Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0168 - 0172
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-22 ta' Diċembru 1994 ġew introdotti u applikati l-arranġamenti Schengen fl-ajruporti u fl-ajrudromi (SCH/Com-ex (94)17 rev. 4) IL-KUMITAT EŻEKUTTIV, Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen, Wara li kkunsidra l-Artikolu 4 u 6 tal-Konvenzjoni ta' Schengen,Jieħu nota tiegħu u japprova d-dokument u japplika l-arranġamenti ta' Schengen f'ajruporti u f'ajrudromi (SCH/I-Front (94)39 rev.9) u IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Il-miżuri mfassla fl-Anness hawnhekk għandhom jiġu implimentati bil-ħsieb li jintroduċu u japplikaw l-arranġamenti ta' Schengen f'ajruporti u f'ajrudomi. Bonn, it-22 ta' Diċembru 1994. Il-President Bernd Schmidbauer -------------------------------------------------- SCH/I-Front (94)39 rev. 9 DEĊIŻJONI dwar id-dħul u l-applikazzjoni ta' l-arranġamenti ta' Schengen f'ajruporti u ajrudomi (ajruporti sekondarji) Meta jiddaħħlu l-arranġamenti ta' Schengen f'ajruporti u ajrudomi, l-importanza tar-rotot tal-ajru għall-immigrazzjoni illegali u l-funzjoni ta' ajruporti bħala fruntieri interni u esterni għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni. Il-Partijiet Kontraenti jikkunsidraw bħala neċessità li jintroduċu l-miżuri segwenti. 1. Jeħtieġ li ma jippermettux taħlit flimkien ta' ċirkolazzjoni ta' passiġġieri minn titjiriet domestiċi u internazzjonali, fil-punt tad-dħul, qabel il-kontroll tal-pulizija fil-fruntieri, u fil-postijiet tal-ħruġ, wara dan il-kontroll, u fejn qabel il-Konvenzjoni ta' Schengen ma tiġi fis-seħħ l-infrastruttura neċessarja sabiex tassigura s-separazzjoni fiżika ta' ċirkolazzjoni ta' passiġġieri għandha titpoġġa fl-ajruporti kollha (minbarra l-Ajruport ta' Schiphol f'Amsterdam li ngħata eżenzjoni sa l-aħħar tal-1995 fuq kondizzjoni li matul dan il-perjodu jieħu miżuri proċedurali sabiex jassigura li ċ-ċirkolazzjoni tal-passiġġieri huma separati sew), il-Konvenzjoni ta' Schengen għandha wkoll tiddaħħal fis-seħħ għat-traffiku ta' l-ajru fid-data stabbilita mill-Kumitat Eżekuttiv [1]. Matul l-istadju ta' preparazzjoni, bejn it-22 ta' Diċembru 1994 u s-26 ta' Marzu 1995, il-Partijiet Kontraenti għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri li huma jieħdu. 2. F'każ ta 'kontrolli fuq titjiriet internazzjonali, sabiex jitnaqqas id-dewmien lill-persuni koperti mil-liġi tal-Komunità, li huma ġeneralment soġġetti biss għall-kontroll wieħed ta' identità, għandha tittieħed disposizzjoni għall-punti separati ta' kontroll b'timbri mill-inqas u l-istess fl-Istati ta' Schengen kollha, l-emblema ta' l-Unjoni Ewropea b'ittri "UE" f'ċirku ta'stilel. Il-punti ta' kontroll għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi għandhom jindikaw "Mhux Ċittadini ta' l-UE". Punti ta' kontroll f'pajjiżi b'lingwa Romanza għandhom jużaw fil-qosor "UE" u "Mhux UE". 