<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0300169701.case.xml"><NO.CASE>C-241/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008J0241</NO.CELEX><NO.SEQ>0007.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-1723</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-1748</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100304">4.3.2010</DATE> — KAWŻA C-241/08</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs FRANZA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-241/08,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 226KE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20080602">2 ta’ Ġunju 2008</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> rrappreżentata minn D. Recchia u J.-B. Laignelot, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża,</HT> irrappreżentata minn G. de Bergues u A.-L.During, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-1724"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tar-Raba’ Awla li qed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, C. W. A. Timmermans, K. Schiemann, P. Kūris u L. Bay Larsen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20090625">25 ta’ Ġunju 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri kollha leġiżlattivi u regolamentari neċessarji għal traspożizzjoni korretta tal-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102, iktar ’il quddiem id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1725"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> jipprovdi li l-miżuri meħuda skont din id-direttiva għandhom iqisu l-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, kif ukoll il-karatteristiċi reġjonali u lokali.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament ta’ l-habitat naturali u l-habitat ta’ l-ispeċi kif ukoll t-tfixkil ta’ l-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti meta jitqies skond l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinjifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet [effetti] tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-1726"?><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra [alternattivi], pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi ma’ l-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru irid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000. Hu jrid jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kumpensatorji adottati.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Is-siti Natura 2000 għandhom jibbenifikaw minn miżuri intiżi għall-konservazzjoni jew għar-restawr, fi stat favorevoli għaż-żamma tagħhom fit-tul, tal-habitats naturali u tal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġa li ġġustifikaw in-nomina tagħhom. Is-siti Natura 2000 għandhom ukoll jibbenifikaw minn miżuri ta’ prevenzjoni xierqa sabiex jiġi evitat id-deterjorament tal-istess habitats naturali u t-tfixkil li jista’ jaffettwa b’mod sinjifikattiv lill-istess speċijiet.</P><P>Dawn il-miżuri għandhom jiġu ddefiniti b’konsultazzjoni, b’mod partikolari, ma’ awtoritajiet lokali interessati u l-gruppi tagħhom ikkonċernati, kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-proprjetarji, operaturi u utenti tal-art u spazji inklużi fis-sit.</P><?PAGE NO="I-1727"?><P>Huma għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u dawk tad-difiża, kif ukoll il-karatteristiċi reġjonali u lokali. Huma għandhom ikunu adattati għat-theddidiet speċifiċi li jkollhom dawn il-habitats naturali u l-ispeċijiet. Huma ma għandhomx iwasslu sabiex jipprojbixxu l-attivitajiet tal-bniedem sakemm ma jkollhomx effetti sinjifikattivi fuq iż-żamma jew ir-restawr fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ dawn il-habitats naturali u l-ispeċijiet. Is-sajd, l-attivitajiet relatati mal-molluski, il-kaċċa u l-attivitajiet l-oħra analogi għall-kaċċa, imwettqa taħt il-kundizzjonijiet u fit-territorji awtorizzati mil-liġijjiet u r-regolamenti fis-seħħ ma jikkostitwixxux attivitajiet ta’ tfixkil jew attivitajiet b’effetti simili.</P><P>Il-miżuri għandhom jittieħdu fil-kuntest tal-kuntratti jew statuti provduti fl-Artikolu L.414-3 jew skont il-liġijiet jew ir-regolamenti, b’mod partikolari, dawk relattivi għall-parkijiet nazzjonali, għall-parkijiet naturali tal-baħar, għar-riżervi naturali, għall-bijotipi jew għas-siti kklassifikati.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L. 414-2(I) tal-Kodiċi tal-Ambjent jipprovdi li għal kull sit Natura 2000, dokument tal-għanijiet għandu jiddefinixxi l-linji gwida tat-tmexxija, il-miżuri provduti fl-Artikolu L. 414-1, ir-regoli għall-implementazzjoni tagħhom u d-dispożizzjonijiet finanzjarji li jakkumpanjawhom.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 414-3(I) ta’ dan il-kodiċi jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għal fini tad-dokument tal-għanijiet, il-proprjetarji tad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u <HT TYPE="ITALIC">in personam</HT> fuq l-art inkluża fis-sit, kif ukoll il-professjonisti u l-utenti taż-żoni tal-baħar li jinsabu fis-sit, jistgħu jikkonkludu kuntratti mal-awtorità amministrattiva, imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kuntratti Natura 2000<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>. […]</P><?PAGE NO="I-1728"?