|
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 405/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9643 — ENGIE/Versicherungskammer/Portfolio Companies)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 405/11)
1.
Fl-20 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ENGIE S.A. (Franza), |
|
— |
Versicherungskammer Bayern Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts (il-Ġermanja), |
|
— |
SUN PV HOLDING li hija proprjetarja ta’ SolaireDigne, SolaireSignes, SolaireIstres 2, SAS du Soleil, SAS des Landes de la Motte, SolaireChatellerault u SolaireLaMotte (“il-Kumpaniji tal-Portafoll”, kollha fi Franza). Dawn il-kumpaniji bħalissa huma kollha proprjetà ta’ ENGIE S.A. |
ENGIE S.A. (“ENGIE”) u Versicherungskammer Bayern Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts (“Versicherungskammer Bayern”) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SUN PV HOLDING (Franza).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ENGIE: ENGIE hija kumpaniji industrijali attiva fl-oqsma tal-provvista tal-gass u l-elettriċità kif ukoll fis-servizzi tal-enerġija, |
|
— |
Versicherungskammer Bayern: Versicherungskammer Bayern hija assikuratur pubbliku Ġermaniż li tipprovdi assigurazzjoni personali u fuq il-proprjetà, |
|
— |
SUN PV HOLDING: SUN PV HOLDING se tkun attiva fil-ġenerazzjoni tal-elettriċità permezz tal-impjanti tal-enerġija fotovoltajċi li jinsabu fi Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9643 — ENGIE/Versicherungskammer/Portfolio Companies
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).