3. F'ajrudromi, ajruporti li m'għandhomx l-istatus ta' ajruport internazzjonali skond il-liġi nazzjonali relevanti imma li huma awtorizzati li jservu titjiriet internazzjonali, kondizzjonijiet ta' kontrolli governattivi għandhom ikunu jaqblu mal-kondizzjonijiet li japplikaw fl-ajruporti, flimkien ma' l-eċċezzjonijiet li ġejjin: - sabiex jiġu evitati riskji, għandu jsiru kontrolli fuq il-passiġġieri minn titjiriet fejn teżisti l-inċertezza ta' minn fejn ikunu eżatt ġejjin, jew fejn żgur sejrin, it-territorji tal-Partijiet Kontraenti mingħajr ma jinżlu f'territorju ta' pajjiż terz, - fejn il-volum tat-traffiku jippermetti, ħaddiema tal-kontroll fil-fruntieri m'għandhomx bżonn ikunu preżenti fl-ajrudromi l-ħin kollu, ipprovdut li jkun hemm garanzija li l-impjegati rikjesti jisgħu jiġu allokati f'ħin tajjeb jekk ikun hemm il-ħtieġa. Id-direttur ta' l-ajrudrom hu mitlub li jagħti lill-awtoritajiet tal-kontrol tal-fruntieri avviż xieraq tal-wasliet u tluq ta'titjiriet internazzjonali. L-użu ta' uffiċjali tal-pulizija addizzjonali hu awtorizzat sakemm ikun permess skond il-liġi tal-pajjiż, - ġeneralment m'għandux ikun meħtieġ li jsiru arranġamenti fl-ajrudromi sabiex jiġi assigurat li ċ-ċirkolazzjoni ta'passiġġieri minn titjiriet domestiċi u nternazzjonali huma separati fiżikament. Disposizzjonijiet fuq ajrudromi għandhom jiżdiedu fuq il-Manwal Komuni. [1] id-disposizzjoni fuq l-ipotesi li d-deċiżjoni li ġġib il-Konvenzjoni ta' Schengen fis-seħħ ser tiġi adottata fit-22 ta' Settembru 1994 u li ser ikun hemm żmien ta' tliet xhur bejn din id-deċiżjoni u d-data tad-dħul fis-seħħ. -------------------------------------------------- ID-DĦUL U L-APPLIKAZZJONI TA' L-ARRANĠAMENTI TA' SCHENGEN F'AJRUPORTI U F'AJRUDROMI (AJRUPORTI SEKONDARJI) L-Ajruporti għandhom parti importanti fis-sistema ta' Schengen: l-ewwel, huma ta' importanza konsiderevoli bħala punt ta' aċċess għal numru dejjem jikber ta' vjaġġaturi u konsegwentement ukoll għall-imigranti illegali; it-tieni nett, huma jservu kemm fruntieri interni u esterni u għalhekk jikkostitwixxu settur speċifiku li jiffaċċja sensiela ta' problemi speċifiċi. F'termini konkreti, l-aspetti li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati: - li jinġieb fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Schengen, - mogħdijiet għaċ-ċirkolazzjoni ta' passiġġieri fl-ajruporti, - addattament tal-livell ta' kontrolli fuq traffiku ta' l-ajru ċivili għad-disposizzjonijiet ta' Schengen, - fatturi speċifiċi ta' l-ajrudromi. 1. Dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Schengen L-arranġamenti ta' Schengen jintroduċu fattur importanti ġdid: irrispettivament minn liema pajjiż ġejjin, il-passiġġieri fuq titjiriet domestiċi majsirilhom ebda kontrolli iżda passiġġieri fuq titjiriet internazzjonali għandu jsirilhom kontrolli fid-dħul u fil-ħruġ, il-kompletezza tagħha tvarja skond minn liema pajjiż ġejjin Sabiex jintlaħqu ż-żewġ objettivi fl-istess ħin, dawn iż-żewġ kategoriji ta' passiġġieri għandhom ikunu sseparati. Għandhom jittieħdu passi sabiex ma' jsirx kontrolli fuq passiġġieri fuq titjiriet domestiċi, fuq naħa waħda, u passiġġieri fuq titjiriet internazzjonali jinżammu milli jidħlu fit-territorju ta' l-Istati ta' Schengen mingħajr ma jsirilhom dan il-kontroll, fuq in-naħa l-oħra. Separazzjoni totali tista' tinkiseb biss minn miżuri fiżiċi, l-aktar billi titpoġġa fil-post l-infrastruttura meħtieġa. Mezzi ta' separazzjoni jinkludu bini ta' diviżorji fiż-żoni