><P>Il-kuntratt Natura 2000 jinkludi għadd ta’ impenji konformi mal-linji gwida u mal-miżuri ddefiniti mid-dokument tal-għanijiet, dwar il-konservazzjoni u jekk ikun il-każ, ir-restawr ta’ habitats naturali u ta’ speċijiet li ġġustifikaw il-ħolqien tas-sit Natura 2000. […]</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 414-4(I) tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-programmi jew proġetti ta’ xogħlijiet jew ta’ titjib suġġetti għall-awtorizazzjoni jew għall-approvazzjoni amministrattiva u li s-seħħ tagħhom huwa tali li jaffettwa b’mod notevoli sit ta’ Natura 2000, huma suġġetti għall-evalwazzjoni tal-effetti tagħhom fid-dawl tal-għanijiet tal-konservazzjoni tas-sit. Għal kwalunkwe fost dawn il-programmi li huma previsti f’liġijiet u regolamenti u li ma humiex suġġetti għal studju tal-effett, l-evalwazzjoni għandha titmexxa skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli L. 122-4 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ dan il-kodiċi.</P><P>Ix-xogħlijiet u t-titjib previsti fil-kuntratti Natura 2000 huma eżentati mill-proċedura ta’ evalwazzjoni msemmija fis-subparagrafu preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Artikolu R-414-21(III) tal-Kodiċi tal-Ambjent, min jilmenta għandu jindika r-raġunijiet li ma teżisti ebda soluzzjoni sodisfaċenti oħra għat-twettiq ta’ pjan jew ta’ proġett, meta dan tal-aħħar jista’ jkollu effetti dannużi partikulari fuq l-istat ta’ konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-ispeċijiet.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1729"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20051018">18 ta’ Ottubru 2005</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Franċiża li fiha esprimiet id-dubji tagħha rigward il-konformità tal-leġiżlazzjoni Franċiża mal-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Peress li r-risposta tal-awtoritajiet Franċiżi, tas-<DATE ISO="20060207">7 ta’ Frar 2006</DATE>, ma kinitx meqjusa konvinċenti mill-Kummissjoni, din tal-aħħar bagħtet opinjoni motivata, fil-<DATE ISO="20061215">15 ta’ Diċembru 2006</DATE>, fejn stiednet lil dan l-Istat Membru sabiex jieħu l-miżuri neċessarji bl-għan li jirregola ruħu fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. L-awtoritajiet Franċiżi rrispondew għall-imsemmija opinjoni motivata permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20070228">28 ta’ Frar 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rikors preżenti fit-<DATE ISO="20080602">2 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 6(2) tad-direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm il-Liġi Nru 2006-1772, tat-<DATE ISO="20061230">30 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar l-ilma u l-ambjenti akwatiċi (JORF tal-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE>, p. 20285) emendat id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni, kif tenfasizza l-Kummissjoni mingħajr ma ġiet kontradetta mir-Repubblika Franċiża, il-modifiki introdotti, ma jbiddlux b’mod<?PAGE NO="I-1730"?> sostanzjali l-imsemmija dispożizzjonijiet u ma għandhomx effett fuq l-ilmenti li l-Kummissjoni esponiet fl-ittra ta’ intimazzjoni u fl-opinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Min dan isegwi li l-ilmenti bbażati fuq in-nonkonformità tat-tielet u r-raba’ sentenzi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent huma ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel ilment ibbażat fuq l-applikazzjoni tal-kriterju relattiv għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>effett sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> mingħajr distinzjoni bejn id-deterjorazzjoni tal-habitats u t-tfixkil tal-ispeċijiet</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li peress li t-tielet sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent tipprovdi li l-attivitajiet tal-bniedem huma biss pprojbiti fis-siti Natura 2000 jekk ikollhom effetti sinjifikattivi fuq iż-żamma jew ir-restawr, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli għall-habitats naturali u tal-ispeċijiet, tapplika l-kriterju bbażat fuq l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>effett sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> mingħajr distinzjoni bejn kemm id-deterjorament tal-habitats kif ukoll it-tfixkil tal-ispeċijiet u hija, konsegwentement, impreċiża u inqas stretta mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tal-aħħar teżiġi li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa sabiex fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni jiġi evitat, minn naħa, id-deterjorament tal-habitats naturali u tal-habitats tal-ispeċijiet u, min-naħa l-oħra, it-tfixkil tal-ispeċijiet sa fejn dan ikollu effett sinjifikattiv fid-dawl tal-għanijiet ta’ din id-direttiva. Fi kliem ieħor, it-tfixkil tal-ispeċijiet li ħafna drabi jseħħ għal perijodu qasir, jista’ jiġi ttollerat sa ċertu livell, b’differenza għad-deterjorament tal-habitats li jista’ jiġi definit bħala<?PAGE NO="I-1731"?> degradazzjoni fiżika li tolqot dawn il-habitats u li huwa awtomatikament ipprojbit peress li t-tqegħid ta’ habitat fil-periklu huwa iktar gravi mit-tfixkil ta’ speċi.