|
26.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9756 — Nouryon/CP Kelco)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 176/04)
1.
Fl-14 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Nouryon Chemicals International B.V. (“Nouryon”, in-Netherlands), |
|
— |
CP Kelco CMC (id-Danimarka). |
Nouryon takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll ta’ CP Kelco CMC kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ekwità u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Nouryon: kumpanija li hija manifattur u fornitur dinji ta’ kimiċi ta’ speċjalità u li tipproduċi firxa wiesgħa ta’ kimiċi bħall-melħ, il-klorur u prodotti kawstiċi; sustanzi intermedji kimiċi, aġenti tensjoattivi u sustanzi kimiċi ta’ proċessar u derivattivi ta’ ċelluloża. Qabel kienet magħrufa bħala Akzo Nobel Specialty Chemicals u hija kkontrollata b’mod esklużiv b’fondi ġestiti mill-affiljati tal-grupp Carlyle; |
|
— |
CP Kelco CMC: in-negozju tal-carboxymethyl cellulose (“CMC”) ta’ CP Kelco ApS u Huber. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Il-Każ M.9756 — Nouryon/CP Kelco
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).