemmi status (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Geven</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑213/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:438">EU:C:2007:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>N.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑46/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:97">EU:C:2013:97</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma hemmx lok li jiġi vverifikat jekk il-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 kienx jawtorizza lir-Renju Unit jeskludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, matul il-perijodu tranżitorju previst minnu, kien jawtorizza lir-Renju Unit jeskludi mill-benefiċċju tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38 ċittadin Pollakk, bħal R. Prefeta, li ma ssodisfax il-kundizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jkun eżerċita attività ta’ xogħol irreġistrata fit-territorju tiegħu għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ tnax-il xahar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, matul il-perijodu tranżitorju previst minnu, kien jawtorizza lir-Renju Unit jeskludi mill-benefiċċju<?PAGE NO="12"?> tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, ċittadin Pollakk, bħal Rafal Prefeta, li ma ssodisfax il-kundizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jkun eżerċita attività ta’ xogħol irreġistrata fit-territorju tiegħu għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ tnax-il xahar.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>