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Għalkemm il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L.414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent jistabbilixxi, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, distinzjoni bejn il-ħtieġa li jiġi evitat id-deterjorament tal-habitats u dik li jiġi evitat it-tfixkil li jolqot l-ispeċijiet, peress li l-kriterju bbażat fuq l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>effett sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> huwa previst biss għal dan tal-aħħar, hija tikkritika madankollu, lil-leġiżlazzjoni Franċiża inkwistjoni, li ma tagħmilx din id-distinzjoni meta tirregola l-attivitajiet tal-bniedem, b’mod partikolari, fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(v) tal-Kodiċi tal-Ambjent, liema attivitajiet ma jistgħux jiġu pprojbiti mill-awtoritajiet kompetenti sakemm ma jkollhomx effetti sinjifikattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża ssostni li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent, għandu jiġi evitat f’kull każ, id-deterjorament tal-habitat, b’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Madankollu, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(V) ta’ dan il-Kodiċi jipprevjeni l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni assoluta għall-attivitajiet tal-bniedem li ma għandhomx effetti sinjifikattivi fuq il-konservazzjoni tal-habitats. Taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L.414-1(V) tal-imsemmi Kodiċi, attivitajiet bħal dawn jistgħu jiġu suġġetti għal miżuri speċifiċi sabiex jiġu evitati d-deterjoramenti tal-habitats kif ukoll it-tfixkil li jolqot lill-ispeċijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Franċiża, billi għaqqad flimkien il-ħtieġa ta’ konservazzjoni tal-habitats u tal-ispeċijiet, maż-żamma tal-attivitajiet tal-bniedem li josservaw dan ir-rekwiżit, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu L.414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent, huwa konformi mal-għanijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u mal-Artikolu 2(3) ta’ din tal-aħħar li jipprovdi li l-miżuri għandhom jittieħdu fid-dawl tal-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, kif ukoll tal-karatteristiċi reġjonali u kulturali. Bil-kontra, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni ma hijiex kompatibbli mar-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1732"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jistabbilixxi obbligu ġenerali li jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni xierqa inklużi li jiġi evitat li jseħħu deterjoramenti tal-habitats, kif ukoll tfixkil tal-ispeċijiet, li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fid-dawl tal-għanijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward hemm lok li jiġi rrilevat li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L.414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent jipprovdi li s-siti Natura 2000 għandhom jibbenefikaw minn miżuri ta’ prevenzjoni xierqa sabiex jiġi evitat id-deterjorament tal-habitats naturali u t-tfixkil li jista’ jaffettwa b’mod sinjifikattiv il-popolazzjonijiet tal-ispeċi ta’ fawna u flora selvaġġa, li ġġustifikaw in-nomina tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-attivitajiet tal-bniedem, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu L.414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent jippreċiża li miżuri bħal dawn ma jwasslux għal projbizzjoni tal-attivitajiet tal-bniedem, sakemm ma jkollhomx effetti sinjifikattivi fuq iż-żamma jew ir-restawr, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-habitats naturali u tal-ispeċi.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent għandu jinqara flimkien, u fid-dawl tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1733"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit jekk l-ilment imqajjem mill-Kummissjoni huwiex fondat, huwa importanti li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-Kummissjoni li għandha tipprova l-eżistenza tal-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Fil-fatt, hija din tal-aħħar li għandha tipprovdi l-provi kollha neċessarji lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din tkun tista’ tivverifika l-eżistenza ta’ dan in-nuqqas, mingħajr ma tista’ tibbaża ruħha fuq kwalunkwe preżunzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C-293/07, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni essenzjalment illimitat ruħha għall-allegazzjoni li, sabiex tiġi żgurata traspożizzjoni konformi mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent għandu jipprojbixxi kull deterjorament anki jekk ma jkollux effetti sinjifikattivi. Billi iżolat din id-dispożizzjoni b’dan il-mod u billi ma ħaditx biżżejjed inkunsiderazzjoni l-kuntest normattiv dirett li fih tinsab din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni naqset, b’mod partikolari, milli turi li l-miżuri xierqa adottati skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(V) tal-imsemmi Kodiċi, effettivament ma jippermettux li jiġi evitat id-deterjorament tal-habitats fis-sens tal-Artikolu 6(2) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma ġiex stabbilit li l-Artikolu L. 