ta' kontrol eżistenti, l-użu ta'livelli differenti fil-bini eżistenti jew trattament tat-traffiku f'terminali differenti. Peress li, meta l-Konvenzjoni ta' Schengen tiddaħħal fis-seħħ, l-infrastruttura meħtieġa għandha tkun fil-post fl-ajruporti kollha minbarra l-ajruport ta' Schipol, li ngħata eżenzjoni sa l-aħħar ta' l-1995 fuq kondizzjoni li matul dan il-perjodu jieħu miżuri proċedurali sabiex jassigura li ċ-ċirkolazzjoni tal-passiġġieri jkunu separati, il-Konvenzjoni Schengen għandha wkoll tiddaħħal fis-seħħ għat-traffiku ta'l-ajru fid-data stabbilita mill-Kumitat Eżekuttiv [1]. Matul l-istadju preparatorju, bejn it-22 ta' Diċembru 1994 u s-26 ta' Marzu 1995, il-Partijiet Kontraenti għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri li ttieħdu. 2. Il-mogħdija għaċ-ċirkolazzjoni ta' passiġġieri fl-ajruporti Il-provi wrew li l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' Schengen fuq kontrolli, fuq kontrolli partikolari fuq ċittadini ta' pajiżi terzi, iżidu konsiderevolment il-ħin tal-kontrolli u l-ħin ta' stennija jitwal. Sabiex jassiguraw l-ammont ta' żmien moħli fil-punti ta' kontroll jibqa' aċċettabbli, għalinqas għal persuni koperti mil-liġi tal-Komunità, sforz akbar għandu jsir biex jitħaffu l-kontrolli għal dawk il-vjaġġaturi F'dan il-kuntest, soluzzjoni waħda tkun li jsiru punti ta' kontroll speċifikament għal persuni koperti mil-liġi tal-Komunità, sabiex dawn il-vjaġġaturi, li ġeneralment huma suġġetti għal kontroll minimu, ma jaħlux ħafna ħin billi jmorru fl-istess bank maċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom jgħaddu minn kontroll komplet u fit-tul. Madanakollu, l-esperjenza wriet li l-passiġġieri jagħmlu filliera biss fil-punti tajbin ta' kontroll meta s-sinjali huma miftiehma minn kulħadd. Uniformità akbar probabbilment twassal għal konformità aħjar mas-sinjali. L-oġġettiv għandu jkun sabiex jwassal li tinkiseb prattika miftiehma fl-Istati ta' Schengen kollha. Għall-persuni koperti mil-liġi tal-Komunità, disposizzjoni trid issir għall-punti ta' kontrolli separati li għandhom l-inqas marki l-istess fl-Istati ta' Schengen kollha, l-emblema tal-Unjoni Ewropea b'ittri "UE" f'ċirku ta' stilel. Il-punti ta' kontroll għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi għandhom jindikaw "Mhux Ċittadini ta' l-UE". Punti ta' kontroll f'pajjiżi b'lingwa Romanza għandhom jużaw fil-qosor "UE" u "mhux UE". 3. Addattament tal-livell ta' kontrolli fuq traffiku ta' l-ajru ċivili għad-disposizzjonijiet ta' Schengen. Il-prinċipji rigward il-kontrolli fl-ajruporti, li huma fruntieri esterni, hu l-istess bħal dawk li jirrigwardjaw il-kontrolli fuq vjaġġaturi band'oħra, per eżempju, f'kontrolli f'punti ta' kontroll fit-toroq. Imma, b'kuntrast ma' ta' l-aħħar, il-ħin hu fattur ewlieni fit-traffiku ta' l-ajru, l-aktar minħabba l-koinċidenzi tat-titjiriet. Għalhekk il-ħtieġa li r-rekwiżiti ta' sigurtà u ż-żamma tal-ħin jiġu armonizzati. F'każi ta' dubju, madanakollu, għandha dejjem tingħata prijorità lill-ħtiġijiet tas-sigurtà. It-tul tal-ħin tal-proċedura sħiħa ta' kontroll tiddependi fuq l-ammont tax-xogħol tal-ħaddiema tal-kontroll tal-fruntieri imma wkoll fuq diversi fatturi, per eżempju, in-numru