|
23.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 174/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8935 — Goldman Sachs/Antin Infrastructure Partners/CityFibre Infrastructure Holdings)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 174/10)
|
1. |
Fil-15 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Fondi ġestiti minn Goldman Sachs u fondi ġestiti minn AIP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ CityFibre. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ sejħa għall-offerti. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Goldman Sachs: ditta dinjija ta’ investiment bankarju, garanziji u ġestjoni ta’ investiment li tipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji, ta’ garanziji u ta’ investiment, — AIP: ditta ta’ ekwità privata ffokata fuq l-investimenti fl-infrastruttura, b’mod speċifiku fl-enerġija u l-ambjent, it-telekomunikazzjoni, it-trasport, u setturi tal-infrastruttura soċjali, — CityFibre: operatur bl-ingrossa ta’ networks tal-fibra ottika fl-irħula u l-ibliet fir-Renju Unit barra minn Londra. CityFibre hija kkwotata fl-AIM, is-suq internazzjonali tal-London Stock Exchange għall-kumpaniji iżgħar li jfittxu aċċess għal kapital għat-tkabbir. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8935 — Goldman Sachs/Antin Infrastructure Partners/CityFibre Infrastructure Holdings Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.