414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent, meqjus fl-intier tiegħu, ma jikkostitwixxix traspożizzjoni konformi mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kif allegat fl-ewwel ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1734"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni lment ibbażat fuq id-dikjarazzjoni ġenerali tan-natura bla tfixkil ta’ ċerti attivitajiet</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-raba’ sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent li jipprovdi li s-sajd, l-attivitajiet relatati mal-molluski, il-kaċċa u l-attivitajiet l-oħra analogi għall-kaċċa, imwettqa taħt il-kundizzjonijiet u fit-territorji awtorizzati mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ ma jikkostitwixxux attivitajiet ta’ tfixkil jew attivitajiet b’effetti simili, ma jiżgurax traspożizzjoni ċara, preċiża u kompluta tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Fil-fatt, il-konformità ma’ leġiżlazzjoni mingħajr assigurazzjoni li din tieħu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ sit partikolari, ma tistax <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> twassal għad-dikjarazzjoni ġenerali li dawn l-attivitajiet ma humiex ta’ tfixkil.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, b’mod partikolari, li d-dokument tal-għanijiet, li għandu s-setgħa leġiżlattiva, ma huwiex tali li jieħu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ sit partikolari, sa fejn l-imsemmi dokument, li huwa stabbilit fuq bażi kuntrattwali, ma huwiex intiż sabiex jirregola l-attivitajiet bħall-kaċċa jew bħas-sajd u ma huwiex ta’ natura vinkolanti minħabba li ma huwa akkumpanjat minn ebda sanzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża ssostni li hija ttrasponiet b’mod korrett l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> billi stabbilixxiet il-prinċipju li, sa fejn attivitajiet relatati mal-molluski u mal-kaċċa huma mwettqa skont il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ, huma ma humiex ta’ tfixkil u li, konsegwentement, huma preżunti kompatibbli mal-għanijiet ta’ konservazzjoni li jridu jintlaħqu fil-kuntest tan-Netwerk Ekoloġiku Ewropew Natura 2000.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1735"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Filwaqt li tirrikonoxxi li d-dokument tal-għanijiet ma jinkludix miżuri regolamentorji li japplikaw direttament, ir-Repubblika Franċiża tenfasizza li l-miżuri regolatorji neċessarji, li huma speċifiċi għal sit ikkonċernat, huma approvati sussegwentement permezz ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jikkumplementaw ir-regoli ġenerali eżistenti. Barra minn hekk hija tindika li r-regoli ġenerali tal-attivitajiet relatati mas-sajd u mal-kaċċa jistgħu jirrigwardaw territorji definiti u delimitati skont il-kriterji ekoloġiċi u jistgħu jagħtu lok għall-iffissar ta’ kwoti għall-kampjuni tal-kaċċa u tas-sajd.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-ewwel nett hemm lok li jitfakkar li skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> huwa intiż sabiex jiżgura l-istess livell ta’ protezzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Waddenvereniging u Vogelsbeschermingsvereniging, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/02" PAGE.ECR="I-7405" YEAR="2004">C-127/02, Ġabra p. I-7405</REF.DOC.ECR>, punt 36 u tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-418/04" PAGE.ECR="I-10947" YEAR="2007">C-418/04, Ġabra p. I-10947</REF.DOC.ECR>, punt 263).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rilevat li fir-rigward tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-possibbiltà tal-eżenzjoni ġenerali ta’ ċerti attivitajiet skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, mill-ħtieġa tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit ikkonċernat, ma huwiex konformi ma din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, din l-eżenzjoni ma hijiex tali li tiggarantixxi li dawn l-attivitajiet ma jaffettwawx b’mod ħażin l-integrità tas-siti protetti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-98/03" PAGE.ECR="I-53" YEAR="2006">C-98/03, Ġabra p. I-53</REF.DOC.ECR>, punti 43 u 44).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni simili intiż mill-Artikolu 6(2) tad-Diretiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u mill-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, billi r-raba’ sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu L. 414-1(V) tal-Kodiċi tal-Ambjent tiddikjara b’mod ġenerali li ċerti attivitajiet bħall-kaċċa jew is-sajd<?PAGE NO="I-1736"?> ma humiex imfixkla, jista jitqies biss konformi mal-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva jekk jiġi ggarantit li l-imsemmija attivitajiet ma joħolqu ebda tfixkil li jista jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-għanijiet tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Franċiża ssostni li jiġi mfassal dokument tal-għanijiet għal kull sit u li dan iservi bħala bażi għal adozzjoni ta’ miżuri mmirati, li huma intiżi sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet ekoloġiċi speċifiċi għas-sit ikkonċernat. Hija żżid tgħid ukoll li t-twettiq tal-attivitajiet inkwistjoni skont ir-regoli ġenerali applikabbli għalihom, jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni t-territorji ddefiniti u delimitati skont il-kriterji ekoloġiċi jew li jiġu ffisati kwoti għall-kampjuni tal-kaċċa u tas-sajd.