ta' passiġġieri, l-għamla tagħhom, l-istruttura tal-bini, eċċ. Ċirkustanzi jvarjaw minn ajruport għall-ieħor. Skond studji magħmula mill-IATA, jekk il-medja tad-dewmien għall-kontroll fuq il-passiġġieri taqbeż 40 sekonda, il-funzjoni ta' l-ajruporti titfixkel b'mod konsiderevoli. Ir-riżultati joħorġu minn testijiet magħmula fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet ta' Schengen fuq il-kontrolli. Jekki l-ispazju u l-faċilitajiet tas-sala ta' l-akkoljenza huma limitati, din is-sitwazzjoni ma tistax tinbidel mil-lum għal għada, anke jekk jiżdiedu l-ħaddiema. Huwa għalhekk, li flimkien ma' l-ingaġġ ta' aktar ħaddiema, arranġamenti speċjali iridu jsiru fl-ajruporti sabiex jarmonizzawu mal-livell tal-kontrolli ta' Schengen u sabiex jassiguraw li l-ħin meħud fuq il-kontroll mhux inkompatibbli ma' l-irbit tal-ħin impost mis-sistemi l-oħra li jridu jiġu kkunsidrati, bħat-traffiku ta'l-ajru internazzjonali. Distinzjoni għandha ssir bejn miżuri organizzattivi li huma possibli fi żmien qasir u miżuri bażati fuq teknoloġija kumplessa li, fin-natura tagħhom, jieħdu aktar biex tispiċċahom. Il-Partijiet Kontraenti jipproponu li jeżaminaw il-vantaġġi tal-miżuri li ġejjin: 3.1. Miżuri organizzattivi Il-miżuri li jaqgħu taħt din il-kategorija għandhom jagħmluha possibli li jirrazzjonalizza u jgħaġġel il-proċeduri ta' kontrol mingħajr ma tikkawża nuqqas fis-sigurtà: - jinħoloq tieni sett ta'kontrolli li jippermettu lill-impjegati fl-ewwel punt ta'kontroll li jgħaddu każi ta' diffikulta lill-impjegati tat-tieni punt ta' kontroll; din il-proċedura għandha tagħmilha possibli li jinżamm pass mgħaġġel matul il-kontrollijar waqt iċ-ċirkolazzjoni tal-passiġġieri. - skond id-deċiżjonijiet mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istati tas-6 ta' Novembru 1992, kontrolli fil-fruntieri esterni huma effettivi f'termini tar-rekwiżiti ta' Schengen jekk il-livell tagħhom ta' infurzar jilħaq ir-riskji u t-theddid li jġibu d-diversi pajjiżi terzi. Il-Partijiet Kontraenti ta' Schengen għandhom jinfurmaw lil xulxin bid-disposizzjonijiet ta' implimentazzjoni. Għal dan il-għan, il-Partijiet Kontraenti għandhom jitolbu lill-forzi tas-sigurtà tagħhom biex jikkonfermaw liema riskji jeżistu mill-pajjiżi terzi, - kontrolli awtomatiċi fil-fruntieri huma mod ieħor kif jitħaffef il-kontroll fuq il-passiġġieri filwaqt li fl-istess ħin ssir ekonomija fuq l-impjegati. Dan il-metodu awtomatiku jinvolvi qari elettroniku ta' dokument ta' l-ivvjaġġar jew skeda li jkollha microchip speċjali. Kontrolli aktar mgħaġġla jirriżultaw l-iktar minn l-istallazzjoni ta' numru kbir ta'qarrejja awtomatiċi li ma jieħdux ħafna spazju u li huma ħafna orħos minn punt ta' kontroll immexxi minn uffiċjal. Din il-proċedura tipprovdi l-mezzii sabiex jitwettaq immedjatament kontroll komprensiv li jistabbilixxi jekk il-kondizzjonijiet kollha tad-dħul jintlaħqux b'aċċess mat-tiftix ta' fatti magħrufa awtomatiċi, kontrolli magħmula qabel l-awtorizzazzjoni sabiex tintuża s-sistema awtomatika tkun ingħatat, u kontrolli ripetuti. Barra minn dan, l-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntierii jistgħu f'kull ħin jagħmlu kontrolli jekk jkunu neċessarji. 