|
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 697/2009
tal-31 ta’ Lulju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1913/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura [traduzzjoni mhix uffiċjali], fir-rigward tal-avvenimenti operattivi fl-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, u li jidderoga minn dak ir-Regolament
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EUROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [traduzzjoni mhix uffiċjali] (2) u (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (3), it-tnejn kif emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 13/2009 (4), stabbilixxew Skema tal-Frott għall-Iskejjel ikkofinanzjata mill-Komunità. |
|
(2) |
L-allokazzjonijiet tal-għajnuna Komunitarja msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 tas-7 ta’ April 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel (5), qegħdin espressi f’euro. Għalhekk, għandu jkun stipulat l-avveniment operattiv għar-rati tal-kambju tal-muniti tal-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro. |
|
(3) |
Fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (6) hemm dispożizzjoni dwar l-avvenimenti operattivi għar-rati tal-kambju applikabbli fil-leġiżlazzjoni Komunitarja marbuta mal-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni. Jixraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar l-avvenimenti operattivi li huma speċifikament marbuta mal-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel. Avveniment operattiv speċifiku madankollu għandu jkun hemm dispożizzjoni dwaru għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2009 sal-31 ta’ Lulju 2010 biss. |
|
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej wara l-Artikolu 5:
“Artikolu 5a
Ammonti u pagamenti tal-għajnuna marbuta mal-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel
Għall-għajnuna mogħtija għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 (*1), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Jannar ta’ qabel il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 2
B’deroga mill-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006 kif emendat b’dan ir-Regolament, għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2009 sal-31 ta’ Lulju 2010, l-avveniment operattiv li dwaru hemm dispożizzjoni f’dak l-Artikolu għandu jkun il-31 ta’ Mejju 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.