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġu eżaminat jekk tali miżuri jew regoli jippermettux effettivament li jiġi ggarantit li l-attivitajiet ikkonċernati ma joħolqu ebda tfixkil li jista’ jkollu effetti sinjifikattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dokument tal-għanijiet, ir-Repubblika Franċiża tindika li ma jinkludix miżuri regolatorji li japplikaw direttament u li, huwa għodda dijanjostika li, abbażi tal-għarfien xjentifiku disponibbli, tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jipproponu miżuri li jagħmlu possibbli li l-għanijiet ta’ konservazzjoni tad-direttiva jintlaħqu. Hija tgħid ukoll li attwalment huma biss nofs is-siti kkonċernati li għandhom dan id-dokument tal-għanijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Min dan isegwi li d-dokument għall-għanijiet ma jistax jiggarantixxi, b’mod awtomatiku, u fi kwalunkwe każ, li l-attivitajiet ikkonċernati ma joħolqux tfixkil li jista’ jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-imsemmija għanijiet ta’ konservazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1737"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Konklużjoni bħal din tapplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> fir-rigward ta’ miżuri maħsuba, li huma intiżi li jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet ekoloġiċi speċifiċi għas-sit ikkonċernat, peress li l-adozzjoni tagħhom hija bbażata fuq id-dokument tal-għanijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda r-regoli ġenerali applikabbli għall-attivitajiet ikkonċernati, għandu jiġi kkonstatat li għalkemm tali regoli jistgħu ċertament inaqqsu r-riskju ta’ tfixkil sinjifikattiv, madankollu, huma ma jistgħux jeskludu totalment dan ir-riskju ħlief jekk jipprevedu, b’mod imperattiv, l-osservanza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Madankollu, ir-Repubblika Franċiża ma ssostnix li dan huwa l-każ hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal qabel jirriżulta li billi pprovdiet, b’mod ġenerali, li s-sajd, l-attivitajiet relatati mal-molluski, il-kaċċa u l-attivitajiet l-oħra analogi mal-kaċċa mwettqa taħt il-kundizzjonijiet u fit-territorji awtorizzati mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ ma jikkostitwixxux attivitajiet ta’ tfixkil jew attivitajiet b’effetti simili, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel ilment ibbażat fuq l-eżenzjoni tax-xogħlijiet jew titjib previsti mill-kuntratti Natura 2000, mill-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkritika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu L. 414-4(1) tal-Kodiċi tal-Ambjent li ma huwiex traspożizzjoni korretta tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva<?PAGE NO="I-1738"?> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> sa fejn jeżenta awtomatikament ix-xogħlijiet jew it-titjib previsti mill-kuntratti ta’ Natura 2000, mill-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit, imsemmija fl-Artikolu 6(3).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont id-dritt Franċiż, il-kuntratti Natura 2000 huma konkluzi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>għal fini tad-dokument tal-għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, liema kuntratti jinkludu b’mod partikolari, wieħed jew diversi speċifikazzjonijiet standard, applikabbli għall-kuntratti Natura 2000, li jippreċiżaw liema prattiki tajbin għandhom jiġu osservati fit-twettiq tal-miżuri kuntrattwali, l-għan li jrid jintlaħaq u l-ispeċi u l-habitats ikkonċernati. Għalkemm dawn il-kuntratti għandhom ikunu konformi mad-dokument tal-għanijiet, skont il-Kummissjoni, xejn ma jindika li dawn jinkludu esklużivament miżuri marbuta direttament jew meħtieġa għat-tmexxija tas-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża tammetti li x-xogħlijiet u t-titjib previsti mill-kuntratti Natura 2000 huma eżenti mill-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti u hija tqis li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ma jitlobx li l-imsemmija xogħlijiet jew titjib jiġu suġġetti għal din il-proċedura ta’ evalwazzjoni sakemm, fil-fehma tagħha, ma jaffettwawx b’mod sinjifikattiv lis-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kuntratti Natura 2000 huma konklużi skont l-Artikolu L. 414-3 tal-Kodiċi tal-Ambjent, għal fini tad-dokument tal-għanijiet u huwa eskluż li jistgħu jiksru l-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-habitats u tal-ispeċijiet, jew jinkludu attivitajiet li ma jkunux meħtieġa għal stat tajjeb ta’ konservazzjoni tas-sit.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament jew meħtieġ għat-tmexxija tas-sit, iżda li jista’ jaffettwa lil dan is-sit b’mod sinjifikattiv, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq is-sit, fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1739"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex ikkontestat li x-xogħlijiet jew it-titjib previsti mill-kuntratti Natura 2000 jistgħu jiġu kklassifikati bħala pjanijiet jew proġetti fis-sens tal-imsemmi Artikolu 6(3).