|
29.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 578/2014
tat-28 ta' Mejju 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 |
|
(2) |
Żewġ persuni u entità waħda ma għandhomx jibqgħu jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(3) |
L-informazzjoni marbuta ma' ċerti persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata. |
|
(4) |
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS
ANNESS
|
I. |
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif ukoll l-entrati relatati, huma b'dan imneħħija mil-lista li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012: A. Persuni Nru 14. Asif Shawkat Nru 178. Sulieman Maarouf B. Entitajiet Nru 45. Syrian International Islamic Bank. |
|
II. |
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif stipulat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin.
|