Official Journal L 065 , 07/03/2002 P. 0040 - 0041
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2001 tat-18 ta' Jannar 2002 li temenda l-Anness I XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokol li jemenda l-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", partikolarment Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I XIX tal-Ftehim ġie emendat bid-De¬iżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2000 tat-28 ta' Jannar 2000 [1]. (2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE ta' l-4 ta' April 2001 dwar il-prinċipji tal-korpi ta' barra l-qrati involuti fir-resoluzzjoni tal-konsensus dwar kwistjonijiet tal-konsumatur [2] għandu jiddaħħal f'dan il-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt numru 18 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE) ta' l-Anness I XIX tal-Ftehim: "19. 32001 H 0310: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE ta' l-4 ta' April 2001 dwar il-prinċipji tal-korpi ta' barra l-qrati involuti fir-resoluzzjoni tal-konsensus dwar kwistjonijiet tal-konsumatur (ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 56)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2001/41/KE fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fil-qasam Supplimentari tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Jannar 2002, jekk in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fil-parti Supplimentari taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Jannar 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President B. Grydeland [1] ĠU L 103, tat-12.4.2001, p. 26. [2] ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 56. [3] L-ebda ħtiġijiet konstituzzjonali m'huma indikati. --------------------------------------------------