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk ix-xogħlijiet jew it-titjib previsti mill-kuntratti Natura 2000 humiex marbuta direttament jew meħtieġa għat-tmexxija tas-sit, b’tali mod li l-awtorizzazzjoni tagħhom ma hijiex suġġetta għall-obbligu li ssir l-evalwazzjoni tal-effetti, imsemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Mill-Artikolu L. 414-3(I) tal-Kodiċi tal-Ambjent jirriżulta li l-kuntratt Natura 2000 huwa konkluż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>għal-fini tad-dokument tal-għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u li jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>għadd ta’ impenji konformi mal-linji gwida u mal-miżuri ddefiniti mid-dokument tal-għanijiet, dwar il-konservazzjoni u jekk ikun il-każ, ir-restawr ta’ habitats naturali u ta’ speċijiet li ġġustifikaw il-ħolqien tas-sit Natura 2000.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L. 414-2(I) tal-imsemmi Kodiċi, id-dokument tal-għanijiet jiddefinixxi, b’mod partikolari, il-linji gwida tat-tmexxija kif ukoll il-miżuri ta’ konservazzjoni jew ta’ restawr.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Franċiża l-eżenzjoni awtomatika tax-xogħlijiet jew titjib previst mill-kuntratti Natura 2000, mill-obbligu tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit, prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> hija ġġustifikata mill-ħsieb li sa fejn dawn il-kuntratti għandhom l-objettiv li jwettqu l-għanijiet ta’ żamma jew restawr stabbiliti għas-sit, dawn huma marbuta direttament jew meħtieġa għat-tmexxija tal-imsemmi sit.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1740"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant, approċ bħal dan jissoponi li l-miżuri previsti mill-kuntratti Natura 2000, li huma intiżi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konservazzjoni u ta’ restawr huma wkoll, f’kull ċirkustanza, miżuri marbuta direttament jew meħtieġa għat-tmexxija tas-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li x-xogħlijiet jew it-titjib previsti minn dawn il-kuntratti, filwaqt li għandhom l-għan ta’ konservazzjoni jew ta’ restawr ta’ sit, ma humiex għalhekk, marbuta direttament jew meħtieġa għat-tmexxija tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dan ir-rigward ir-Repubblika Franċiża tirrikonoxxi, fil-kuntest tal-ilment ibbażat fuq applikazzjoni bla distinzjoni tal-kriterju bbażat fuq l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>effett sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li l-miżuri ta’ konservazzjoni tal-habitats jistgħu jkunu favorevoli għal ċerti habitats ikkonċernati iżda jistgħu jwasslu għal deterjorament ta’ tipi oħra ta’ habitats. Hija tikkwota, bħala eżempju, il-produzzjoni tal-melħ li għaliha hemm bżonn jitħaffru toqob fil-blat imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>salini<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> (oeillets), li għall-finijiet ta’ attività industrijali ta’ produzzjoni ta’ melħ, twassal għal deterjorament tal-habitat li jikkostitwixxi l-laguni, anki jekk, apparti dan, din l-attitvità jista’ jkollha benefiċċji għar-riġenerazzjoni tal-ambjent, minħabba li żżomm ċertu tipi ta’ bassasa.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-determinazzjoni tal-għanijiet ta’ konvservazzjoni u ta’ restawr, fil-kuntest ta’ Natura 2000, tista’ teżiġi r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti ta’ diversi għanijiet, kif ġustament tirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 71 tal-konklużjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu kompletament l-għanijiet ta’ konservazzjoni msemmija mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, huwa għaldaqstant meħtieġ li, skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, kull pjan jew proġett li ma huwiex marbut direttament jew meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li jista’ jaffettwa lil dan is-sit b’mod sinjifikattiv, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni individwali tal-effetti tiegħu fuq is-sit ikkonċernat, fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1741"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Min dan isegwi li s-sempliċi fatt li l-kuntratti Natura 2000 jikkonformaw mal-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala biżżejjed, fid-dawl tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, sabiex ix-xogħlijiet u t-titjib previsti mill-imsemmija kuntratti jiġu eżentati awtomatikament mill-evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi eżentat awtomatikament ix-xogħlijiet u t-titjib previsti mill-kuntratti Natura 2000 mill-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni lment ibbażat fuq l-eżistenza ta’ attivitajiet li ma humiex suġġetti għal awtorizzazzjoni</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L. 414-4(I) tal-Kodiċi tal-Ambjent ma huwiex konformi mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> sa fejn jissuġġetta biss għall-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit, prevista minn din id-dispożizzjoni tal-aħħar, l-operazzjonijiet li huma suġġetti għal awtorizzazzjoni jew approvazzjoni amministrattiva. Il-programmi jew proġetti suġġetti għal sistema ta’ dikjarazzjoni, huma esklużi minnha. Madankollu, dawn tal-aħħar għandhom effetti sinjifikattivi fuq is-sit, fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni, li huwa kriterju deċiżiv għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża ma tikkontestax il-fondatezza ta’ dan l-ilment u tillimta ruħha sabiex tinvoka l-emendi leġiżlattivi li daħħlet sabiex tikkonforma mal-leġiżlazzjonijiet Komunitarji, liema emendi daħlu permezz tal-Liġi Nru 2008-757, tal-1 ta’ Awwissu,<?PAGE NO="I-1742"?