3.2. Sistema Avanzata ta' Informazzjoni tal-Passiġġieri Sabiex jiġi addattat il-livell ta' kontrolli għat-traffiku ta' l-ajru għar-rekwiżiti ta' Schengen, aċċessi ġodda iridu jiġu esplorati. Peress li l-iskop għal żieda tal-ħin fil-kontrolli ġaladarba l-ajruplan ikun niżel ma jistax jiżdied bi pjaċir, din is-sitwazzjoni trid tkun irrimedjata billi jsir kontroll kmieni fuq il-passiġġieri qabel ma l-ajruplan jillandja. Din il-proċedura hi diġà użata sa ċertu punt fit-trasport bl-ajru internazzjonali u hi organizzata b'ċertu mod li l-fatti magħrufa tal-passiġġieri huma trasmessi elettronikament lill-ajruport sal-wasla ladarba l-ajruplan ikun tar. L-awtoritajiet tal-kontrol tal-fruntieri fl-ajruport tad-destinazzjoni jistgħu allura jibdew iqabblu dawn id-dettalji mal-fatti magħrufa tagħhom u jfittxu reġistri u ġeneralment ikollhom ħin biżżejjed biex jagħmlu dan. 3.3. Spezzjonijiet qabel it-titjira Spezzjonijiet qabel it-titjijra huma mezz ieħor sabiex isir kontroll avvanzat fuq il-passiġġieri. Taħt din is-sistema, uffiċjali tal-kontrol fil-fruntieri tad-destinazzjoni jistgħu, fuq bażi ta'ftehim internazzjonali, jagħmlu kontroll fl-ajruport tat-tluq sabiex jassiguraw jekk il-passiġġieri jilħqux il-kondizzjonijiet kollha għad-dħul fit-territorju ta' l-Istat ta' Schengen tad-destinazzjoni u jekk dawn jistgħux jirkbu l-ajruplan. Spezzjonijiet qabel it-titjira jistabilixxu kontrol tad-dħul ieħor, imma ma jieħux post il-kontrolli tad-dħul magħmula fl-ajruport tal-wasla. 4. Fatturi speċifiċi ta' l-ajrudromi F'ajrudromi, ajruporti li m'għandhom l-istatut ta' ajruport internazzjonali skond il-liġi nazzjonali relevanti imma li huma awtorizzati li jagħmlu titjiriet internazzjonali, passiġġieri minn titjiriet internazzjonali huma suġġetti li jsirulhom kontrolli fuqhom (Sezzjoni II, punt 3.3.3 tal-Manwal Komun [2]. Sabiex jitneħħew riskji, il-kontrolli iridu jsiru fuq passiġġieri minn titjiriet fejn teżisti inċertezza ta' minn fejn fil-fatt ġejjin, jew biss sejrin lejn, it-territorji tal-Partijiet Kontraenti mingħajr ma jinżlu fit-territorju ta' pajjiż terz. Fejn il-volum tat-traffiku jippermetti, l-impjegati tal-kontrol fil-fruntieri m'għandhomx għalfejn ikunu preżenti fl-ajrudromi l-ħin kollu, sakemm ikun hemm garanzija li l-impjegati rikjesti jistgħu jintużawu f'ħin sew meta jkun hemm il-ħtieġa. Id-direttur ta' l-ajrudrom hu mitlub li jagħti lill-awtoritajiet tal-kontrol tal-fruntieri żmien xieraq tal-wasliet u tat-tluq ta' titjiriet internazzjonali. Użu ta' uffiċjali tal-pulizija aktar hu awtorizzat sakemm ikun permess biil-liġi nazzjonali. Minħabba t-traffiku fl-ajrudromi hu ġeneralment irregolari, ġeneralment mhux meħtieġ li titpoġġa infrastruttura sabiex tissepara fiżikament passiġġieri minn titjiriet domestiċi u dawk internazzjonali. Disposizzjonijiet fuq ajrudromi għandhom jiżdiedu fil-Manwal Komuni. [1] Din id-disposizzjoni hi bażata fuq l-ipotesi li d-deċiżjoni li ġġib il-Konvenzjoni Schengen fis-seħħ ser tkun adottat fit-22 ta' Settembru 1994 u li ser ikun hemm tliet xhur żmien bejn din id-deċiżjoni u d-data tad-dħul fis-seħħ. [2] Dokument kunfidenzjali: ara SCH/Kumm-ex (98)17. --------------------------------------------------