> dwar ir-responsabbiltà ambjentali u d-diversi dispożizzjonijiet għall-adozzjoni tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-ambjent (JORF, tat-<DATE ISO="20080802">2 ta’ Awwissu 2008</DATE>, p. 12361).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ kif kienet is-sitwazzjoni tal-Istat Membru fit-tmiem tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata u li l-bidliet li jkunu seħħew sussegwentement ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-504/06, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika Franċiża ma tikkontestax li, fil-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, fl-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata, jiġifieri qabel l-adozzjoni tal-Liġi Nru 2008-757, id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni ma kinitx tikkostitwixxi traspożizzjoni korretta tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi eżaminata l-konformità tal-Liġi Nru 2008-757 mad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din il-liġi ġiet adottata wara l-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi eżentat awtomatikament il-programmi u l-proġetti ta’ xogħlijiet jew titjib suġġetti għal sistema ta’ dikjarazzjoni, mill-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1743"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ eżami ta’ soluzzjonijiet alternattivi</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkritika l-punt 1 tal-Artikolu R. 414-21(III) tal-Kodiċi tal-Ambjent li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq is-sit prevista mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, ma jitlobx lil min jilmenta li jiddeskrivi d-diversi soluzzjonijiet alternattivi li jistgħu jitqiesu għat-twettiq ta’ pjan jew proġett. Fil-fatt, din l-evalwazzjoni titlob, minn naħa, li ssir deskrizzjoni tad-diversi soluzzjonijiet alternattivi eżaminati, flimkien ma’ analiżi tal-effetti tagħhom fuq is-sit u, min-naħa l-oħra, li l-awtoritajiet pubbliċi jistudjaw dawn l-effetti u dan anki jekk ma jaffettwawx b’mod ħażin l-integrità tas-sit, qabel ma jieħdu deċiżjoni abbażi tal-imsemmi Artikolu 6(3).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li s-sempliċi obbligu impost fuq min jilmenta li jindika r-raġunijiet li ma teżisti ebda soluzzjoni sodisfaċenti oħra, ma huwiex biżżejjed sabiex jiggarantixxi l-eżami ta’ soluzzjonijiet alternattivi fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni Franċiża ma hijiex konformi mal-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>dwar il-habitat<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, li jiġi vverifikat in-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża ssostni li d-dispożizzjoni kkontestata tikkostitwixxi traspożizzjoni korretta tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Barra minn hekk, fir-realtà, il-leġiżlazzjoni Franċiża twassal, lil min jilmenta sabiex jistudja, jiddeskrivi u jfassal is-soluzzjonijiet alternattivi u jispjega l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull soluzzjoni, fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża tippreċiża li fi kwalunkwe każ, bl-għan li telimina kull ambigwità f’dan ir-rigward, id-digrieti għall-implementazzjoni tal-Liġi Nru 2008-757 jipprovdu, esspressament, l-obbligu għal min jilmenta li jiddeskrivi s-soluzzjonijiet alternattivi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1744"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-ilment, il-Kummissjoni ssostni li l-evalwazzjoni xierqa li għandha titwettaq skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> għandha wkoll tinkludi eżami tas-soluzzjonijiet alternattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi kkonstatat li dan l-ilment jirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> kemm għal dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ evalwazzjoni xierqa, kif ukoll tal-istadju proċedurali li, fil-kuntest tiegħu, għandu jitwettaq l-eżami tas-soluzzjonijiet alternattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, skont ġurisprudenza stabbilita, peress li l-evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq is-sit għandha titwettaq skont l-imsemmi Artikolu 6(3), dan jimplika li, fid-dawl tal-aħjar għarfien xjentifiku f’dan il-qasam, għandhom jiġu identifikati l-aspetti kollha tal-pjan jew tal-proġett li jistgħu, fihom infushom jew flimkien ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, jaffettwaw l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit ikkonċernat (ara s-sentenzi Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging, iċċitata iktar ’il fuq, punt 54, u Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 243). Għaldaqstant, evalwazzjoni bħal din ma tinkludix eżami tal-alternattivi ta’ pjan jew proġett.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hemm lok li jiġi rrilevat li l-obbligu li jiġu eżaminati s-soluzzjonijiet alternattivi ta’ pjan jew proġett ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, iżda dak tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-441/03" PAGE.ECR="I-3043" YEAR="2005">C-441/03, Ġabra p. I-3043</REF.DOC.ECR>, punt 27 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT>).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, l-eżami msemmi f’dan l-artikolu, li jirrigwarda, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi,<?PAGE NO="I-1745"?> ma jistax jitwettaq ħlief jekk il-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni tal-effetti mwettqa skont l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva huma negattivi u fil-każ fejn il-pjan jew il-proġett għandu madankollu jsir minħabba raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi mal-interess pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, iċċitata iktar ’il fuq, punti 26 u 27).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għaldaqstant, wara l-evalwazzjoni tal-effetti mwettqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, u fil-każ ta’ riżultat negattiv ta’ din l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom l-għażla jew li jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ dan il-pjan jew proġett, jew li jawtorizzaw dan skont l-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni huma sodisfatti (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-239/04" PAGE.ECR="I-10183" YEAR="2006">C-239/04, Ġabra p. I-10183</REF.DOC.ECR>, punt 25 u, f’dan is-sens, is-sentenza Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging, iċċitata iktar ’il fuq, punti 57 u 60).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, l-eżami tas-soluzzjonijiet alternattivi, li huwa rekwiżit elenkat fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, ma jistax jikkostitwixxi element li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkunsidraw meta jwettqu l-evalwazzjoni xierqa prevista mill-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Min dan isegwi li l-Kummissjoni ma hijiex iġġustifikata li tinvoka n-nonkonformità tal-punt 1 tal-Artikolu R.414-21(III) tal-Kodiċi tal-Ambjent, mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan l-ilment ma jistax jintlaqà.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1746"?><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal qabel, hemm lok li jiġi kkonstatat li,</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>minn naħa, billi pprovdiet b’mod ġenerali li s-sajd, l-attivitajiet relatati mal-molluski, il-kaċċa u l-attivitajiet l-oħra analogi mal-kaċċa mwettqa taħt il-kundizzjonijiet u fit-territorji awtorizzati mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ ma jikkostitwixxux attivitajiet ta’ tfixkil jew attivitajiet b’effetti simili, u</P></ITEM><ITEM><P>min-naħa l-oħra, billi eżentat awtomatikament ix-xogħlijiet u t-titjib previsti mill-kuntratti Natura 2000 mill-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit, u</P></ITEM><ITEM><P>billi eżentat awtomatikament il-programmi u l-proġetti ta’ xogħlijiet jew titjib suġġetti għal sistema ta’ dikjarazzjoni, minn din il-proċedura,</P></ITEM></LIST></P><P>ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>dwar il-habitats<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, u l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, rispettivament.</P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Taħt l-Artikolu 69(3), ta’ dawn ir-regoli, il-Qorti tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1747"?><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li ċerti lmenti tal-Kummissjoni ma ntlaqgħux.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li r-Repubblika Franċiża tiġi kkundannata tbati żewġ terzi tal-ispejjeż u l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati t-terż l-ieħor.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja, (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża,</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">minn naħa, billi pprovdiet b’mod ġenerali, li s-sajd, l-attivitajiet relatati mal-molluski, il-kaċċa u l-attivitajiet l-oħra analogi mal-kaċċa mwettqa taħt il-kundizzjonijiet u fit-territorji awtorizzati mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ ma jikkostitwixxux attivitajiet ta’ tfixkil jew attivitajiet b’effetti simili, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">min-naħa l-oħra, billi eżentat awtomatikament ix-xogħlijiet u t-titjib previsti mill-kuntratti Natura 2000 mill-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">billi eżentat awtomatikament il-programmi u l-proġetti ta’ xogħlijiet jew titjib suġġetti għal sistema ta’ dikjarazzjoni, minn din il-proċedura,</HT></P><?PAGE NO="I-1748"?><P><HT TYPE="BOLD">naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, rispettivament.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati ż-żewġ terzi tal-ispejjeż. Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati t-terż l-ieħor.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>